Parlament Ewropew

L-Aħbarijiet fil-Qosor

News MT ↓ 250 episodes

Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .

Author

Parlament Ewropew

Category

News

Podcast website

octopus.saooti.com

Latest episode

Mar 19, 2025

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/04/2024 – Malti 16.04.2024

Il-punti ewlenin: il-Kunsill Ewropew straordinarju; l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju; u l-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/04/2024 – Malti 15.04.2024

Il-punti ewlenin: il-Parlament irid li d-dritt għall-abort ikun dritt fundamentali tal-UE; ir-Rapport Bank Ċentrali Ewropew għall-2023; u l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2024.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/04/2024 – Malti 12.04.2024

Il-punti ewlenin: fi Brussell, il-Parlament adotta għaxar testi leġiżlattivi biex jirriforma l-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil; ir-Re Philippe tal-Belġjani indirizza lill-Membri tal-PE; u l-Parlament adotta qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-UE għall-assorbimenti tal-karbonju

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/04/2024 – Malti 11.04.2024

Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja għadha għaddejja fi Brussell. Il-Membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika u adottaw il-pożizzjoni tagħhom dwar regoli ġodda biex itejbu s-saħħa tal-ħamrija Ewropea u biex iżidu l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-trakkijiet, ix-xarabanks u t-trejlers.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/04/2024 – Malti 10.04.2024

Il-punti ewlenin: fi Brussell għadha għaddejja s-sessjoni plenarja; il-Membri tal-PE se jivvutaw dwar ir-riforma tas-suq tal-elettriku tal-UE; il-ftehim dwar l-estensjoni ta’ miżuri kummerċjali temporanji għall-Ukrajna; u madwar EUR 5 miljun f’għajnuna tal-UE għal ħaddiema ssensjati fil-Ġermanja u d-Danimarka.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/04/2024 – Malti 09.04.2024

Il-punti ewlenin: għada tibda s-sessjoni plenarja fi Brussell. Il-Membri tal-PE se jivvotaw dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni, reviżjoni tad-“direttivi dwar il-kolazzjon” u regoli ġodda dwar il-ġbir, it-trattament u l-iskariku ta’ ilma urban mormi.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/04/2024 – Malti 08.04.2024

Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Iżvilupp se jqis il-progress li sar dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU; il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija se jħares lejn il-kisbiet ewlenin matul din il-leġiżlatura; u l-iffirmar tad-Dikjarazzjoni Ewropea dwar iċ-Ċikliżmu.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/04/2024 – Malti 05.04.2024

Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss, li se ssir fi Brussell bejn l-10 u l-11 ta’ April; proposta ta’ taħriġ obbligatorju għall-Membri tal-PE biex jiġu evitati l-kunflitti u l-fastidju fil-Parlament Ewropew; u baqa’ 60 jum biss għall-elezzjonijiet Ewropej.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/04/2024 – Malti 04.04.2024

Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi għaddejjin bil-preparamenti għas-sessjoni plenarja li jmiss, li se ssir fi Brussell fl-10 u l-11 ta’ April, u l-Kumitat għall-Iżvilupp huwa mistenni li jevalwa l-progress li sar dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/04/2024 – Malti 03.04.2024

Il-punti ewlenin: il-laqgħa bejn il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Margrethe Vestager u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur; il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali qed jipproponi għal emendi għar-regoli interni tal-Parlament biex isaħħu l-mod kif jaħdem; u ż-żjara tal-President tal-PE Roberta Metsola f’Ċipru.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/04/2024 – Malti 02.04.2024

Il-punti ewlenin: ġie żviluppat pjan biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trainees, il-Kap Prosekutur Ewropew se tattendi l-laqgħat li jmiss tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u l-elezzjonijiet Ewropej jinsabu biss 65 jum ’il bogħod.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/03/2024 – Malti 27.03.2024

Il-punti ewlenin: fadal 70 jum biss għall-Elezzjonijiet Ewropej; il-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li jindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet; u l-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2024.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/03/2024 – Malti 26.03.2024

Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE ddiskutew is-segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; regoli ġodda dwar il-fallimenti tal-banek u workshop dwar l-UE bħala Unjoni ta’ Ugwaljanza.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/03/2024 – Malti 25.03.2024

Il-punti ewlenin: Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola indirizzat lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern quddiem il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew; il-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Vittmi tal-Iskjavitù u tal-Kummerċ Transatlantiku tal-Iskjavi; u ċ-ċerimonja li jmiss tal-Premju LUX tal-Udjenza 2024.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/03/2024 – Malti 22.03.2024

Il-punti ewlenin: l-ewwel approvazzjoni għal regoli ġodda tal-UE dwar l-istatus fl-impjieg tal-ħaddiema tal-pjattaformi; skambju ta’ fehmiet mal-Kummissarju Ewropew Thierry Breton dwar l-Istrateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea; u appoġġ għall-ħaddiema Ġermaniżi u Daniżi li ngħataw is-sensja.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/03/2024 – Malti 21.03.2024

Il-punti ewlenin: estensjoni tal-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ għall-Ukrajna, approvazzjoni inizjali għal liġi ġdida dwar l-impatt tal-kumpaniji fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, u l-appoġġ tal-Membri tal-Parlament Ewropew għal riforma komprensiva tal-politika farmaċewtika tal-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/03/2024 – Malti 20.03.2024

Il-punti ewlenin: L-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li jmiss; ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena 2023 dwar l-attivitajiet superviżorji ġie ppreżentat lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; u Membri tal-Parlament Ewropew mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jattendu t-68 Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/03/2024 – Malti 19.03.2024

Il-punti ewlenin: Il-politika tat-tkabbir tal-UE u żewġ laqgħat mal-Parlament Ukren, jew il-Verkhovna Rada, dwar is-sanzjonijiet kontra r-Russja u dwar votazzjoni fuq il-proposta għal regolament dwar l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u l-miżuri ta’ tranżitu għall-armi tan-nar.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/03/2024 – Malti 18.03.2024

Il-punti ewlenin: Il-ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jinħoloq Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, il-ħtieġa għal għajnuna umanitarja għal Gaża, u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan u fil-Venezwela.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/03/2024 – Malti 15.03.2024

Il-punti ewlenin: l-att storiku dwar l-intelliġenza artifiċjali; il-Membri tal-PE jsejħu għal regoli aktar stretti biex jitnaqqsu l-iskart tessili u l-ħela tal-ikel fl-UE; u l-erbatax-il dibattitu mis-sensiela “Din hija l-Ewropa” mal-Prim Ministru Finlandiż, Petteri Orpo.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/03/2024 – Malti 14.03.2024

Il-punti ewlenin: l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media; id-dibattitu dwar it-tfal Ukreni deportati bil-forza lejn ir-Russja; u ċ-ċerimonja li tfakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/03/2024 – Malti 13.03.2024

Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE spjegaw il-prijoritajiet tagħhom għall-Kunsill Ewropew li jmiss; id-Direttiva l-ġdida dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u Metsola fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tal-attakki terroristiċi f’Madrid.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/03/2024 – Malti 12.03.2024

Il-punti ewlenin: bħalissa għaddejja s-sessjoni plenarja. Il-Parlament għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media; il-Membri tal-PE se jadottaw il-proposti tagħhom biex titnaqqas il-ħela tat-tessuti u tal-ikel madwar l-UE u jiġi indirizzat it-tħassib dwar it-tfal Ukreni deportati bil-forza lejn ir-Russja.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/03/2024 – Malti 11.03.2024

Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja tinsab għaddejja; il-Parlament b’votazzjoni dwar pjanijiet għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-bini; il-MPE jħejju ruħhom għall-Kunsill Ewropew ta’ Marzu u l-Parlament qed ifakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/03/2024 – Malti 08.03.2024

Il-punti ewlenin: il-prestazzjoni enerġetika tal-bini fl-UE; l-estensjoni tal-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ biex jingħata appoġġ lill-Ukrajna u l-Moldova; u l-Jum Internazzjonali tan-Nisa.

Listen to the L-Aħbarijiet fil-Qosor podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.