SBS
M'intix Waħdek
Is-solitudni hija kwistjoni sinifikanti f'komunitajiet anzjani u taffettwa l-effett emozzjonali, fiżiku u dak kollu li jżommna kuntenti fil-ħajja. It-telfien tal-indipendenza u n-nuqqas ta' kuntatt soċjali jżid l-iżolazzjoni. Li nifhmu il-kawżi tas-solitudni u l-iżolazzjoni huwa importanti biex niksbu appoġġ effettiv.
Wo hören?
Podcasts in der App Replaio Radio Bald verfügbarPodcasts kommen bald in die App. Installiere sie jetzt und erlebe als Erster einen ganz neuen Blick auf Podcasts
Folgen
Għajnuna u kumpanija għall-Maltin Anzjani fi New South Wales mill-Maltese Welfare Group 28.03.2026 7:21
Is-Sur Lawrence Gatt, President tal-Welfare Group fi New South Wales, jiddiskuti l-kwistjoni importanti tas-solitudni fost il-Maltin anzjani fl-Awstralja. Huwa jispjega kif l-grupp tagħhom jaħdem mill-qrib ma’ faċilitajiet tal-kura għall-anzjani u ma’ aġenziji tal-gvern, billi jipprovdi voluntiera li jitkellmu bil-Malti biex iżuru lil dawn il-persuni u joffru kumpanija, konnessjoni kulturali u sap...
Mezzi ta’ kumpanija u għajnuna fil-komunità Maltija kontra l-iżolament u s-solitudni 25.02.2026 6:30
F’taħdita ma’ Victor Vella, kittieb u membru attiv tal-komunità Maltija fi New South Wales, u George Mifsud, eks support worker, nitkellmu dwar kif nistgħu ngħinu membri iżolati jew waħedhom fil-komunità Maltija jsibu kumpanija u appoġġ, anke permezz tat-teknoloġija li ħafna drabi ma jkunux familjari magħha.
Sapport għal dawk waħidhom mill-Maltese Welfare Group ta’ NSW 01.02.2026 10:16
Is-Sur Lawrence Gatt, President tal-Maltese Welfare Group ta’ New South Wales, jitkellem dwar ir-rwol importanti li l-Grupp tiegħu għandu biex jappoġġja membri anzjani tal-komunità Maltija sabiex jibqgħu konnessi u jevitaw is-solitudni.
L-importanza tal-komunikazzjoni bil-Malti fl-età avvanzata 11.12.2025 15:33
F’serje ġdida li tesplora djalogu miftuħ u modi prattiċi biex jitnaqqas l-iżolament soċjali, ix-xandar u membru ħabrieki fil-komunità Maltija u Victor Vella eks support worker George Mifsud jingħaqdu ma’ Joe Axiaq biex jiddiskutu l-ħtiġijiet tal-anzjani Maltin fl-Awstralja.
X’qed jikkaġuna l-kriżi tas-solitidni fost l-irġiel fl-Awstralja u kif tista’ tingħeleb 12.10.2025 5:24
Is-solitudni fost l-irġiel ġiet deskritta bħala "kriżi" fl-Awstralja, u jidher li qed tiżdied. Dan l-iżolament soċjali mhux biss jista' jagħmel ħsara lis-saħħa mentali u dak li huwa ta’ saħħa u kuntentizza ġenerali tal-irġiel, iżda qed jiswa wkoll lill-ekonomija Awstraljana biljuni ta' dollari.
Replaio ist kein Herausgeber von Podcasts; die Namen der Sendungen, Cover und Audioinhalte gehören ihren Autoren und werden über öffentliche RSS-Feeds verbreitet