Parlament Ewropew
L-Aħbarijiet fil-Qosor
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .
Author
Parlament Ewropew
Category
Podcast website
Latest episode
Mar 19, 2025
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/02/2025 – Malti 12.02.2025 3:14
Il-punti ewlenin: l-UE twiegħed rispons sod għat-tariffi l-ġodda tal-Istati Uniti fuq l-azzar u l-aluminju; il-Membri tal-PE affermaw mill-ġdid l-appoġġ qawwi tal-UE għall-Ukrajna matul il-gwerra li għaddejja bħalissa; u l-Parlament Ewropew osserva minuta silenzju għall-vittmi tal-isparatura f’Örebro.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/02/2025 – Malti 11.02.2025 2:18
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja ta’ din il-ġimgħa, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen se tiżvela l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025; il-Membri tal-PE se jiddibattu dwar ir-repressjoni fir-Russja sena wara l-qtil ta’ Alexei Navalny; il-Parlament se jiddiskuti wkoll il-ħruġ tal-Istati Uniti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mill-Ftehim ta’ Pariġi.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/02/2025 – Malti 10.02.2025 2:10
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE se jfakkru tliet snin mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja; se jiddibattu l-istrateġija tal-UE ppjanata għal-Lvant Nofsani; u se jivvalutaw ir-riskji għall-kummerċ tal-UE fost it-theddid tal-Istati Uniti rigward it-tariffi.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/02/2025 – Malti 07.02.2025 2:11
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jiddiskutu l-appoġġ tal-Ukrajna u r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fir-Russja fil-plenarja; l-esperti infurmaw lill-Membri tal-PE dwar l-isfidi tal-klima u tal-bijodiversità; u l-UE tafferma l-impenn tagħha li ttemm il-mutilazzjoni ġenitali femminili.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/02/2025 – Malti 06.02.2025 1:27
Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi tal-Parlament qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss; il-ġimgħa d-dieħla, il-Membri tal-PE se jiddiskutu l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna, il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 u l-konsegwenzi tal-irtirar tal-Istati Uniti mill-Ftehim ta’ Pariġi u mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/02/2025 – Malti 05.02.2025 1:55
Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Roberta Metsola tappella għal aktar investiment u unità fid-difiża Ewropea; il-ministri Pollakki jiddeskrivu l-għanijiet tal-ġustizzja u l-affarijiet interni; il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea se jospitaw it-tielet Simpożju tal-UE dwar it-Tassazzjoni.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/02/2025 – Malti 04.02.2025 2:23
Il-punti ewlenin: delegazzjoni mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Parlament Ewropew għandha żżur l-Istati Uniti biex issaħħaħ il-kooperazzjoni diġitali transatlantika; taħditiet politiċi ewlenin bejn is-Sottokumitat tal-Parlament għall-Kwistjonijiet Fiskali u l-Kummissarju Wopke Hoekstra; Il-Jum Dinji Kontra l-Kanċer: il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer isaħħaħ l-i...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/02/2025 – Malti 03.02.2025 1:37
Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola se tindirizza l-isfidi ġeopolitiċi fil-Konferenza tal-Ambaxxaturi tal-UE tal-2025; is-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali se jesplora r-riformi għall-integrazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-settur finanzjarju tal-UE; u l-Membri tal-PE ddiskutew is-sovranità diġitali u ċ-ċibersigurtà mal-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjo...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 31/01/2025 – Malti 31.01.2025 2:59
Il-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew fakkar il-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst; laqgħa dwar il-prestazzjoni ta’ InvestEU; u l-futur tal-agrikoltura tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 30/01/2025 – Malti 30.01.2025 2:01
Il-punti ewlenin: il-Polonja tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha għall-presidenza tagħha tal-Kunsill tal-UE, bil-motto “Sigurtà, Ewropa!”; il-Membri tal-PE jiddiskutu strateġija tal-UE għar-reżiljenza fil-qasam tal-ilma u patt blu tal-UE f’seduta pubblika; il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jeżamina l-impatt tal-midja soċjali fuq is-saħħa mentali tal-bniet.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 29/01/2025 – Malti 29.01.2025 1:33
Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jivvota dwar il-politiki ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE, u jiffoka fuq ir-relazzjonijiet mal-Ukrajna, mar-Russja u maċ-Ċina u fuq it-tkabbir; il-Kumitati għall-Affarijiet Barranin u għall-Baġits huma mistennija jivvutaw dwar Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir ta’ madwar EUR 1.8 biljun biex jappoġġjaw ir-riformi tal-Moldova sabiex tissieħeb fl-...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/01/2025 – Malti 28.01.2025 1:41
Il-punti ewlenin: sessjoni plenarja speċjali li tikkommemora l-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst; il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tattendi ċ-ċerimonja li fakkret it-tmenin sena anniversarju tal-liberazzjoni ta’ Auschwitz; u dibattitu fuq it-tixjiħ san u l-bżonn urġenti biex nindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa madwar l-Ewropa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/01/2025 – Malti 27.01.2025 2:21
Il-punti ewlenin: is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem se jiddiskuti l-verità, il-ġustizzja u r-responsabbiltà fis-Sirja mal-vittmi u l-esperti internazzjonali; il-Membri tal-PE se jivvalutaw il-kriżi umanitarja tas-Sirja u se jesploraw modi biex itejbu l-għoti tal-għajnuna; il-Parlament Ewropew ikkundanna r-reġim ta’ Maduro u appella għal espansjoni tas-sanzjonijiet kontra l-Venezwela.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/01/2025 – Malti 24.01.2025 3:15
Il-punti ewlenin: Il-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE, filwaqt li jiffoka fuq l-unità u s-sigurtà; Il-Parlament jikkundanna d-diżinformazzjoni min-naħa tar-Russja u jappella għal sanzjonijiet aktar ħorox fuq il-mezzi ta’ propaganda; u l-Membri tal-PE jiddenunzjaw l-elezzjoni presidenzjali tal-Belarussja bħala waħda falza u jap...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 23/01/2025 – Malti 23.01.2025 3:06
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE irrevedew l-eżiti tal-aħħar Kunsill Ewropew flimkien mal-President tiegħu, António Costa, u ddiskutew l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli; il-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE bil-motto tagħha, “Sigurtà, Ewropa!”; il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jiddibatti l-...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/01/2025 – Malti 22.01.2025 3:28
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-President Metsola esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-waqfien mill-ġlied f’Gaża; il-Membri tal-PE ddiskutew l-użu tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali għall-ġlieda kontra l-indħil barrani u l-protezzjoni tad-demokrazija; il-Parlament se jivvota dwar riżoluzzjoni li tikkundanna d-diżinformazzjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/01/2025 – Malti 21.01.2025 2:08
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Prim Ministru Pollakk Tusk se jippreżenta l-programm “Sigurtà, Ewropa!” hekk kif il-Parlament qed jiddiskuti l-prijoritajiet tal-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Membri tal-PE se jivvalutaw l-eżiti tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru, b’enfasi fuq l-Ukrajna, il-Lvant Nofsani u r-rispons strateġiku tal-UE; il-Parlament s...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/01/2025 – Malti 20.01.2025 2:45
Il-punti ewlenin: l-infurzar tar-regoli diġitali biex tiġi protetta d-demokrazija; il-Membri tal-PE jiddiskutu t-tieni mandat ta’ Donald Trump u r-rabtiet bejn l-UE u l-Istati Uniti; u Bruno Gencarelli magħżul bħala l-kandidat ewlieni għar-rwol ta’ Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/01/2025 – Malti 17.01.2025 2:15
Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Roberta Metsola tilqa’ l-waqfien mill-ġlied f’Gaża bħala punt ta’ bidla; l-UE timxi lejn futur aktar ekoloġiku bis-saħħa ta’miżuri ta’ ekonomija ċirkolari; u l-bliet kapitali Ewropej ta’ eċċellenza għall-2025.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/01/2025 – Malti 16.01.2025 1:41
Il-punti ewlenin: il-Kummissarju Marta Kos tiddiskuti t-tkabbir tal-UE mal-Membri tal-PE; il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew jerġa’ jeżamina r-rapport tal-Europol dwar it-theddid tat-terroriżmu; jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2025.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/01/2025 – Malti 15.01.2025 1:45
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jħejju għad-dibattitu fil-plenarja dwar il-presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE u l-Istrateġija għal-Lvant Nofsani; fi Strażburgu, il-Parlament se jiffoka wkoll fuq id-dħul klandestin ta’ migranti u d-diżinformazzjoni tar-Russja; il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali se jiddiskuti l-ftehim bejn l-UE u l-Mercosur mal-Kummissarju Šefčovič.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/01/2025 – Malti 14.01.2025 1:56
Il-punti ewlenin: is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte u l-mexxejja tal-UE jingħaqdu biex jindirizzaw l-isfidi għas-sigurtà; il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ltaqgħet mal-Kanċillier Awstrijak u mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO; il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ddiskuta l-baġit għall-2026, il-politika dwar l-inbid, u l-monitoraġġ tal-foresti.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/01/2025 – Malti 13.01.2025 2:33
Il-punti ewlenin: l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru juri appoġġ dejjem akbar għall-politika agrikola komuni tal-UE; seduta pubblika tesplora kif il-politiki tat-taxxa jaffettwaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-Kummissarju l-ġdid għat-Tkabbir huwa mistenni li jindirizza lill-MEPs.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/01/2025 – Malti 10.01.2025 2:06
Il-punti ewlenin: il-kap tan-NATO Mark Rutte jiltaqa’ mal-kumitati tal-Parlament biex jiddiskuti l-kooperazzjoni bejn in-NATO u l-UE, l-Ukrajna u t-theddid għas-sigurtà globali; il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fl-Eġittu għal djalogu reġjonali; l-UE timmira għan-newtralità klimatika sal-2050.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/01/2025 – Malti 09.01.2025 2:15
Il-punti ewlenin: il-Polonja tieħu l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew; Chemnitz fil-Ġermanja u Nova Gorica fl-Islovenja jiċċelebraw id-diversità u l-patrimonju kulturali tal-Ewropa bħala Kapitali tal-Kultura; tletin sena ta’ sħubija fl-UE għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja.
Similar podcasts
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.