Parlament Ewropew
MT - L-Ewropa u jien
Ħarsa lejn id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bil-lenti tal-UE F’dan il-podcast se ssib l-aħħar żviluppi rigward premjijiet prestiġjużi bħall- Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb , il-Premju LUX tal-Udjenza , il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej u l-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu . Żomm ruħek aġġornat għal rappurtar komprensiv u aġġornamenti dwar l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew biex jiġu appoġġjati d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal-
Author
Parlament Ewropew
Category
Podcast website
Latest episode
Oct 24, 2024
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2024 24.10.2024 4:47
Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2024 imur għal Lost in Europe, proġett ta’ ġurnaliżmu transfruntier mingħajr skop ta’ qligħ. L-investigazzjoni rebbieħa żvelat li aktar minn 51,000 migrant minorenni mhux akkumpanjat għebu wara li waslu fl-Ewropa bejn l-2021 u l-2023. Il-Premju jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea, kif imnaqqxa fil-Karta tad...
Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024 24.10.2024 3:55
María Corina Machado u Edmundo González Urrutia huma r-rebbieħa tal-edizzjoni 2024 tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew.
L-Ewrobarometru - L-istħarriġ tal-Unjoni Ewropea ta’ wara l-elezzjoni 2024 18.10.2024 3:15
Iż-żieda fil-prezzijiet, l-għoli tal-ħajja u s-sitwazzjoni ekonomika kienu t-temi ewlenin li mmotivaw lil aktar minn 40% taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea biex jivvutaw fl-aħħar elezzjonijiet Ewropej. Terz tal-votanti qalu li s-sitwazzjoni internazzjonali kienet suġġett li ħeġġiġhom jivvutaw, filwaqt li proporzjon simili semma d-difiża tad-demokrazija u l-istat tad-dritt bħala fattur motivanti. Daw...
LUX - Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2025 20.09.2024 8:54
Il-ħames films finalisti għall-Premju LUX tal-Udjenza 2025 huma: Animal , Dahomey , Flow , Intercepted u Julie Keeps Quiet . Il-Premju LUX jixħet dawl fuq films li jittrattaw temi soċjali u politiċi. L-għan tiegħu huwa li jinkoraġġixxi d-dibattitu u r-riflessjoni, filwaqt li juża l-films biex jgħin fil-bini ta’ identità Ewropea aktar b’saħħitha.
Nispjegaw l-elezzjonijiet Ewropej: kif tista’ ssib sorsi affidabbli 03.06.2024 5:34
Wasal iż-żmien li nivvutaw! Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, miljuni ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea se jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-Unjoni Ewropea elett direttament u l-elezzjonijiet Ewropej huma wieħed mill-akbar avvenimenti demokratiċi fid-dinja. Ingħaqad magħna f’dan l-episodju biex...
L-Ewrobarometru tal-Parlament għar-rebbiegħa 2024 08.05.2024 3:37
L-Ewrobarometru għar-rebbiegħa 2024 wera li ċ-ċittadini jappoġġjaw bil-qawwi d-demokrazija u huma konxji ħafna tal-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin. Il-votazzjoni biex jingħażlu l-Membri l-ġodda tal-Parlament Ewropew se ssir bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024 fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Nispjegaw l-elezzjonijiet Ewropej: kif jitqassmu s-siġġijiet? 25.04.2024 4:43
Wasal iż-żmien li nivvutaw! Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, miljuni ta’ ċittadini tal-UE se jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-UE elett direttament u l-elezzjonijiet Ewropej huma wieħed mill-akbar avvenimenti demokratiċi fid-dinja. Ingħaqad magħna f’dan l-episodju hekk kif nagħtu ħarsa aktar...
LUX – Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2024 17.04.2024 3:31
Ir-rebbieħ tal-LUX – Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2024 huwa “The Teachers’ Lounge” Il-Premju LUX huwa strument li jitfa’ dawl u jġegħlna nirriflettu fuq films li jindirizzaw temi soċjali u politiċi. L-għan tiegħu hu li jinkoraġġixxi d-dibattitu u r-riflessjoni, filwaqt li juża l-films bħala għodda biex tgħinna nsaħħu l-identità Ewropea tagħna.
Nispjegaw l-elezzjonijiet Ewropej: kif taħdem is-sistema tal-votazzjoni? 09.04.2024 4:31
Wasal iż-żmien li nivvutaw! Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, miljuni ta’ ċittadini tal-UE se jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-UE elett direttament u l-elezzjonijiet Ewropej huma wieħed mill-akbar avvenimenti demokratiċi fid-dinja. Ingħaqad magħna f’dan l-episodju hekk kif nagħtu ħarsa aktar...
Alexei Navalny, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021 19.03.2024 6:26
Navalny, l-aktar leħen prominenti tal-oppożizzjoni Russa, huwa magħruf li espona l-korruzzjoni u bħala kritiku qawwi tal-President Vladimir Putin. Miet f’ċirkostanzi misterjużi fis-16 ta’ Frar 2024, f’kolonja penali remota fl-Artiku. Fl-2021, ingħata l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew.
Il-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Konsumatur 14.03.2024 4:45
Kull sena, fil-15 ta’ Marzu, niċċelebraw il-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Konsumatur biex inqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet u l-protezzjonijiet tal-konsumatur madwar id-dinja. Il-Parlament Ewropew għandu rwol kruċjali fis-salvagwardja tad-drittijiet tal-konsumatur madwar l-Unjoni Ewropea. B’aktar minn 450 miljun konsumatur fl-UE, huwa essenzjali li niżguraw trattament ġust, trasparenza u sikurezz...
Il-jum dinji tar-radju 13.02.2024 2:19
Kullimkien issibuh: fil-karozza, ġewwa darkom, fuq il-mobile. Fuq xiex qed nitkellmu? Fuq ir-radju, ovvjament! U fit-13 ta' Frar niċċelebraw il-jum dinji tiegħu. Ejjew nagħtu ħarsa lejn dan il-mezz ta' xandir tant kostanti f'ħajjitna li saħansitra salva lit-Torri Eiffel.
Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2023 22.12.2023 5:11
Konsorzju Grieg, Ġermaniż u Brittaniku rebaħ il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2023. L-investigazzjoni tat ħarsa mill-qrib lejn l-avvenimenti li seħħew qabel, matul u wara n-nawfraġju tal-bastiment Adriana. Dan in-nawfraġju ħalla ’l fuq minn 600 migrant mejjet ’il barra mill-kosta ta’ Pylos, fil-Lbiċ tal-Greċja fl-14 ta’ Ġunju 2023. Il-Premju jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-p...
Il-Premju Sakharov 2023 20.12.2023 1:00
Mahsa Amini u l-Moviment “Mara, Ħajja, Libertà” fl-Iran rebħu l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2023. Il-Premju twaqqaf fl-1988 biex jonora individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa msemmi f’ġieħ il-fiżiċista u d-dissident politiku Sovjetiku Andrei Sakharov, li ddedika ħajtu għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej 2023 18.12.2023 3:17
Stabbilit fl-2008, il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej huwa organizzat mill-Parlament Ewropew flimkien mal-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta’ Aachen. Din is-sena, l-ewwel post intrebaħ minn “AILEM” mill-Belġju, l-ewwel applikazzjoni tal-lingwa mfassla apposta għar-refuġjati u l-persuni li qed ifittxu ażil.
Similar podcasts
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.