fr

SBS

M'intix Waħdek

Is-solitudni hija kwistjoni sinifikanti f'komunitajiet anzjani u taffettwa l-effett emozzjonali, fiżiku u dak kollu li jżommna kuntenti fil-ħajja. It-telfien tal-indipendenza u n-nuqqas ta' kuntatt soċjali jżid l-iżolazzjoni. Li nifhmu il-kawżi tas-solitudni u l-iżolazzjoni huwa importanti biex niksbu appoġġ effettiv.

N'hésitez pas à visiter le site du podcast et à soutenir son créateur : www.sbs.com.au

Auteur

SBS

Catégorie

Society

Site du podcast

www.sbs.com.au

Dernier épisode

23 oct. 2026

Où écouter ?

Les podcasts dans l'appli Replaio Radio Bientôt disponible

Les podcasts arrivent très bientôt dans l'appli. Installe-la dès maintenant et découvre en avant-première une toute nouvelle façon de vivre les podcasts

Télécharger sur Google Play Installe-la gratuitement Android près de 10 M de téléchargements · note de 4,8 iOS bientôt

Épisodes

Is-Saħħa Mentali - L-Ewwel Pass Lejn Bidla Pożittiva | Dr Esther Sammut 23.10.2026

Waqt li x-xahar ta’ Ottubru, iservi biex titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali, il-psikologa kliniku Dr Esther Sammut titkellem dwar kif it-terapija tista’ tgħin lin-nies jegħlbu l-isfidi emozzjonali, l-ansjetà u l-effetti ta’ esperjenzi diffiċli tal-passat.

L-attività fil-komunità biex tgħin tingħeleb is-solitudni 09.10.2026

Dawk li jaħdmu favur is-saħħa mentali u s-solitudni, qegħdin jiffukaw fuq l-importanza tal-konnessjoni soċjali għas-saħħa mentali hekk kif ix-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar ta’ aktar gharfien tas-saħħa mentali. B'riċerka ġdida li tindika tnaqqis fis-sens ta' appartenenza, xi gruppi soċjali qed jittamaw li jżommu l-komunità ħajja. #sbsaudiopodcast

Lil Hinn mill-Istigma: Dr Simone Cremona titkellem dwar is-Saħħa Mentali u s-Solitudni 08.10.2026

Waqt li x-xahar ta’ Ottubru huwa ddedikat biex titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali, Dr Simone Cremona, Maltija Awstraljana u psikologa li tispeċjalizza f’kundizzjonijiet serji tas-saħħa mentali, fosthom dawk li ħafna drabi jeħtieġu kura fl-isptar u kura psikjatrika tispjega kif il-problemi tas-saħħa mentali jistgħu jwasslu għall-iżolament u s-solitudni, u għaliex dawn l-esperjenzi ma ja...

Is-Saħħa Mentali u Solitudni: L-Isfidi tal-Komunitajiet tal-Migranti | Dr Victoria Borg 04.10.2026

Waqt li x-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar ta’ għarfien tas-saħħa mentali, Dr Victoria Borg, akkademika li tispeċjalizza fis-saħħa mentali bejn kulturi differenti u kunsillier mas-City ta’ Brimbank f’Melbourne, taqsam l-għarfien tagħha dwar xi wħud mill-isfidi li jaffettwaw lill-Maltin Awstraljani u komunitajiet ta' migranti oħra.

Għajnuna u kumpanija għall-Maltin Anzjani fi New South Wales mill-Maltese Welfare Group 28.03.2026

Is-Sur Lawrence Gatt, President tal-Welfare Group fi New South Wales, jiddiskuti l-kwistjoni importanti tas-solitudni fost il-Maltin anzjani fl-Awstralja. Huwa jispjega kif l-grupp tagħhom jaħdem mill-qrib ma’ faċilitajiet tal-kura għall-anzjani u ma’ aġenziji tal-gvern, billi jipprovdi voluntiera li jitkellmu bil-Malti biex iżuru lil dawn il-persuni u joffru kumpanija, konnessjoni kulturali u sap...

Mezzi ta’ kumpanija u għajnuna fil-komunità Maltija kontra l-iżolament u s-solitudni 25.02.2026

F’taħdita ma’ Victor Vella, kittieb u membru attiv tal-komunità Maltija fi New South Wales, u George Mifsud, eks support worker, nitkellmu dwar kif nistgħu ngħinu membri iżolati jew waħedhom fil-komunità Maltija jsibu kumpanija u appoġġ, anke permezz tat-teknoloġija li ħafna drabi ma jkunux familjari magħha.

Sapport għal dawk waħidhom mill-Maltese Welfare Group ta’ NSW 01.02.2026

Is-Sur Lawrence Gatt, President tal-Maltese Welfare Group ta’ New South Wales, jitkellem dwar ir-rwol importanti li l-Grupp tiegħu għandu biex jappoġġja membri anzjani tal-komunità Maltija sabiex jibqgħu konnessi u jevitaw is-solitudni.

L-importanza tal-komunikazzjoni bil-Malti fl-età avvanzata 11.12.2025

F’serje ġdida li tesplora djalogu miftuħ u modi prattiċi biex jitnaqqas l-iżolament soċjali, ix-xandar u membru ħabrieki fil-komunità Maltija u Victor Vella eks support worker George Mifsud jingħaqdu ma’ Joe Axiaq biex jiddiskutu l-ħtiġijiet tal-anzjani Maltin fl-Awstralja.

X’qed jikkaġuna l-kriżi tas-solitidni fost l-irġiel fl-Awstralja u kif tista’ tingħeleb 12.10.2025

Is-solitudni fost l-irġiel ġiet deskritta bħala "kriżi" fl-Awstralja, u jidher li qed tiżdied. Dan l-iżolament soċjali mhux biss jista' jagħmel ħsara lis-saħħa mentali u dak li huwa ta’ saħħa u kuntentizza ġenerali tal-irġiel, iżda qed jiswa wkoll lill-ekonomija Awstraljana biljuni ta' dollari.

Écoute le podcast M'intix Waħdek sur Replaio

La radio et les podcasts dans une seule appli - gratuite, sans inscription. Installe-la dès aujourd'hui et ne rate pas le lancement

Télécharger sur Google Play

Replaio n'est pas éditeur de podcasts ; les noms des émissions, les visuels et l'audio appartiennent à leurs auteurs et sont diffusés via des flux RSS publics