Parlament Ewropew
L-Aħbarijiet fil-Qosor
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .
Author
Parlament Ewropew
Category
Podcast website
Latest episode
Mar 19, 2025
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/11/2024 – Malti 19.11.2024 1:56
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jinsistu għal finanzjament globali għall-klima fil-COP29; is-Sottokumitat tal-Parlament għas-Saħħa Pubblika se jindirizza l-isfidi tal-kura tas-saħħa tat-tfal; u l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, tiltaqa’ mas-Segretarji Ġenerali tal-parlamenti nazzjonali tal-UE, mal-Prim Ministru tar-Rumanija u mal-President tal-Assemblea tal-Maċedonja ta’ Fuq.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/11/2024 – Malti 18.11.2024 2:15
Il-punti ewlenin: il-Parlament se jorganizza sessjoni plenarja straordinarja fi Brussell li tfakkar l-1,000 jum tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna; il-Parlament Ewropew jistabbilixxi talbiet għall-għanijiet tal-azzjoni klimatika tal-COP29; u l-Membri tal-PE japprovaw il-posponiment b’sena tal-infurzar tal-liġi dwar id-deforestazzjoni.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/11/2024 – Malti 15.11.2024 2:46
Il-punti ewlenin: il-Parlament jonora lill-vittmi tal-għargħar reċenti fi Spanja; l-Eks President tal-Finlandja Sauli Niinistö jippreżenta r-rapport tiegħu fuq approċċ aktar proattiv għat-tħejjija tal-UE; u l-Parlament jivvota fuq it-talbiet tiegħu għall-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, COP29.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/11/2024 – Malti 14.11.2024 1:35
Il-punti ewlenin: Spanja attivat il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili; il-Parlament Ewropew se jorganizza sessjoni straordinarja biex ifakkar l-1,000 jum tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna; u l-Parlament Ewropew jappoġġja l-inizjattiva tal-Ukrajna “Bring Kids Back” biex jiġu salvati t-tfal li ttieħdu bil-forza.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/11/2024 – Malti 13.11.2024 1:51
Il-punti ewlenin: Il-Kumitati tal-Parlament temmew is-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati; f’sessjoni plenarja fi Brussell, il-Membri tal-PE se jiddibattu t-tħejjija għad-difiża u jivvutaw dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar id-deforestazzjoni.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/11/2024 – Malti 12.11.2024 2:18
Il-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew huwa mistenni li jiddibatti r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti, l-istat ta’ tħejjija fir-rigward tad-difiża, u r-regoli dwar id-deforestazzjoni f’sessjoni plenarja fi Brussell – punti oħra fuq l-aġenda jinkludu miżuri għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja; qabel is-summit dwar il-klima tal-COP2...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/11/2024 – Malti 11.11.2024 1:56
Il-punti ewlenin: il-Kumitati tal-Parlament se jorganizzaw l-aħħar seduti ta’ smigħ ta’ konferma tal-Kummissarji nnominati; is-seduti ta’ smigħ se jintemmu għada; l-ittri ta’ evalwazzjoni mbagħad imorru għand il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, imbagħad għand il-Konferenza tal-Presidenti.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/11/2024 – Malti 08.11.2024 2:09
Il-punti ewlenin: il-Kumitati tal-Parlament qed jorganizzaw is-seduti ta’ smigħ ta’ konferma tal-Kummissarji nnominati, li se jintemmu fit-12 ta’ Novembru 2024. Sar sessjoni ta’ ħidma dwar il-baġit fit-tul tal-UE għal wara l-2027.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/11/2024 – Malti 07.11.2024 2:03
Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, ferħet lill-President il-ġdid tal-Istati Uniti, Donald Trump; il-Kumitati tal-Parlament qed jorganizzaw is-seduti ta’ smigħ ta’ konferma tal-Kummissarji nnominati, li se jintemmu fit-12 ta’ Novembru 2024.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/11/2024 – Malti 06.11.2024 1:52
Il-punti ewlenin: il-Kumitati tal-Parlament Ewropew għaddejjin bis-seduti ta’ smigħ ta’ konferma għall-kandidati tal-Kummissjoni l-ġdida. Is-seduti ta’ smigħ se jintemmu fit-12 ta’ Novembru.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/11/2024 – Malti 05.11.2024 1:54
Il-punti ewlenin: il-Kumitati tal-Parlament Ewropew jinsabu għaddejjin bis-seduti ta’ smigħ ta’ konferma għall-kandidati tal-Kummissjoni l-ġdida; il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ferħet lil Maia Sandu li reġgħet ġiet eletta bħala President tal-Moldova.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/11/2024 – Malti 04.11.2024 2:11
Il-punti ewlenin: il-Kummissarju Ewropew għandu jippreżenta rapport annwali kontra l-frodi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; għaddejjin is-seduti ta’ smigħ tal-Parlament għall-kandidati proposti għall-Kummissjoni l-ġdida; esperti jiltaqgħu fi Brussell biex ifasslu l-prijoritajiet għall-baġit tal-UE għal wara l-2027.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 31/10/2024 – Malti 31.10.2024 1:54
Il-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew dalwaqt se jibda s-seduti ta’ smigħ ta’ konferma għall-kandidati għall-Kummissjoni von der Leyen; il-membri tas-Sottokumitat għas-Saħħa Pubblika kkonkludew iż-żjara tagħhom fiċ-Ċentru tal-UE għall-Prevenzjoni tal-Mard u delegazzjoni tal-UE attendiet il-COP16 fil-Kolombja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 30/10/2024 – Malti 30.10.2024 2:21
Il-punti ewlenin: wara l-elezzjonijiet tal-Georgia, il-Membri tal-PE jappellaw għal investigazzjonijiet dwar l-allegata manipulazzjoni tal-voti; il-Membri tal-PE jinsistu għal aktar appoġġ lill-Ukrajna; u d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew tiltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ korpi legali internazzjonali fl-Aja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 29/10/2024 – Malti 29.10.2024 1:49
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jinsabu l-Kolombja biex jattendu l-Konferenza tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika; delegazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tinsab fi Franza biex tevalwa l-proġetti ewlenin tat-trasport iffinanzjati mill-UE u l-Membri tal-PE tal-Kumitat għall-Iżvilupp jinsabu fil-Gwatemala biex jirreved...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/10/2024 – Malti 28.10.2024 1:52
Il-punti ewlenin: Membri tal-PE mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali qed iżuru l-Polonja; delegazzjoni għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bħalissa tinsab fir-Renju Unit; u l-Parlament jikkundanna l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali mill-Ażerbajġan.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/10/2024 – Malti 25.10.2024 1:54
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Parlament ippropona baġit globali għall-2025 ta’ kważi EUR 201 biljun; María Corina Machado u Edmundo González Urrutia jirbħu l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024; u l-Membri tal-PE esprimew is-solidarjetà tagħhom mat-Tajwan.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/10/2024 – Malti 24.10.2024 3:16
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-Parlament Ewropew jiddiskutu mal-Kummissjoni bidliet potenzjali fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-ritorn ta’ ċittadini mhux tal-UE; il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2024 jingħata lil “Lost in Europe”, proġett ta’ ġurnaliżmu transfruntier mingħajr skop ta’ qligħ; il-Parlament japprova spazju tal-ajru tal-UE aktar effiċjenti u aktar ekoloġiku.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 23/10/2024 – Malti 23.10.2024 3:10
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Parlament approva EUR 35 biljun f’għajnuna finanzjarja lill-Ukrajna; il-Membri tal-PE laqgħu r-riżultati favur l-UE tar-referendum kostituzzjonali fil-Moldova; u għada, il-Parlament se jħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/10/2024 – Malti 22.10.2024 1:43
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja ta’ din il-ġimgħa, il-Membri tal-PE se jivvutaw dwar il-baġit tal-UE għall-2025 u jiddibattu l-patt dwar il-migrazzjoni; barra minn hekk il-Parlament se jagħti l-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2024.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/10/2024 – Malti 21.10.2024 2:53
Il-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew se jappella għal waqfien urġenti mill-ġlied fil-Libanu; il-pakkett ta’ għajnuna ta’ EUR 35 biljun għall-Ukrajna bħala parti minn inizjattiva tal-G7; u l-Membri tal-PE huma mistennija japprovaw riformi dwar l-ispazju tal-ajru biex jitnaqqas id-dewmien fit-titjiriet u tingħata spinta lill-effiċjenza ambjentali.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/10/2024 – Malti 18.10.2024 2:06
Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tindirizza lill-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern fil-Kunsill Ewropew; l-aġenda għas-sessjoni plenarja li jmiss tal-Parlament; u l-Membri tal-PE għażlu t-tliet finalisti għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/10/2024 – Malti 17.10.2024 2:19
Il-punti ewlenin: self eċċezzjonali ta’ assistenza makrofinanzjarja sa EUR 35 biljun lill-Ukrajna; EUR 2.7 miljun f’għajnuna tal-UE għal 365 ħaddiem Belġjan permezz tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati; u l-Jum Internazzjonali għall-Qerda tal-Faqar.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/10/2024 – Malti 16.10.2024 2:03
Il-punti ewlenin: il-votazzjoni sabiex jintgħażlu tliet finalisti għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024; seduta pubblika dwar ir-rwol tal-politika tat-tassazzjoni simplifikata; u d-diskussjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta’ diversi prodotti ġenetikament modifikati.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/10/2024 – Malti 15.10.2024 2:10
Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss; Roberta Metsola żżur Vjenna u l-Jum Dinji tal-Ikel.
Similar podcasts
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.