Parlament Ewropew

L-Aħbarijiet fil-Qosor

News MT ↓ 250 episodes

Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .

Author

Parlament Ewropew

Category

News

Podcast website

octopus.saooti.com

Latest episode

Mar 19, 2025

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/09/2024 – Malti 09.09.2024

Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament qed jorganizza diskussjoni mal-Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi; l-Inizjattiva tad-Dikjarazzjoni Konġunta tad-WTO dwar il-kummerċ elettroniku; u Jum il-Multilingwiżmu.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/09/2024 – Malti 06.09.2024

Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bi skambju ta’ fehmiet mal-Kummissjoni fuq in-negozjati dwar il-ftehim plurilaterali tad-WTO dwar il-kummerċ elettroniku; delegazzjoni mill-istess kumitat se tieħu sehem fil-Forum Pubbliku tad-WTO f’Ġinevra; u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE se jiġi mobilizzat biex jappoġġja ħames pajjiżi tal-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/09/2024 – Malti 05.09.2024

Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qed tattendi l-Konferenza tal-Kelliema tal-G7 fl-Italja; l-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi ppreżenta r-rapport tiegħu dwar il-futur tal-kompetittività tal-Ewropa fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti li seħħet ilbieraħ; illum huwa l-Jum Internazzjonali tal-Karità.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/09/2024 – Malti 04.09.2024

Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit qed jiddiskuti l-investigazzjonijiet tal-UE dwar il-frodi u l-korruzzjoni; il-Kumitat għas-Suq Intern qed jirrevedi r-regoli dwar is-sikurezza tal-ġugarelli; u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali bi skambju ta’ fehmiet dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/09/2024 – Malti 03.09.2024

Il-punti ewlenin: il-kumitati tal-Parlament se jibdew jiltaqgħu din il-ġimgħa.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/09/2024 – Malti 02.09.2024

Il-punti ewlenin: il-kumitati tal-Parlament se jibdew jiltaqgħu din il-ġimgħa u l-aġenda tas-sessjoni plenarja li jmiss tal-Parlament Ewropew.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/07/2024 – Malti 26.07.2024

Il-punti ewlenin: is-sejbiet tal-istħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru dwar l-istat tad-dritt; l-aġenda tas-sessjoni plenarja li jmiss tal-Parlament Ewropew; u d-drittijiet tal-passiġġieri fl-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/07/2024 – Malti 25.07.2024

Il-punti ewlenin: l-ewwel laqgħat regolari tal-Kumitati; dikjarazzjoni mill-President tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament dwar il-bastiment tas-sajd li ġie milqut minn temp estrem fil-Gżejjer Falkland; u l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/07/2024 – Malti 24.07.2024

Il-punti ewlenin: il-laqgħat kostituttivi tal-kumitati permanenti u s-sottokumitati tal-Parlament Ewropew saru nhar it-Tlieta fi Brussell; l-ewwel laqgħat regolari tal-kumitati; u d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 23/07/2024 – Malti 23.07.2024

Il-punti ewlenin: il-laqgħat kostituttivi tal-kumitati permanenti u s-sottokumitati tal-Parlament Ewropew qed isiru llum fi Brussell; l-UE qed tibdel l-aħjar prattiki tas-sikurezza fit-toroq f’abbozzi ta’ liġijiet; hemm xi passi li għandek bżonn tieħu qabel ma tivvjaġġa madwar l-Ewropa bil-pets tiegħek.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/07/2024 – Malti 22.07.2024

Il-punti ewlenin: il-laqgħat kostituttivi tal-kumitati permanenti u s-sottokumitati tal-Parlament Ewropew se jsiru fi Brussell nhar it-Tlieta; regoli ġodda tal-UE għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport; u l-anniversarju tal-elezzjoni tal-ewwel president mara ta’ istituzzjoni tal-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/07/2024 – Malti 19.07.2024

Il-punti ewlenin: Ilbieraħ, il-Parlament approva n-nomina ta’ Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għat-tieni mandat ta’ ħames snin; nhar l-Erbgħa, il-Membri tal-PE approvaw il-proposta dwar in-numru ta’ membri fl-għoxrin kumitat permanenti speċjalizzat u fl-erba’ sottokumitati tal-Parlament, kif ukoll fit-tmienja u erbgħin delegazzjoni permanenti tiegħu; il-laqgħat kostitu...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/07/2024 – Malti 18.07.2024

Il-punti ewlenin: bdiet l-għaxar leġiżlatura tal-PE; Roberta Metsola reġgħet ġiet eletta bħala l-President tal-Parlament; il-Membri tal-PE eleġġew ukoll 14-il Viċi President u ħames Kwesturi; fi Strażburgu, il-Membri tal-PE ddiskutew l-aħħar żviluppi fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/07/2024 – Malti 17.07.2024

Il-punti ewlenin: Roberta Metsola reġgħet ġiet eletta bħala President tal-Parlament; il-Membri tal-PE se jivvotaw dwar il-pożizzjoni tagħhom fuq l-appoġġ lill-Ukrajna fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; il-Parlament se jivvota dwar in-nomina ta’ Ursula von der Leyen għat-tieni mandat tagħha bħala President tal-Kummissjoni.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/07/2024 – Malti 16.07.2024

Il-punti ewlenin: l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jirreaġixxu għall-isparar li seħħ matul id-dimostrazzjoni tal-kampanja tal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump; il-Parlament Ewropew li jkun għadu kif ġie elett se jivvota dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati u d-delegazzjonijiet tiegħu matul is-sessjoni plenarja fi Strażburgu; il-Membri tal-Parlament Ewropew se jivvutaw ukoll fuq pożiz...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/07/2024 – Malti 15.07.2024

Il-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew se jeleġġi l-President il-ġdid tiegħu fi Strażburgu; il-Membri tal-PE se jiffurmaw kumitati, sottokumitati u delegazzjonijiet; l-20 anniversarju tal-akbar tkabbir tal-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/07/2024 – Malti 12.07.2024

Il-punti ewlenin: il-ġimgħa d-dieħla ssir l-ewwel sessjoni plenarja tal-10 leġiżlatura tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu; il-laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali; u l-Jum Dinji tal-Popolazzjoni.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/07/2024 – Malti 11.07.2024

Il-punti ewlenin: il-ġimgħa d-dieħla fi Strażburgu, il-Membri tal-PE se jivvalutaw l-eżitu tas-summit tal-UE tas-27 ta’ Ġunju; is-seduta ta’ smigħ tal-Grupp S&D ma’ Ursula von der Leyen; u l-kwalità tal-ilma fil-bajjiet madwar l-Ewropa.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/07/2024 – Malti 10.07.2024

Il-punti ewlenin: il-ġimgħa d-dieħla fi Strażburgu, il-Membri tal-PE se jivvalutaw l-eżitu tas-summit tal-UE tas-27 ta’ Ġunju; il-grupp politiku tal-Parlament li kien magħruf bħala Identità u Demokrazija biddel ismu; u l-President Roberta Metsola ltaqgħet mal-Prim Ministru Olandiż Dick Schoof.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/07/2024 – Malti 09.07.2024

Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi qed iħejju għas-sessjoni kostituttiva tal-10 leġiżlatura tal-Parlament, il-Membri tal-PE se jivvalutaw l-eżitu tas-summit tal-UE tas-27 ta’ Ġunju fi Strażburgu l-ġimgħa d-dieħla, u żieda fir-rata tat-tfaddil fiż-żona tal-euro.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/07/2024 – Malti 08.07.2024

Il-punti ewlenin: regoli ġodda tal-UE dwar l-ekodisinn għal prodotti sostenibbli; il-Kanada issa hija parti mill-programm ta’ riċerka u innovazzjoni Orizzont Ewropa; u dak li għandek tkun taf dwar il-protezzjoni konsulari f’każ ta’ emerġenza f’pajjiż terz.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/07/2024 – Malti 05.07.2024

Il-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew li għadu kif ġie elett se jiltaqa’ mis-16 sad-19 ta’ Lulju fi Strażburgu; l-UE qed taħdem biex tnaqqas l-iskart tal-plastik; u l-anniversarju tal-Unjoni Doganali Ewropea.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/07/2024 – Malti 04.07.2024

Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola mexxiet il-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti; il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán għamel żjara fl-Ukrajna; u l-Unjoni Ewropea u l-Eġittu organizzaw konferenza ta’ investiment biex jingħaqdu flimkien ħalli jimmobilizzaw l-investimenti tas-settur privat

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/07/2024 – Malti 03.07.2024

Il-punti ewlenin: Iż-żjara tal-President Metsola fil-Portugall, l-istħarriġ tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u kompetizzjoni għall-75 anniversarju tal-Kunsill tal-Ewropa.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/07/2024 – Malti 02.07.2024

Il-punti ewlenin: l-Ungerija tieħu f’idejha l-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE sal-aħħar tas-sena; il-Prim Ministru tal-Ungerija, Viktor Orban, qed jipprova joħloq grupp ġdid fil-Parlament Ewropew u l-Jum Internazzjonali tal-Parlamentariżmu.

Listen to the L-Aħbarijiet fil-Qosor podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.