Jon Mallia
Jon Mallia Podcast
L-aktar podcast popolari f'Malta. Diskussjoni ħielsa fejn niltaqa' ma' kull xorta ta’ persuna biex niddiskutu kull xorta ta’ ħsieb. Bla agenda. Bla ċensura. Għal aktar informazzjoni żur www.jonmallia.mt.
N'hésitez pas à visiter le site du podcast et à soutenir son créateur : podcasters.spotify.com
Auteur
Jon Mallia
Catégorie
Site du podcast
Dernier épisode
21 oct. 2026
Où écouter ?
Les podcasts dans l'appli Replaio Radio Bientôt disponibleLes podcasts arrivent très bientôt dans l'appli. Installe-la dès maintenant et découvre en avant-première une toute nouvelle façon de vivre les podcasts
Épisodes
RIDT INKUN BĦALL-PAPA` | Pawlu Borg Bonaci 21.10.2026 3:56:33
Pawlu bniedem UNIKU. U jkolli ngħid li wara dal-Podcast il-ħbiberija tagħna ssaħħet sew. F'dawn l-aħħar jiem, Pawlu tilef lil missieru. U minkejja li dal-Podcast inġibed qabel ma telaqna l-kbir Carmelo, tul it-taħdita kien evidenti kemm fisser għal Pawlu. Għaldaqstant jien u t-tim nixtiequ nagħtu l-iżjed kondoljanzi sinċera lill-familja. Fil-fehma tiegħi dan Podcast li se jdaħħaq, jemozzjona u...
L-INSTANT GRATIFICATION QED TIKKAWŻA L-VIZZJI | Anna Maria Vella 13.10.2026 2:30:49
Anna hija d-direttriċi klinika ġewwa d-Detox u fundatriċi ta' Dar Hosea. Naqbduha fuq ir-relazzjoni bejn il-prostituzzjoni u d-droga, it-tendenzi ta' min jisfa' vittma tas-sustanzi u l-irwol tat-trobbija f'dan kollu. Tgħidli wkoll l-iżjed stejjer xokkanti ta' ommijiet, nisa tqal u tfal li ltaqgħet magħhom tul dawn l-aħħar 30 sena u x'tgħallmet minnhom. Ħajr lil Alberta, Gar...
MA TANTX KAPAĊI NAĦSBU LONG TERM BĦALA PAJJIŻ | Silvan Mifsud 04.10.2026 2:07:52
Nitkellem mal-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ dwar l-iżjed issues urġenti fit-tħejjija għall-budget li ġej. Naqbduha fuq kif qed jonfoq il-flus il-gvern u xi jfisser dan kollu għaċ-ċittadin. Jidħlu fix-xena t-turiżmu, il-wegħdiet li saru fl-aħħar elezzjoni u s-sussidji. Jgħidli wkoll għalfejn il-missjoni tal-Kamra tal-Kummerċ hija ħafna usa' minn lobby group tan-negozjanti. Biex tirreġist...
QATT MA KONT NOĦLOM LI ĦA NSIR KEITH TAL-AĦBARIJIET | Keith Demicoli 30.09.2026 2:59:09
Il-perkors ta' ħajjet Keith jiżboq bil-wisq dak tal-bank tal-aħbarijiet. Naqbduha fuq il-mewt ta' missieru, kif l-imħabba lejn il-football biddlitlu ħajtu u dak li tgħallem minn ħajja fix-xandir. Jgħidli wkoll għalfejn iqis lilu nnifsu ffortunat fl-isfortuna. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, MaxMotion u BusinessLabs. Jekk jogħġbok dan i...
NAGĦTU L-IMPRESSJONI LI YOU CAN GET AWAY WITH MURDER | Nicholas Briffa 14.09.2026 2:05:39
Ma' Nicholas niddiskuti l-impatt psikoloġiku tal-ġuri ta' Daphne fuq is-soċjetà Maltija. Naqbduha fuq xi jwassal biex partit politiku jsir parti mill-identità ta' xi wħud, minn fejn jiġi s-sens ta' rassenjazzjoni u kif in-nies jaħsbu dwar x'inhu tajjeb u ħażin. Jgħidli ukoll dwar l-iżjed ħaġa li tinkwetah dwar dan il-każ. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown'...
NETWORKING IS MY IDEA OF A NIGHTMARE | Jacqui Losco 21.07.2026 1:36:40
Barra li hija oħt Ira, Jacqui hija preżentattriċi u content creator. Magħha nitkellem dwar kif spiċċat tippreżenta Serataron, ir-relazzjoni tagħha maż-żfin u x'tagħmel bil-kummenti negattivi li tirċievi fuq il-midja soċjali. Nistaqsiha wkoll għaliex tħossha nerd, għaliex ma timmaġinahiex tqila u kif għexet l-esperjenza ta' Ira fil-Eurovision. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alb...
IL-KAVALLIERI KELLHOM EGO KBIR | Tonio Mallia 06.07.2026 1:47:26
Tonio Mallia jmexxi l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Jgħidli l-istorja ta' kif il-Konkatidral spiċċa minn dak li hu jirreferi għalih bħala 'garaxx' għall-post ta' prestiġju li hu llum, kif Caravaggio sab ruħu f'Malta u x'kien jiġri mit-tfal illeġittimi tal-Kavallieri, fost ħafna u ħafna kurżitajiet oħra. Nistaqsi wkoll għal xiex kien iwassal l-ego kbir tal-Kaval...
L-EDUKAZZJONI GĦANDHA SSIB L-AĦJAR FIL-BNIEDEM | Morgan Parnis 23.06.2026 1:59:37
Morgan Parnis huwa intraprenditur u l-fundatur tan-Knights College. Nitkellmu fit-tul dwar in-nuqqasijiet fis-sistema edukattiva f'Malta, għaliex iddeċieda li jniedi n-Knights College u l-bidu diffiċli bħala intraprenditur. Jgħidli wkoll dwar l-istanzi tat-trobbija tiegħu li wassluh għal fejn qiegħed illum, kif ipaċi l-irwol ta' intraprenditur ma' dak ta' missier u l-aspirazzjoniji...
SFIDA QATT MA BEŻŻGĦATNI | Frank Zammit 09.06.2026 2:10:04
Apparti minn leħen fuq ir-radju, Frank huwa wkoll producer u preżentatur. Kif spiċċa fil-midja, għaliex jgħidulu 'Iż-Żibġa' u l-impatt ta' Terry Farrugia f'ħajtu huma kollha affarijiet li niddiskutu fit-tul. Nitkellmu dwar kif jesperjenza l-ħajja bħala twin, ir-relazzjoni tiegħu mas-saħħa mentali u għaliex ħass li kellu jitlaq minn mal-Vibe. Jgħidli wkoll fuq dik li skontu hija r-r...
IS-SISTEMA ELETTORALI #2 27.05.2026 2:21:20
Ghat-TIENI episodju dwar IS-SISTEMA ELETTORALI jien u David qaxxarna l-basla tas-SINGLE TRANSFERABLE VOTE, cioè s-sistema ta’ votazzjoni li n]addmu f’dan il-pajjiż. Għalija dan l-episodju huwa aktar importanti mill-ewwel wieħed għax għandu element preskrittiv li jista' jibda jippuntana lejn xi soluzzjonijiet. F'din id-diskursata jien u David flejna diversi sistemi li wieħed isib madwar id-...
IS-SISTEMA ELETTORALI #1 27.05.2026 2:05:33
Nippreżentalkom żewg taħdidiet analitiċi dwar IS-SISTEMA ELETTORALI ta’ pajjiżna ma' wieħed mill-Patruni tagħna, David Grech. Dawn id-diskursati ma' David bdew ghaliex David huwa Patrun, u f’diversi mill-attivitajiet li nagħmlu għall-Patruni tagħna, kellna ċ-ċans niddiskutu ċerti hwejjeg b’mod ħieles. F’dan l-ewwel episodju jien u David flejna l-mekkaniżmi tal-votazzjoni f’Malta, staqsejna...
L-ELEZZJONI ĠENERALI | Live mal-Patruni 21.05.2026 1:17:14
X'sinjal qed jingħata dwar id-direzzjoni li fih se jmur il-pajjiż? Niddiskutu jien, Robert Formosa u David Grech. Dan il-kontenut ġie mxandar LIVE nhar it-12 ta' Mejju 2026. Segwi l-KAŻIN li jmiss ma' Alex Borg u Robert Abela nhar il-25 ta' Mejju fid-9PM hawn: https://www.youtube.com/live/b6osQqBCgC4?si=DXzAXMsr6zcXDugZ Għadna qed nistennew konferma mingħand Robert Abela. Ara l-Pod...
NIBQGĦU NKEJLU S-SUĊĊESS BIN-NUMRI | Marisa Xuereb 13.05.2026 1:37:31
Ma' Marisa Xuereb niddiskuti l-proposti tal-elezzjoni fil-kuntest internazzjonali. Naqbduha fuq x'qed iwassal biex jiżdiedu l-appartementi u l-prezz tal-bini, għaliex taħseb li s-sussidji jagħmlu sens biss jekk ikunu temporanji u l-effett tal-kriżijiet internazzjonali fuq dak li qed jiġi mwiegħed. Tgħidli wkoll għaliex taħseb li l-poplu ħa jitgħallem ħafna fil-5 snin li ġejjin. Ħajr lil Al...
IL-PAJJIŻ QED IĦALLAS PREZZ GĦAL DIN L-EKONOMIJA | Sean Gravina 11.05.2026 1:46:48
Ma' Sean Gravina, nitħaddet dwar diversi mill-proposti li ħabbru l-partiti dan l-aħħar. Nitkellmu wkoll dwar x'jikkonċernah dwar iż-żieda tal-popolazzjoni f'Malta, jekk Malta bditx tattira turisti ta' kwalita u x'jaħseb dwar is-sitwazzjoni tal-housing f'Malta. Jgħidli wkoll x'jixtieq jara propost għall-ħames snin li ġejjin. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal,...
SIRNA NIĠRU WISQ WARA L-FLUS | Robert Formosa 08.05.2026 3:01:02
Barra li huwa wieħed mill-Patruni tagħna, Robert huwa xjentist u studja wkoll is-soċjoloġija. Naqbduha fuq kif żviluppat l-ekonomija f'Malta, għaliex jaħseb li l-umani għadhom ma laħqux il-potenzjal tagħhom u xi jfisser il-progress. Nistaqsih ukoll dwar it-twemmin tiegħu li l-flus m'għandhomx jidħlu fix-xjenza, u għaliex iż-żgħażagħ huma fost l-iżjed nies li jbatu min-nuqqas ta' skop....
IL-BNIEDEM JIRRIKORRI GĦAS-SUSTANZI BIEX JIMLA L-VOJT | Marica Cassar 05.05.2026 2:42:19
Marica Cassar mhijiex stranġiera għall-mikrofonu, kemm permezz tax-xogħol tagħha fit-teatru, kif ukoll ma' Caritas Malta. F'din il-konverżazzjoni tgħidli għaliex tqis it-teatru bħala l-isbaħ esperjenza ta' ħajjitha, għaliex tħoss li tlifna s-sens ta' ħajja sempliċi u għalfejn l-adolexxenti qed jikkunsmaw iktar ħaxixa. Nistaqsiha x'taħseb dwar il-kwalita tal-politika tal-lum il-...
BITCOIN IS NOT THE CURRENCY OF CRIMINALS | Joshua Ellul 21.04.2026 1:38:41
Il-Crypto, il-Bitcoin u l-Blockchain qajla niddiskutuhom f'Malta. Għalhekk f'din il-konverżazzjoni mal-ħabib antik tiegħi Joshua nistaqsi dwar x'inhuma, l-evoluzzjoni tagħhom u għalfejn jeżistu fost bosta affarijiet oħra. Nitkellmu wkoll dwar Satoshi Nakamoto, l-assoċjazzjoni tal-Crypto mad-dinja kriminali u ż-żmien li fih Malta kienet qed tiġi rreklamata bħala Blockchain Island. Ħajr...
IL-POPOLARITÀ MA TAGĦMILX BIJA | Ron Briffa 14.04.2026 1:49:44
Ron Briffa huwa preżentatur magħruf sew mal-udjenzi Maltin. Nitkellmu dwar kif beda t-traġitt tiegħu fit-teatru, id-darba meta kien sindku ta' Fleur-de-Lys u r-relazzjoni tal-Maltin mas-satira fost ħafna affarijiet oħra. Nistaqsih ukoll għalfejn iħossha daqstant diffiċli jitkellem fuqu nnifsu. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Welbees Superm...
KONT INĦOSSNI IŻJED KOMDA FUQ IL-PALK MILLI MHUX | Angie Laus 31.03.2026 2:50:42
Angie hija preżentatriċi u produttriċi b'ħemel esperjenza. F'din il-konverżazzjoni nsir naf ftit iżjed dwar il-persuna wara l-personalità ta' fuq il-palk. Tgħidli dwar l-imħabba tagħha lejn iż-żfin, ir-relazzjoni mat-tifel tagħha u l-iżjed intervisti li baqgħu magħha tul il-karriera tagħha. Nistaqsiha wkoll għaliex temmen li Xarabank kien l-ikbar skola tat-televiżjoni li qatt eżista. M...
INNEĦĦU T-TEKNOLOĠIJA AMERIKANA MILL-EWROPA? | Ian Gauci 25.03.2026 1:27:56
Ian Gauci huwa espert fil-qasam regolatorju tat-teknoloġija. Miegħu nitħaddet dwar il-pożizzjoni ta' Malta fil-kuntest tal-AI, l-influwenzi barranin fuq it-teknoloġija ġewwa l-Ewropa, kif ukoll dwar kif il-gwerra ħa timpatta l-avvanzi teknoloġiċi fid-dinja kollha. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom. Seg...
L-ARREST KIEN IL-WAKE UP CALL TIEGĦI | Jotham Saliba 17.03.2026 1:26:44
Jotham huwa kantant mal-grupp Scream Daisy. Nitħaddtu dwar it-traġitt tiegħu bħala artist, għaliex spiċċa arrestat fl-2013 u kif id-diska Room 7 ma kellha qatt tiġi rrekordjata fost ħafn' affarijiet oħra. Nistaqsih ukoll jekk jitħajjarx jerġa' jtiha għall-ħajja fuq il-palk. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sosten...
MALTA TAL-FUTUR? | Kenneth Spiteri 10.03.2026 1:55:35
Fl-era tal-AI, l-Internet of Things jista’ jibdel it-traffiku, l-enerġija s-servizzi pubbliċi f’Malta u ħafn' aktar. Imma biex dan iseħħ hemm bżonn pjan strateġiku fit-tul. F'din il-konverzazzjoni, Kenneth jaqsam miegħi x'tip ta' futur jemmen li jista' jkollu l-pajjiż. Ħajr lil: Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs ta...
GRUPP MILITARI RIED JGĦABBINA U JOĦODNA MIEGĦU | Rafel Sammut 17.02.2026 1:32:54
Rafel huwa chef, intraprenditur u fuq kollox avventurier. Nitkellmu dwar kif għex l-esperjenzi tiegħu ġewwa Beirut u l-Ukrajna fl-eqqel tat-traġedja, x'wasslu biex jiftaħ il-Victory Kitchen f'Malta u fejn jara li sejra l-industrija Maltija tar-ristoranti. Jaqsam miegħi ukoll għalfejn kellu jżerżaq tmin bagalji ikel ġewwa Londra. Ħajr lil: Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pa...
Mixja mal-Marshall x Jon Mallia 10.12.2025 37:58
Jien u Keith Marshall nerħulha għal mixja qalb il-kampanja filwaqt li niddiskutu diversi suġġetti u ideat; mill-flus, għas-saħħa mentali tal-irġiel, għall-mexxejja li l-iżjed nammiraw. Ħajr lil Strada Rjali ta' din is-silta. 00:00 Min kien Adams? 01:19 L-ewwel trek 02:20 Liem annimal tagħżel li tkun? 05:46 Id-dinamiċi differenti tal-mixi 08:06 Il-mexxej favorit 09:23 Jon u l-hip-hop 13:28 Jon...
MA JIDDISPJAĊINI GĦAL XEJN LI GĦAMILT F'ĦAJTI | Denise Gafa 02.12.2025 1:45:33
Denise Gafa hija influencer magħrufa fix-xena lokali. F'dan l-episodju taqsam miegħi l-esperjenzi l-iżjed formattivi ta' ħajjitha u għaliex bħalissa għaddejja mnn perjodu ta' tranżizzjoni. Tgħidli dwar tfulija diffiċli, l-impatt li ħallew fuqha diversi relazzjonijiet li kellha u għalfejn għadditilha minn moħħha li tilħaq soru. Biex tgawdi mill-offerta tal-Patron, idħol hawn: https://th...
Replaio n'est pas éditeur de podcasts ; les noms des émissions, les visuels et l'audio appartiennent à leurs auteurs et sont diffusés via des flux RSS publics