Jon Mallia

Jon Mallia Podcast

Society MT ↓ 231 episodes

L-aktar podcast popolari f'Malta. Diskussjoni ħielsa fejn niltaqa' ma' kull xorta ta’ persuna biex niddiskutu kull xorta ta’ ħsieb. Bla agenda. Bla ċensura. Għal aktar informazzjoni żur www.jonmallia.mt.

Author

Jon Mallia

Category

Society

Podcast website

podcasters.spotify.com

Latest episode

Jul 6, 2026

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

IL-KAVALLIERI KELLHOM EGO KBIR | Tonio Mallia 06.07.2026

Tonio Mallia jmexxi l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Jgħidli l-istorja ta' kif il-Konkatidral spiċċa minn dak li hu jirreferi għalih bħala 'garaxx' għall-post ta' prestiġju li hu llum, kif Caravaggio sab ruħu f'Malta u x'kien jiġri mit-tfal illeġittimi tal-Kavallieri, fost ħafna u ħafna kurżitajiet oħra. Nistaqsi wkoll għal xiex kien iwassal l-ego kbir tal-Kaval...

L-EDUKAZZJONI GĦANDHA SSIB L-AĦJAR FIL-BNIEDEM | Morgan Parnis 23.06.2026

Morgan Parnis huwa intraprenditur u l-fundatur tan-Knights College. Nitkellmu fit-tul dwar in-nuqqasijiet fis-sistema edukattiva f'Malta, għaliex iddeċieda li jniedi n-Knights College u l-bidu diffiċli bħala intraprenditur. Jgħidli wkoll dwar l-istanzi tat-trobbija tiegħu li wassluh għal fejn qiegħed illum, kif ipaċi l-irwol ta' intraprenditur ma' dak ta' missier u l-aspirazzjoniji...

SFIDA QATT MA BEŻŻGĦATNI | Frank Zammit 09.06.2026

Apparti minn leħen fuq ir-radju, Frank huwa wkoll producer u preżentatur. Kif spiċċa fil-midja, għaliex jgħidulu 'Iż-Żibġa' u l-impatt ta' Terry Farrugia f'ħajtu huma kollha affarijiet li niddiskutu fit-tul. Nitkellmu dwar kif jesperjenza l-ħajja bħala twin, ir-relazzjoni tiegħu mas-saħħa mentali u għaliex ħass li kellu jitlaq minn mal-Vibe. Jgħidli wkoll fuq dik li skontu hija r-r...

IS-SISTEMA ELETTORALI #2 27.05.2026

Ghat-TIENI episodju dwar IS-SISTEMA ELETTORALI jien u David qaxxarna l-basla tas-SINGLE TRANSFERABLE VOTE, cioè s-sistema ta’ votazzjoni li n]addmu f’dan il-pajjiż. Għalija dan l-episodju huwa aktar importanti mill-ewwel wieħed għax għandu element preskrittiv li jista' jibda jippuntana lejn xi soluzzjonijiet. F'din id-diskursata jien u David flejna diversi sistemi li wieħed isib madwar id-...

IS-SISTEMA ELETTORALI #1 27.05.2026

Nippreżentalkom żewg taħdidiet analitiċi dwar IS-SISTEMA ELETTORALI ta’ pajjiżna ma' wieħed mill-Patruni tagħna, David Grech. Dawn id-diskursati ma' David bdew ghaliex David huwa Patrun, u f’diversi mill-attivitajiet li nagħmlu għall-Patruni tagħna, kellna ċ-ċans niddiskutu ċerti hwejjeg b’mod ħieles. F’dan l-ewwel episodju jien u David flejna l-mekkaniżmi tal-votazzjoni f’Malta, staqsejna...

L-ELEZZJONI ĠENERALI | Live mal-Patruni 21.05.2026

X'sinjal qed jingħata dwar id-direzzjoni li fih se jmur il-pajjiż? Niddiskutu jien, Robert Formosa u David Grech. Dan il-kontenut ġie mxandar LIVE nhar it-12 ta' Mejju 2026. Segwi l-KAŻIN li jmiss ma' Alex Borg u Robert Abela nhar il-25 ta' Mejju fid-9PM hawn: https://www.youtube.com/live/b6osQqBCgC4?si=DXzAXMsr6zcXDugZ Għadna qed nistennew konferma mingħand Robert Abela. Ara l-Pod...

NIBQGĦU NKEJLU S-SUĊĊESS BIN-NUMRI | Marisa Xuereb 13.05.2026

Ma' Marisa Xuereb niddiskuti l-proposti tal-elezzjoni fil-kuntest internazzjonali. Naqbduha fuq x'qed iwassal biex jiżdiedu l-appartementi u l-prezz tal-bini, għaliex taħseb li s-sussidji jagħmlu sens biss jekk ikunu temporanji u l-effett tal-kriżijiet internazzjonali fuq dak li qed jiġi mwiegħed. Tgħidli wkoll għaliex taħseb li l-poplu ħa jitgħallem ħafna fil-5 snin li ġejjin. Ħajr lil Al...

IL-PAJJIŻ QED IĦALLAS PREZZ GĦAL DIN L-EKONOMIJA | Sean Gravina 11.05.2026

Ma' Sean Gravina, nitħaddet dwar diversi mill-proposti li ħabbru l-partiti dan l-aħħar. Nitkellmu wkoll dwar x'jikkonċernah dwar iż-żieda tal-popolazzjoni f'Malta, jekk Malta bditx tattira turisti ta' kwalita u x'jaħseb dwar is-sitwazzjoni tal-housing f'Malta. Jgħidli wkoll x'jixtieq jara propost għall-ħames snin li ġejjin. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal,...

SIRNA NIĠRU WISQ WARA L-FLUS | Robert Formosa 08.05.2026

Barra li huwa wieħed mill-Patruni tagħna, Robert huwa xjentist u studja wkoll is-soċjoloġija. Naqbduha fuq kif żviluppat l-ekonomija f'Malta, għaliex jaħseb li l-umani għadhom ma laħqux il-potenzjal tagħhom u xi jfisser il-progress. Nistaqsih ukoll dwar it-twemmin tiegħu li l-flus m'għandhomx jidħlu fix-xjenza, u għaliex iż-żgħażagħ huma fost l-iżjed nies li jbatu min-nuqqas ta' skop....

IL-BNIEDEM JIRRIKORRI GĦAS-SUSTANZI BIEX JIMLA L-VOJT | Marica Cassar 05.05.2026

Marica Cassar mhijiex stranġiera għall-mikrofonu, kemm permezz tax-xogħol tagħha fit-teatru, kif ukoll ma' Caritas Malta. F'din il-konverżazzjoni tgħidli għaliex tqis it-teatru bħala l-isbaħ esperjenza ta' ħajjitha, għaliex tħoss li tlifna s-sens ta' ħajja sempliċi u għalfejn l-adolexxenti qed jikkunsmaw iktar ħaxixa. Nistaqsiha x'taħseb dwar il-kwalita tal-politika tal-lum il-...

BITCOIN IS NOT THE CURRENCY OF CRIMINALS | Joshua Ellul 21.04.2026

Il-Crypto, il-Bitcoin u l-Blockchain qajla niddiskutuhom f'Malta. Għalhekk f'din il-konverżazzjoni mal-ħabib antik tiegħi Joshua nistaqsi dwar x'inhuma, l-evoluzzjoni tagħhom u għalfejn jeżistu fost bosta affarijiet oħra. Nitkellmu wkoll dwar Satoshi Nakamoto, l-assoċjazzjoni tal-Crypto mad-dinja kriminali u ż-żmien li fih Malta kienet qed tiġi rreklamata bħala Blockchain Island. Ħajr...

IL-POPOLARITÀ MA TAGĦMILX BIJA | Ron Briffa 14.04.2026

Ron Briffa huwa preżentatur magħruf sew mal-udjenzi Maltin. Nitkellmu dwar kif beda t-traġitt tiegħu fit-teatru, id-darba meta kien sindku ta' Fleur-de-Lys u r-relazzjoni tal-Maltin mas-satira fost ħafna affarijiet oħra. Nistaqsih ukoll għalfejn iħossha daqstant diffiċli jitkellem fuqu nnifsu. Ħajr lil Alberta, Garmin, ESS, Pata Artisanal, Brown's, Maypole, Melita, Defender, Welbees Superm...

KONT INĦOSSNI IŻJED KOMDA FUQ IL-PALK MILLI MHUX | Angie Laus 31.03.2026

Angie hija preżentatriċi u produttriċi b'ħemel esperjenza. F'din il-konverżazzjoni nsir naf ftit iżjed dwar il-persuna wara l-personalità ta' fuq il-palk. Tgħidli dwar l-imħabba tagħha lejn iż-żfin, ir-relazzjoni mat-tifel tagħha u l-iżjed intervisti li baqgħu magħha tul il-karriera tagħha. Nistaqsiha wkoll għaliex temmen li Xarabank kien l-ikbar skola tat-televiżjoni li qatt eżista. M...

INNEĦĦU T-TEKNOLOĠIJA AMERIKANA MILL-EWROPA? | Ian Gauci 25.03.2026

Ian Gauci huwa espert fil-qasam regolatorju tat-teknoloġija. Miegħu nitħaddet dwar il-pożizzjoni ta' Malta fil-kuntest tal-AI, l-influwenzi barranin fuq it-teknoloġija ġewwa l-Ewropa, kif ukoll dwar kif il-gwerra ħa timpatta l-avvanzi teknoloġiċi fid-dinja kollha. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom. Seg...

L-ARREST KIEN IL-WAKE UP CALL TIEGĦI | Jotham Saliba 17.03.2026

Jotham huwa kantant mal-grupp Scream Daisy. Nitħaddtu dwar it-traġitt tiegħu bħala artist, għaliex spiċċa arrestat fl-2013 u kif id-diska Room 7 ma kellha qatt tiġi rrekordjata fost ħafn' affarijiet oħra. Nistaqsih ukoll jekk jitħajjarx jerġa' jtiha għall-ħajja fuq il-palk. Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sosten...

MALTA TAL-FUTUR? | Kenneth Spiteri 10.03.2026

Fl-era tal-AI, l-Internet of Things jista’ jibdel it-traffiku, l-enerġija s-servizzi pubbliċi f’Malta u ħafn' aktar. Imma biex dan iseħħ hemm bżonn pjan strateġiku fit-tul. F'din il-konverzazzjoni, Kenneth jaqsam miegħi x'tip ta' futur jemmen li jista' jkollu l-pajjiż. Ħajr lil: Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs ta...

GRUPP MILITARI RIED JGĦABBINA U JOĦODNA MIEGĦU | Rafel Sammut 17.02.2026

Rafel huwa chef, intraprenditur u fuq kollox avventurier. Nitkellmu dwar kif għex l-esperjenzi tiegħu ġewwa Beirut u l-Ukrajna fl-eqqel tat-traġedja, x'wasslu biex jiftaħ il-Victory Kitchen f'Malta u fejn jara li sejra l-industrija Maltija tar-ristoranti. Jaqsam miegħi ukoll għalfejn kellu jżerżaq tmin bagalji ikel ġewwa Londra. Ħajr lil: Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pa...

Mixja mal-Marshall x Jon Mallia 10.12.2025

Jien u Keith Marshall nerħulha għal mixja qalb il-kampanja filwaqt li niddiskutu diversi suġġetti u ideat; mill-flus, għas-saħħa mentali tal-irġiel, għall-mexxejja li l-iżjed nammiraw. Ħajr lil Strada Rjali ta' din is-silta. 00:00 Min kien Adams? 01:19 L-ewwel trek 02:20 Liem annimal tagħżel li tkun? 05:46 Id-dinamiċi differenti tal-mixi 08:06 Il-mexxej favorit 09:23 Jon u l-hip-hop 13:28 Jon...

MA JIDDISPJAĊINI GĦAL XEJN LI GĦAMILT F'ĦAJTI | Denise Gafa 02.12.2025

Denise Gafa hija influencer magħrufa fix-xena lokali. F'dan l-episodju taqsam miegħi l-esperjenzi l-iżjed formattivi ta' ħajjitha u għaliex bħalissa għaddejja mnn perjodu ta' tranżizzjoni. Tgħidli dwar tfulija diffiċli, l-impatt li ħallew fuqha diversi relazzjonijiet li kellha u għalfejn għadditilha minn moħħha li tilħaq soru. Biex tgawdi mill-offerta tal-Patron, idħol hawn: https://th...

QATT MA IMMAĠINAJT LI NKUN FEJN QIEGĦED ILLUM | Mark Bajada 25.11.2025

Mark Bajada huwa pijunier fil-qasam tan-negozju Malti. F'dan l-episodju jaqsam miegħi it-traġitt tiegħu minn tifel imqareb li ma jiflaħx sekonda wara l-bank tal-iskola, għal wieħed mill-iżjed imprendituri prolifiċi f Malta. Nitħaddtu wkoll dwar il-valuri, il-viżjoni u r-relazzjonijiet li kellhom l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta' Mark. Ħajr lil: Browns, ESS, Maypole, Alberta , Garmin, Welbees...

GĦANDNA WISQ FSIED | Robert Farrugia 18.11.2025

Robert huwa veteran tal-volontarjat u l-filantropija f’Malta. Huwa fil-fatt meqjus pijunier li biddel kif l-għaqdiet volontarji jwasslu l-messaġġ tagħhom u jiġbru l-flus. Illum Robert jaħdem ma' Missio Malta u kien fuq hekk kif ukoll fuq l-esperjenza vasta tiegħu fil-qasam li tħaddidna.

IŻ-ŻWIEĠ MHUX FAIRYTALE | Deborah Schembri 12.11.2025

Deborah Schembri hija avukat tal-familja. Magħha nitkellem dwar kif spiċċat il-wiċċ tal-kampanja tad-divorzju, x'qed iwassal biex jitkissru ż-żwiġijiet u l-pożizzjoni tagħha dwar l-ewtanażja.

"I’M A VERY GENEROUS LOVER AND A CATCH" | Steve Hili 20.10.2025

It-tahdita shiha ma' Steve dwar il-bidu fid-dinja tal-kummiedja, meta u kif spicca malta, jekk ihobbx lil Maltin u aktar. Steve huwa attur, stand-up comedian u bdiedem divertenti hafna. Smajt ukoll fuq id-diffikultajiet tieghu u jipprova jintegra f'pajjiz gdid, b'lingwa gdida....Waqt il-konverżazzjoni Steve jipprova jikkonvincini li huwa “...a very generous lover and a good catch”, waq...

Eddie Hall | "I PROMISED MY NAN I’D BE THE WORLD’S STRONGEST MAN" 27.09.2025

Il-konverzazzjoni ma' Eddie (the beast) Hall dwar iz-zoghzija difficli tieghu, kif ghadda minn success bhala ghawwiem ghal spirali ta' glied u dipressjoni, u wara kif irnexxielu jibni ruhu mill-gdid. Eddie jitkellem dwar il-wieghda li ghamel lin-nanna tieghu fuq is-sodda tal-mewt taghha, kif wiehed isir l-aktar ragel b'sahhtu fid-dinja, u l-mument storiku meta refa' 500 kilo. *****...

"WAHDA MILL-AHJAR DECIZJONIJIET F'HAJTI" | NATE DARMANIN 22.09.2025

Nate Darmanin huwa prezentatur tar-radju fuq l-istazzjon Vibe FM. Tkellimt mieghu dwar il-karriera fuq ir-radju, kif spicca jahem il-vibe, u aktar’ avventuri minn wara l-mikrofonu. Nate ifakkar il-memorja ta’ Terry Farrugia, li kien wiehed mill-mentors ta’ Nate. Fuq ix-xoghol Nate jghid li huwa mgharuf li huwa wisq dirett, u jghid li fuq ceru affarijiet ghandu perfezzjonizmu ikrah. Tkellimna wkoll...

Listen to the Jon Mallia Podcast podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.