Parlament Ewropew
L-Aħbarijiet fil-Qosor
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .
Author
Parlament Ewropew
Category
Podcast website
Latest episode
Mar 19, 2025
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/03/2025 – Malti 19.03.2025 1:32
Il-punti ewlenin: illum, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji se jorganizza t-tielet Djalogu Monetarju tiegħu tas-sena mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde. il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali se jiddiskuti l-implikazzjonijiet tal-kontromiżuri kummerċjali tal-UE li ġew deċiżi b’reazzjoni għat-tariffi tal-Istati Uniti fuq il-prodotti tal-UE; barra minn hekk, i...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/03/2025 – Malti 18.03.2025 2:37
Il-punti ewlenin: Magnus Brunner, il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni, jitkellem mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; l-Imħallef Tomoko Akane, il-President tal-QKI, tindirizza lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali; delegazzjoni mill-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/03/2025 – Malti 17.03.2025 1:46
Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija se jiffoka fuq żviluppi riċenti fil-politika dwar l-enerġija; il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament se jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni dwar regoli ġodda għat-trainees; u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu se jindirizza d-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/03/2025 – Malti 14.03.2025 2:28
Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja għalqet ilbieraħ. Fi Strażburgu, il-Parlament tenna li l-UE jeħtiġilha tikkontribwixxi għall-garanziji tas-sigurtà għall-Ukrajna; il-Membri tal-PE enfasizzaw li l-UE jeħtiġilha tappoġġja t-tranżizzjoni politika tas-Sirja; u l-Parlament approva ftehim dwar it-trasferiment ta’ data dwar l-ismijiet tal-passiġġieri bl-ajru mill-UE għall-Kanada.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/03/2025 – Malti 13.03.2025 2:12
Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja tinsab għaddejja ġmielha. Fi Strażburgu, il-Membri tal-PE jivvutaw dwar proposta biex tissaħħaħ id-difiża Ewropea; il-Parlament jadotta żewġ riżoluzzjonijiet dwar il-prijoritajiet ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi; u fil-kamra tad-dibattiti, il-Kummissjoni tiżvela l-att il-ġdid dwar il-Mediċini Kritiċi.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/03/2025 – Malti 12.03.2025 3:13
Il-punti ewlenin: bħalissa għaddejja sessjoni plenarja ġdida. Fi Strażburgu, il-Membri tal-PE indikaw il-prijoritajiet tagħhom għas-summit li jmiss tal-Kunsill Ewropew; il-Parlament fakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa; u l-President Metsola tkellmet dwar il-35 sena anniversarju mid-dikjarazzjoni tal-kontinwità tal-Istati tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/03/2025 – Malti 11.03.2025 2:10
Punti ewlenin: fi Strażburgu, għaddejja sessjoni plenarja ġdida; fiha, il-Parlament se jtenni l-appoġġ sod tiegħu għall-Ukrajna; il-Membri tal-Parlament Ewropej mistennija jitolbu lill-Unjoni Ewropea tuża l-assi Russi ffriżati biex tappoġġja lill-Ukrajna u taċċellera t-twaqqif mill-użu tal-gass Russu; il-Parlament se jindika wkoll l-istrateġija ekonomika, soċjali u tal-impjiegi tal-UE għall-2025.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/03/2025 – Malti 10.03.2025 1:45
Il-punti ewlenin: sessjoni plenarja ġdida fi Strażburgu. Għada, il-Membri tal-PE se jiddiskutu s-sigurtà u d-difiża tal-UE wara l-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew; il-Parlament se jiddiskuti l-kriżi umanitarja li sejra għall-agħar f’Gaża; il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta qafas legali ġdid dwar ir-ritorn ta’ persuni li m’għandhom l-ebda dritt legali li jibqgħu fl-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/03/2025 – Malti 07.03.2025 3:43
Il-punti ewlenin: il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament fakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa billi appella għal rwol aktar b’saħħtu għan-nisa fil-konsolidazzjoni tal-paċi u fis-sigurtà; nhar it-Tnejn fi Strażburgu, il-Parlament mistenni jivvota dwar pjan ta’ appoġġ ta’ EUR 1.9 biljun għall-Moldova; il-Membri tal-PE se jiddiskutu wkoll il-kompetittività ta...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/03/2025 – Malti 06.03.2025 1:43
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss fi Strażburgu fejn se jiffukaw fuq id-drittijiet tan-nisa u d-difiża Ewropea; il-Parlament se jindirizza wkoll l-eliminazzjoni gradwali tal-gass mir-Russja u jikkonferma l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna; fuq l-aġenda hemm ukoll kif jistgħu jissaħħu l-ktajjen tal-provvista tal-mediċini kritiċi fl-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/03/2025 – Malti 05.03.2025 1:49
Il-punti ewlenin: il-Kunsill Ewropew se jiltaqa’ fi Brussell għal summit speċjali dwar l-Ukrajna u d-difiża; bi tħejjija għas-summit, il-President Metsola ltaqgħet mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte u enfasizzat l-impenn tal-UE għas-sigurtà u l-paċi dejjiema fl-Ukrajna; qabel il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi se jorganizza la...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/03/2025 – Malti 04.03.2025 2:02
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jsaħħu l-miżuri protettivi kontra l-abbuż sesswali tat-tfal; il-film Latvjan “Flow” – wieħed mill-films nominati għall-Premju LUX tal-Udjenza – jirbaħ l-Oscar tal-2025 għall-Aqwa Film Animat; il-Parlament Ewropew iniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-mard rari.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/03/2025 – Malti 03.03.2025 2:35
Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits se jivvutaw biex jikkonfermaw Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir ta’ EUR 1.9 biljun għall-Moldova; f’Washington DC, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tkellmet dwar l-importanza tar-rabtiet trans-Atlantiċi; Teresa Anjinho tidħol fil-kariga bħala l-Ombudsman Ewropew il-ġdid.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/02/2025 – Malti 28.02.2025 2:21
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE se jesploraw strateġiji biex tingħata spinta lill-akkomodazzjoni sostenibbli madwar l-UE; il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija se jiddiskuti l-politiki futuri tal-UE dwar id-difiża u l-ispazju mal-Kummissarju Kubilius; u nhar it-Tnejn huwa l-Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/02/2025 – Malti 27.02.2025 2:16
Il-punti ewlenin: il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa tal-Parlament Ewropew se jivvota għal miżuri aktar qawwija biex jiġi miġġieled l-abbuż sesswali tat-tfal; Il-Membri tal-PE se jiddiskutu n-nuqqas ta’ mediċini u l-istrateġija tal-kura tas-saħħa; il-kap tal-awtorità tal-UE kontra l-kriżijiet bankarji se jiffaċċja l-mistoqsijiet tal-Membri tal-PE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/02/2025 – Malti 26.02.2025 2:38
Il-punti ewlenin: fit-tielet anniversarju tal-invażjoni mir-Russja, il-mexxejja tal-UE affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom lejn l-Ukrajna b’assistenza finanzjarja, umanitarja u militari kontinwa; il-ġimgħa d-dieħla, il-mexxejja tal-UE se jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu s-sanzjonijiet u t-tisħiħ tad-difiża tal-Ewropa b’reazzjoni għall-aggressjoni mir-Russja; u Membri tal-PE jżuru l-Irlanda bi...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/02/2025 – Malti 25.02.2025 1:56
Il-punti ewlenin: Membri tal-PE mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur qegħdin f’Washington DC biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-politiki diġitali u tal-konsumatur; delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji qiegħda Londra biex tiddiskuti s-servizzi finanzjarji, is-sanzjonijiet fuq ir-Russja, u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; Membri...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/02/2025 – Malti 24.02.2025 2:20
Il-punti ewlenin: fit-tielet anniversarju tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, il-Parlament Ewropew jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-Ukrajna; delegazzjoni mis-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali se jżur il-Finlandja u l-Estonja għal taħditiet dwar il-politika tat-tassazzjoni u l-kompetittività; u l-Kumitat għas-Saħħa Pubblika qed iniedi konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-mard rari u s-saħ...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/02/2025 – Malti 21.02.2025 2:36
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE u l-Istati Membri tal-UE qablu dwar pjan ta’ appoġġ ewlieni biex jaċċelleraw ir-riformi tal-Moldova, isaħħu r-reżiljenza tagħha, u jmexxuha ’l quddiem fit-triq tagħha lejn l-integrazzjoni fl-UE; il-Membri tal-PE mill-Kumitat għall-Iżvilupp se jżuru t-Tanzanija biex jevalwaw l-inizjattivi tal-Global Gateway; niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/02/2025 – Malti 20.02.2025 3:21
Il-punti ewlenin: matul il-Ġimgħa Parlamentari Ewropea, l-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi appella għal azzjoni urġenti biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa; l-UE tilħaq ftehim biex sal-2030 tnaqqas l-iskart tal-ikel u tat-tessuti; u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jibda l-mandat il-ġdid tiegħu b’taħditiet ta’ politika globali.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/02/2025 – Malti 19.02.2025 3:39
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE u l-Membri Parlamentari nġabru biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, baġitarji u soċjali tal-Ewropa; il-Membri tal-PE jiddiskutu t-tensjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fid-dawl ta’ tariffi ġodda tal-Istati Uniti fuq l-azzar mill-Ewropa u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni taċ-ċipep tal-intelliġenza artifiċjali; u l-Ministru Pollakk għas-Saħħa se...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/02/2025 – Malti 18.02.2025 2:10
Il-punti ewlenin: din il-ġimgħa, il-Polonja se tkompli tippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tagħha lill-Kumitati tal-Parlament Ewropew; il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji se jkollu l-ewwel taħdita ekonomika mal-President tal-Grupp tal-Euro; skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, iż-żgħażagħ Ewropej huma mħassbin l-aktar bil-għoli tal-ħajja l-ħajja u l-klima, u jiddependu fu...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/02/2025 – Malti 17.02.2025 2:57
Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew Metsola żaret Iżrael, Gaża, u x-Xatt tal-Punent biex terġa’ ttenni l-impenn tal-Ewropa għall-paċi reġjonali; il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Michael O’Flaherty se jiddiskuti kwistjonijiet ewlenin, inklużi l-Ukrajna u l-migrazzjoni, mal-Membri tal-PE; il-Viċi President tal-BEI Robert De Groot se jiddiskuti l-irwo...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/02/2025 – Malti 14.02.2025 2:57
Il-punti ewlenin: il-Parlament approva riforma tal-VAT biex tiġi garantita tassazzjoni ġusta u tiġi miġġielda l-frodi; il-Membri tal-PE u l-Kummissjoni irrieżaminaw il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur fost tħassib dwar l-agrikoltura; u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit se jivvaluta l-baġit imġedded fit-tul tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/02/2025 – Malti 13.02.2025 3:59
Il-punti ewlenin: il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 u l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-kompetittività; il-President tal-Verkhovna Rada, jew il-Parlament Ukren, jindirizza lill-Membri tal-PE fi Strażburgu; il-Parlament iħeġġeġ lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jindirizza r-riskji ġeopolitiċi għall-istabbiltà tal-prezzijiet.
Similar podcasts
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.