Parlament Ewropew

L-Aħbarijiet fil-Qosor

News MT ↓ 250 episodes

Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .

Author

Parlament Ewropew

Category

News

Podcast website

octopus.saooti.com

Latest episode

Mar 19, 2025

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/10/2024 – Malti 14.10.2024

Il-punti ewlenin: il-futur tal-agrikoltura tal-UE; il-votazzjoni dwar pakkett ta’ għajnuna finanzjarja b’appoġġ għall-Ukrajna u l-iskeda tas-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/10/2024 – Malti 11.10.2024

Il-punti ewlenin: iż-żieda fl-intolleranza reliġjuża madwar l-UE kollha; riżoluzzjoni dwar ir-rigress demokratiku attwali fil-Georgia; u riżoluzzjoni dwar l-interferenza tar-Russja fil-Moldova.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/10/2024 – Malti 10.10.2024

Il-punti ewlenin: Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán ippreżenta l-programm għall-Presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill tal-UE ta’ pajjiżu; il-Membri tal-PE approvaw aktar minn EUR 1 biljun f’għajnuna mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE biex jappoġġjaw ħames pajjiżi tal-UE; il-Parlament iddiskuta l-akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli fl-Ewropa.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/10/2024 – Malti 09.10.2024

Il-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew fakkar l-ewwel anniversarju tal-attakki terroristiċi tal-Ħamas fl-Iżrael; il-prijoritajiet tal-Parlament għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew; u l-kriżi li qed tiffaċċja l-industrija awtomobilistika tal-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/10/2024 – Malti 08.10.2024

Il-punti ewlenin: Il-Prim Ministru Viktor Orbán se jippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Parlament se jorganizza dibattitu dwar l-akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli fl-Ewropa u dwar kif tista’ tingħata spinta lis-sigurtà mal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/10/2024 – Malti 07.10.2024

Il-punti ewlenin: Is-sessjoni plenarja tal-Parlament tibda llum fi Strażburgu. Għada, il-Membri tal-PE se jiffukaw fuq is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. Se jiddeskrivu wkoll il-prijoritajiet tal-Parlament għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru u huma mistennija japprovaw aktar minn EUR 1 biljun f’għajnuna mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għal ħames pajjiżi tal-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/10/2024 – Malti 04.10.2024

Il-punti ewlenin: is-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati, ir-riżultati tal-Istħarriġ tal-Ewrobarometru u d-Djalogi dwar it-Tranżizzjoni Nadifa.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/10/2024 – Malti 03.10.2024

Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss; il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ltaqgħet mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/10/2024 – Malti 02.10.2024

Il-punti ewlenin: il-Parlament se jippubblika l-ewwel stħarriġ tal-Ewrobarometru mill-elezzjonijiet ’l hawn; workshop dwar l-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-ikel; u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni se jisma’ preżentazzjoni dwar il-Mużew Dar l-Istorja Ewropea.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 01/10/2024 – Malti 01.10.2024

Il-punti ewlenin: it-tħejjijiet għas-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati; saru diskussjonijiet dwar il-pakkett ta’ assistenza finanzjarja għall-Ukrajna; il-Kap Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iltaqa’ mal-membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 30/09/2024 – Malti 30.09.2024

Il-punti ewlenin: l-ewwel Djalogu Monetarju tal-għaxar leġiżlatura mal-President tal-BĊE Christine Lagarde; l-Aġendi ta’ Riforma tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li qed ifittxu li jissieħbu fl-UE; u x-xahar ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kanċer tas-sider.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/09/2024 – Malti 27.09.2024

Il-punti ewlenin: jitħabbru l-persuni nominati għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024; pakkett ta’ għajnuna finanzjarja għall-Ukrajna; u s-Sottokumitat għas-Saħħa Pubblika se jiċċelebra l-Jum Dinji tal-Qalb.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/09/2024 – Malti 26.09.2024

Il-punti ewlenin: l-iskambju ta’ fehmiet bejn il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, u s-Segretarju tal-Istat Ungeriż għall-Affarijiet Ambjentali; il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għal ħames Stati Membri; u Jum il-Multilingwiżmu fil-Parlament Ewropew.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/09/2024 – Malti 25.09.2024

Il-punti ewlenin: in-nomini għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024; il-Lejla Ewropea tar-Riċerkaturi; u l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/09/2024 – Malti 24.09.2024

Il-punti ewlenin: il-President Metsola tikkonkludi ż-żjara tagħha fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York; is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jiddiskuti s-sitwazzjoni fil-Bangladesh; u studju ġdid dwar il-politika tal-UE dwar l-oċeani u s-sajd.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 23/09/2024 – Malti 23.09.2024

Il-punti ewlenin: Il-Membri tal-PE jridu li l-pajjiżi tal-UE jneħħu r-restrizzjonijiet fuq l-użu mill-Ukrajna tas-sistemi tal-armi tal-Punent kontra miri militari fir-Russja; il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għandu jiġi mobilizzat biex jappoġġja ħames pajjiżi tal-UE; u skambju ta’ fehmiet ma’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/09/2024 – Malti 20.09.2024

Il-punti ewlenin: fi Strażburgu, il-Membri tal-PE ddiskutew it-theddida li n-nixfiet u l-avvenimenti estremi tat-temp joħolqu għall-agrikoltura tal-UE; l-ebda residwu ta’ pestiċidi pprojbiti fl-UE mhuwa permess għal prodotti agrikoli importati; u s-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan li sejra għall-agħar.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/09/2024 – Malti 19.09.2024

Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE ffokaw fuq l-għargħar devastanti li ħakmu lill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; Mario Draghi ddeskriva l-pjan ta’ azzjoni tiegħu għat-titjib tal-kompetittività tal-Ewropa; u l-ħames films magħżula għall-Premju Lux 2025.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/09/2024 – Malti 18.09.2024

Il-punti ewlenin: Ursula von der Leyen tippreżenta l-Kummissarji nnominati; l-aħħar żviluppi fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; u r-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali tal-Venezwela.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/09/2024 – Malti 17.09.2024

Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán se jippreżenta l-prijoritajiet tal-Ungerija għall-Presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Membri tal-PE se jiddiskutu wkoll l-iskema Ungeriża tal-permessi ta’ residenza, imsejħa l-Karta Nazzjonali, li issa tinkludi lir-Russi u l-Belarussi, u r-rispons tal-UE għat-tif...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/09/2024 – Malti 16.09.2024

Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew ta’ din il-ġimgħa, il-Membri tal-PE se jiddiskutu l-enerġija hekk kif toqrob ix-xitwa; Mario Draghi se jippreżenta r-rapport tiegħu fl-Emiċiklu; u d-dibattitu dwar l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/09/2024 – Malti 13.09.2024

Il-punti ewlenin: nhar it-Tnejn tibda sessjoni plenarja ġdida tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu; il-President Metsola ltaqgħet mal-Prim Ministru Finlandiż Petteri Orpo; u l-Jum Internazzjonali tad-Demokrazija.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/09/2024 – Malti 12.09.2024

Il-punti ewlenin: delegazzjoni mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tal-Parlament Ewropew qed tattendi l-Forum Pubbliku tad-WTO; il-Parlament Ewropew jiċċelebra Jum il-Multilingwiżmu aktar tard dan ix-xahar; il-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbiltà tibda nhar it-Tnejn.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/09/2024 – Malti 11.09.2024

Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi qed jippreparaw għas-sessjoni plenarja li jmiss tal-Parlament Ewropew; l-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali; u r-rapport ta’ Mario Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/09/2024 – Malti 10.09.2024

Il-punti ewlenin: von der Leyen tippreżenta l-istruttura u l-portfolios tal-Kulleġġ tal-Kummissarji waqt il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament; il-gruppi politiċi jippreparaw għas-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew li jmiss; u delegazzjoni tal-Kumitat Internazzjonali tal-Kummerċ tattendi l-Forum Pubbliku tad-WTO.

Listen to the L-Aħbarijiet fil-Qosor podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.