SBS
M'intix Waħdek
Is-solitudni hija kwistjoni sinifikanti f'komunitajiet anzjani u taffettwa l-effett emozzjonali, fiżiku u dak kollu li jżommna kuntenti fil-ħajja. It-telfien tal-indipendenza u n-nuqqas ta' kuntatt soċjali jżid l-iżolazzjoni. Li nifhmu il-kawżi tas-solitudni u l-iżolazzjoni huwa importanti biex niksbu appoġġ effettiv.
No dejes de visitar la web del podcast y apoyar a su creador: www.sbs.com.au
¿Dónde escuchar?
Podcasts en la app Replaio Radio Muy prontoLos podcasts llegarán muy pronto a la app. Instálala ahora y sé el primero en descubrir una forma totalmente nueva de vivir los podcasts
Episodios
Is-Saħħa Mentali - L-Ewwel Pass Lejn Bidla Pożittiva | Dr Esther Sammut 23.10.2026 13:14
Waqt li x-xahar ta’ Ottubru, iservi biex titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali, il-psikologa kliniku Dr Esther Sammut titkellem dwar kif it-terapija tista’ tgħin lin-nies jegħlbu l-isfidi emozzjonali, l-ansjetà u l-effetti ta’ esperjenzi diffiċli tal-passat.
L-attività fil-komunità biex tgħin tingħeleb is-solitudni 09.10.2026 3:33
Dawk li jaħdmu favur is-saħħa mentali u s-solitudni, qegħdin jiffukaw fuq l-importanza tal-konnessjoni soċjali għas-saħħa mentali hekk kif ix-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar ta’ aktar gharfien tas-saħħa mentali. B'riċerka ġdida li tindika tnaqqis fis-sens ta' appartenenza, xi gruppi soċjali qed jittamaw li jżommu l-komunità ħajja. #sbsaudiopodcast
Lil Hinn mill-Istigma: Dr Simone Cremona titkellem dwar is-Saħħa Mentali u s-Solitudni 08.10.2026 13:19
Waqt li x-xahar ta’ Ottubru huwa ddedikat biex titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali, Dr Simone Cremona, Maltija Awstraljana u psikologa li tispeċjalizza f’kundizzjonijiet serji tas-saħħa mentali, fosthom dawk li ħafna drabi jeħtieġu kura fl-isptar u kura psikjatrika tispjega kif il-problemi tas-saħħa mentali jistgħu jwasslu għall-iżolament u s-solitudni, u għaliex dawn l-esperjenzi ma ja...
Is-Saħħa Mentali u Solitudni: L-Isfidi tal-Komunitajiet tal-Migranti | Dr Victoria Borg 04.10.2026 10:52
Waqt li x-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar ta’ għarfien tas-saħħa mentali, Dr Victoria Borg, akkademika li tispeċjalizza fis-saħħa mentali bejn kulturi differenti u kunsillier mas-City ta’ Brimbank f’Melbourne, taqsam l-għarfien tagħha dwar xi wħud mill-isfidi li jaffettwaw lill-Maltin Awstraljani u komunitajiet ta' migranti oħra.
Għajnuna u kumpanija għall-Maltin Anzjani fi New South Wales mill-Maltese Welfare Group 28.03.2026 7:21
Is-Sur Lawrence Gatt, President tal-Welfare Group fi New South Wales, jiddiskuti l-kwistjoni importanti tas-solitudni fost il-Maltin anzjani fl-Awstralja. Huwa jispjega kif l-grupp tagħhom jaħdem mill-qrib ma’ faċilitajiet tal-kura għall-anzjani u ma’ aġenziji tal-gvern, billi jipprovdi voluntiera li jitkellmu bil-Malti biex iżuru lil dawn il-persuni u joffru kumpanija, konnessjoni kulturali u sap...
Mezzi ta’ kumpanija u għajnuna fil-komunità Maltija kontra l-iżolament u s-solitudni 25.02.2026 6:30
F’taħdita ma’ Victor Vella, kittieb u membru attiv tal-komunità Maltija fi New South Wales, u George Mifsud, eks support worker, nitkellmu dwar kif nistgħu ngħinu membri iżolati jew waħedhom fil-komunità Maltija jsibu kumpanija u appoġġ, anke permezz tat-teknoloġija li ħafna drabi ma jkunux familjari magħha.
Sapport għal dawk waħidhom mill-Maltese Welfare Group ta’ NSW 01.02.2026 10:16
Is-Sur Lawrence Gatt, President tal-Maltese Welfare Group ta’ New South Wales, jitkellem dwar ir-rwol importanti li l-Grupp tiegħu għandu biex jappoġġja membri anzjani tal-komunità Maltija sabiex jibqgħu konnessi u jevitaw is-solitudni.
L-importanza tal-komunikazzjoni bil-Malti fl-età avvanzata 11.12.2025 15:33
F’serje ġdida li tesplora djalogu miftuħ u modi prattiċi biex jitnaqqas l-iżolament soċjali, ix-xandar u membru ħabrieki fil-komunità Maltija u Victor Vella eks support worker George Mifsud jingħaqdu ma’ Joe Axiaq biex jiddiskutu l-ħtiġijiet tal-anzjani Maltin fl-Awstralja.
X’qed jikkaġuna l-kriżi tas-solitidni fost l-irġiel fl-Awstralja u kif tista’ tingħeleb 12.10.2025 5:24
Is-solitudni fost l-irġiel ġiet deskritta bħala "kriżi" fl-Awstralja, u jidher li qed tiżdied. Dan l-iżolament soċjali mhux biss jista' jagħmel ħsara lis-saħħa mentali u dak li huwa ta’ saħħa u kuntentizza ġenerali tal-irġiel, iżda qed jiswa wkoll lill-ekonomija Awstraljana biljuni ta' dollari.
Replaio no es editor de podcasts; los nombres de los programas, las portadas y el audio pertenecen a sus autores y se distribuyen a través de canales RSS públicos