Parlament Ewropew

MT - Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar

News MT ↓ 33 episodes

Inizjattivi ġodda għal Unjoni Ewropea aħjar Dan il-podcast jippreżenta informazzjoni fuq inizjattivi differenti mfassla biex jintlaħaq dak li jistennew iċ-ċittadini għal leġiżlazzjoni tal-UE aħjar.   Huwa bbażat fuq riċerka li ssir mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew u jiddiskuti suġġetti li jinsabu fuq quddiem nett tal-ġrajjiet kurrenti Ewropej: politiki soċjali, it-tibdil fil-klima, teknoloġiji ġodda, id-drittijiet tal-konsumaturi, ir-relazzjonijiet internazzjonali u l-ekonomija, fost oħrajn. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .

Author

Parlament Ewropew

Category

News

Podcast website

octopus.saooti.com

Latest episode

Dec 6, 2024

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

Lejn “korp ta’ azzjoni klimatika” għaż-żgħażagħ fl-Ewropa 06.12.2024

Tnejn minn kull tliet żgħażagħ fl-Ewropa jixtiequ jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz tal-impjiegi tagħhom. Madankollu, 45% taż-żgħażagħ Ewropej m’għandhomx il-ħiliet ekoloġiċi biex jagħmlu dan. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu mgħammra bil-ħiliet u l-għarfien rilevanti biex jaġixxu fuq l-isfidi ambjentali u tat-tibdil fil-klima. L-idea ta’ skema ta’ “bliet ekoloġiċi Erasmus” tkun li tip...

Intemmu l-epidemija tal-HIV sal-2030 29.11.2024

Mis-snin tmenin s’issa, l-HIV inbidel minn dijanjożi fatali għal kundizzjoni maniġġabbli, bis-saħħa ta’ avvanzi globali fit-trattament u fil-prevenzjoni. Ġew infettati aktar minn 88 miljun persuna madwar id-dinja, u s’issa mietu 42 miljun ruħ. Illum il-ġurnata, hemm madwar 40 miljun persuna li qed jgħixu bl-HIV, inkluż madwar 810,000 persuna fl-UE. Għalkemm is-sistemi tal-kura tas-saħħa huma organ...

Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 22.11.2024

Il-qafas finanzjarju pluriennali essenzjalment huwa l-pjan baġitarju fit-tul tal-Unjoni Ewropea. Huwa jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-limiti tal-infiq għall-UE għal diversi snin, filwaqt li jiżgura li r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jkunu jikkonformaw mal-għanijiet politiċi u ekonomiċi tagħha. Il-qafas finanzjarju pluriennali jistabbilixxi l-istruttura għall-baġits annwali u jgħin biex...

Approċċ komprensiv għas-saħħa mentali 15.11.2024

Is-saħħa mentali u l-benesseri huma kruċjali biex kulħadd jgħix ħajja sodisfaċenti, jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, jikkontribwixxi b’mod attiv għall-komunitajiet tiegħu u jkampaw mal-istress u l-isfidi tal-ħajja. L-UE taħdem ħafna biex tiżgura li ħadd ma jiġi eskluż u li n-nies ikollhom aċċess ugwali għall-prevenzjoni u għas-servizzi tas-saħħa mentali fil-pajjiżi kollha tal-UE. Madankollu, għad...

Lejn strateġija Ewropea għall-anzjani 08.11.2024

L-Ewropa qed tesperjenza bidla demografika bħal qatt qabel. Sal-2050, kważi terz tal-popolazzjoni tal-UE se jkollha 65 sena jew aktar. Il-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-UE se jkollha implikazzjonijiet profondi f’diversi oqsma, inklużi l-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali, is-suq tax-xogħol u l-ekonomija. Il-politiki tal-UE għall-anzjani jiffukaw fuq diversi oqsma ewlenin: it-tixjiħ attiv, l-inkl...

L-Unjoni Ewropea, kif issawwar it-turiżmu madwar l-Ewropa? 25.10.2024

It-turiżmu huwa wieħed mill-aktar industriji vibranti fl-UE: ilaqqa’ lin-nies flimkien, jippromwovi l-fehim kulturali u jrawwem it-tkabbir ekonomiku. L-UE kif tappoġġja u ssaħħaħ it-turiżmu, u kif tiżgura li l-ivvjaġġar ikun aktar sostenibbli, aċċessibbli u ta’ benefiċċju għal kulħadd?

Orizzont Ewropa: Fuq quddiem fl-innovazzjoni permezz tar-riċerka tal-Unjoni Ewropea 01.10.2024

Orizzont Ewropa huwa l-akbar programm ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b’baġit ta’ EUR 95.5 biljun għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2027. Dan huwa aktar minn sempliċement programm ta’ finanzjament: huwa jirrappreżenta l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex tixpruna l-eċċellenza xjentifika, trawwem l-innovazzjoni u tindirizza l-isfidi tas-soċjetà fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan...

Ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew 25.09.2024

Id-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew huma gruppi uffiċjali ta’ Membri tal-PE li għandhom l-għan li jiżviluppaw relazzjonijiet mal-parlamenti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll ma’ reġjuni jew organizzazzjonijiet terzi. Dawn id-delegazzjonijiet iżommu l-kuntatti internazzjonali tal-Parlament, jiżviluppawhom u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-rwol tal-Unjoni Ewropea u l-viżibbiltà tagħha madwar id-dinj...

X’inhi s-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti, jew inkella ECTS? 30.08.2024

Is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (jew ECTS) hija għodda taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja biex l-istudji u l-korsijiet ikunu aktar trasparenti. L-ECTS tagħmilha aktar faċli biex il-kwalifiki jiġu rikonoxxuti madwar l-Ewropa u tgħin lill-istudenti jiċċaqilqu minn pajjiż għal ieħor.

Għal ilma aktar nadif: l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea biex tiġi restawrata l-kwalità tal-ilma 05.08.2024

L-ilma huwa essenzjali għall-ħajja. Isostni l-ekosistemi tagħna u l-agrikoltura, u huwa vitali għall-bnedmin, biex nissodisfaw l-aktar ħtiġijiet bażiċi tagħna. It-tniġġis tal-ilma għadu sfida sinifikanti madwar id-dinja. Kontaminanti bħall-iskart industrijali, l-iskol agrikolu u t-tniġġis mill-plastik qed jiddegradaw il-korpi tal-ilma tagħna. Dan qed iwassal għal kwistjonijiet ekoloġiċi u tas-saħħ...

Nipproteġu l-oċean, wasal iż-żmien li nieħdu azzjoni 29.07.2024

Aħna lkoll niddependu mill-oċean biex ngħixu. Madankollu, ħafna minna ma napprezzawhx u spiss ninsew li dan jipprovdilna l-ikel li nieklu u jiġġenera ħafna mill-ossiġnu li nieħdu. S’issa, il-biċċa l-kbira tal-oċean għadu ma ġiex regolat u l-bijodiversità tal-baħar tiegħu għadha ma ġietx protetta. Dan wassal għal prattiki mhux sostenibbli, sajd illegali, tniġġis, u t-telf ta’ ħabitats tal-baħar. L-...

Ir-rifuġjati u l-kriżijiet umanitarji 05.07.2024

Fl-aħħar ta’ April 2024, madwar id-dinja kien hemm aktar minn 120 miljun persuna spostati b’mod furzat bħala riżultat ta’ persekuzzjoni, kunflitt, vjolenza u ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Dan huwa ekwivalenti għal aktar minn persuna waħda minn kull 69 persuna. Fosthom hemm aktar minn 43 miljun rifuġjat. Hemm ukoll miljuni ta’ persuni apolidi li ġew imċaħħda milli jkollhom nazzjonalità. Il-kriżi...

Nisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-SMEs Ewropej 28.06.2024

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, bħall-furnara, il-parrukkiera, tal-fjuri u l-ħwienet tal-kotba huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea. Dawn jirrappreżentaw 99% tan-negozji kollha fl-Unjoni Ewropea u jammontaw għal aktar minn nofs il-prodott domestiku gross tagħna. Madankollu, l-SMEs spiss jiffaċċjaw firxa ta’ sfidi li jpoġġu f’riskju s-sopravivenza tagħhom fis-suq.

Is-sikurezza tal-ikel fl-Unjoni Ewropea 10.06.2024

Is-sikurezza tal-ikel għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem. Din tkopri diversi aspetti, bħall-iġjene tal-ikel, it-tikkettar, l-imballaġġ u t-traċċabbiltà tal-prodotti. Kull sena, 600 miljun persuna fid-dinja jimirdu b’200 tip differenti ta’ mard li jista’ jiġi trażmess mill-ikel. L-Unjoni Ewropea tipprova tipprevjeni dan il-mard billi tagħmel mill...

Il-Jum Dinji tal-Ambjent 2024 07.06.2024

Il-Jum Dinji tal-Ambjent jiġi ċċelebrat kull sena fil-5 ta’ Ġunju. Matul l-aħħar 50 sena, dan il-jum sar wieħed mill-akbar pjattaformi globali għas-sensibilizzazzjoni ambjentali. Kull sena, għexieren ta’ miljuni ta’ nies flimkien ma’ gvernijiet, kumpaniji, bliet u organizzazzjonijiet komunitarji jinvolvu ruħhom f’din l-inizjattiva. Fl-2024, l-Arabja Sawdija qed tospita ċ-ċelebrazzjonijiet b’enfasi...

Niġġieldu d-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTIQ 31.05.2024

Kull persuna għandha tħossha ħielsa li tkun hi nnifisha u tħobb lil min tixtieq mingħajr ebda biża’. Madankollu, il-persuni leżbjani, gay, bisesswali, trans, intersesswali u queer għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni f’bosta partijiet tad-dinja, inkluż l-Ewropa. L-Unjoni Ewropea hija impenjata bis-sħiħ fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Skopri aktar dwar kif l-Unjoni Ewropea qed tipprova tiżvilu...

Nipproteġu lid-dakkara 24.05.2024

L-insetti li jdakkru għandhom rwol fundamentali fl-ekosistema tagħna, iżda dawn qed jiltaqgħu ma’ bosta theddid madwar id-dinja kollha, fosthom: it-tibdil fil-klima, it-telf tal-ħabitats, il-pesti u l-biedja intensiva msejsa fuq prodott wieħed biss. Minkejja r-rwol vitali tagħhom fil-benesseri u n-natura tagħna, dan it-theddid qed jikkawża tnaqqis drammatiku kemm fl-ispeċijiet ta’ dakkara selvaġġi...

Id-disa’ leġiżlatura tal-Parlament Ewropew 17.05.2024

Il-pandemija globali tal-COVID-19 u l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna kellhom impatt sinifikanti fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew matul id-disa’ leġiżlatura tiegħu. Bħala konsegwenza ta’ kriżi tas-saħħa u ta’ diversi sfidi ġeopolitiċi, matul id-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament iffoka fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni Ewropea filwaqt li...

L-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-foresti għall-2030 21.03.2024

L-UE hija waħda mir-reġjuni l-aktar għonja fil-foresti fid-dinja: madwar 40% tal-art tagħha hija miksija b’foresti. Il-foresti huma essenzjali għas-saħħa u l-benesseri tagħna, kif ukoll għas-saħħa tal-pjaneta. Huma rikki fil-bijodiversità u huma importanti ħafna fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-UE hija konxja tar-rwol li l-foresti jista’ jkollhom fil-futur tagħna. Għalhekk, fl-2021 l-UE ado...

Il-ġlieda tal-Unjoni Ewropea għad-drittijiet tan-nisa 07.03.2024

Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa jiġi ċċelebrat kull sena fit-8 ta’ Marzu biex jirrikonoxxi l-kisbiet tan-nisa u tixħet l-attenzjoni fuq id-drittijiet tan-nisa. Hija okkażjoni biex titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet bħall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet riproduttivi u l-ġlieda kontra l-vjolenza u l-abbuż fil-konfront tan-nisa. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel minn dejjem kienet waħd...

Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità 04.03.2024

Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ huma inizjattivi li għandhom l-għan li jindirizzaw l-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-persuni b’diżabilità waqt li jkunu qed jivvjaġġaw f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li huma differenti mill-pajjiż li joriġinaw minnu. Dawn il-kards huma mfassla biex jipprovdu lid-detenturi bi prova rikonoxxuta tal-istatus ta’ diżabilità tagħhom. Barra minn...

Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna 24.02.2024

Minn mindu r-Russja nediet invażjoni illegali fuq skala sħiħa tal-Ukrajna fi Frar 2022, l-Unjoni Ewropea appoġġjat lil Kiev billi kkundannat l-aggressjoni min-naħa tar-Russja, issanzjonat lil dawk responsabbli u pprovdiet appoġġ finanzjarju u materjali.

Tolleranza żero għall-mutilazzjoni ġenitali femminili 09.02.2024

Il-mutilazzjoni ġenitali femminili tinkludi l-proċeduri kollha li, intenzjonalment, ibiddlu jew jikkawżaw ħsara lill-organi ġenitali tan-nisa għal raġunijiet mhux mediċi. Din issir għal raġunijiet kulturali, reliġjużi u xi kultant soċjali, iżda ma għandha l-ebda benefiċċju għas-saħħa u jista’ jkollha effetti serji immedjati u fit-tul fuq is-saħħa u l-benesseri. X’qed isir biex din il-prattika tiġi...

Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer 02.02.2024

Wara l-mard kardjovaskulari, il-kanċer huwa t-tieni kawża ewlenija ta’ mewt fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Kull sena, kważi 3 miljun persuna jiġu ddijanjostikati bil-marda, u 1.2 miljun jitilfu ħajjithom minħabba fiha. Għalkemm ir-responsabbiltà għall-politiki tas-saħħa taqa’ primarjament f’idejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-ġlieda kontra l-kanċer hija waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni Ewr...

It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea: kif jaħdem 29.01.2024

L-Unjoni Ewropea hija unjoni politika u ekonomika b’27 Stat Membru, imma għadd ta’ pajjiżi oħra applikaw biex jissieħbu fl-Unjoni. Bħalissa hemm disa’ pajjiżi kandidati. Madankollu, il-proċess biex pajjiż isir stat membru huwa twil u mhuwiex daqshekk sempliċi.

Listen to the MT - Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.