Parlament Ewropew
L-Aħbarijiet fil-Qosor
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .
Author
Parlament Ewropew
Category
Podcast website
Latest episode
Mar 19, 2025
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/03/2024 – Malti 07.03.2024 1:49
Il-punti ewlenin: Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa; regoli ġodda għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ; u ftehim biex issir ottimizzazzjoni tar-rotot tat-titjiriet filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/03/2024 – Malti 06.03.2024 1:49
Il-punti ewlenin: Il-gruppi politiċi tal-Parlament jippreparaw għas-sessjoni plenarja li jmiss fi Strażburgu. Fuq l-aġenda nsibu: id-Direttiva riveduta dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. Il-ftehim biex il-prodotti magħmula b’xogħol furzat jiġu pprojbiti mis-suq tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/03/2024 – Malti 05.03.2024 1:38
Il-punti ewlenin: il-votazzjoni dwar it-tiġdid tal-miżuri kummerċjali awtonomi għall-Ukrajna u l-Moldova, il-laqgħa interparlamentari tal-kumitati biex jitfakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, u ż-żjara tal-President Metsola fir-Rumanija.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/03/2024 – Malti 04.03.2024 1:40
Mad-daqqa t’għajn: liġi ġdida biex tipproteġi s-suq tal-enerġija tal-UE; workshop dwar l-assistenza umanitarja għall-persuni b’diżabilità u studju dwar il-futur tad-diġitalizzazzjoni fil-kontroll baġitarju.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 01/03/2024 – Malti 01.03.2024 2:39
Il-punti ewlenin: riżoluzzjoni li tappoġġja l-oppożizzjoni demokratika tar-Russja; lista ġdida ta’ reati ambjentali u sanzjonijiet relatati ġodda; u regoli aġġornati tal-UE dwar il-liċenzji tas-sewqan.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 29/02/2024 – Malti 29.02.2024 3:43
Il-punti ewlenin: il-liġi l-ġdida biex jiġu restawrati 20% taż-żoni tal-art u tal-baħar fl-UE; kommemorazzjoni tal-attivist Russu kontra l-korruzzjoni, Alexei Navalny, fi Strażburgu; u l-ħtieġa li jissaħħu s-sigurtà u d-difiża tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/02/2024 – Malti 28.02.2024 3:34
Il-punti ewlenin: Jiġi kkommemorat it-tieni anniversarju tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fi Strażburgu; ir-reviżjoni tal-baġit fit-tul tal-UE; u d-dibattitu plenarju mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/02/2024 – Malti 27.02.2024 1:41
Mad-daqqa t’għajn: l-attivist Russu kontra l-korruzzjoni, Alexei Navalny, imfakkar fi Strażburgu; riformi qabel iċ-ċiklu li jmiss tat-tkabbir tal-UE; u regoli ġodda biex jittejbu l-indikazzjonijiet ġeografiċi.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/02/2024 – Malti 26.02.2024 1:45
Illum: il-liġi tal-UE dwar ir-restawr tan-natura, regoli ġodda tal-UE għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-attivisti, u l-għażla ta’ Frankfurt bħala s-sede tal-AMLA, l-Awtorità l-ġdida tal-UE għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 23/02/2024 – Malti 23.02.2024 1:42
Illum: Yulia Navalnaya, armla tal-figura tal-oppożizzjoni Russa Alexei Navalny, se tindirizza l-Parlament Ewropew fi Strażburgu l-ġimgħa d-dieħla; Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament esprimiet ir-rabja tagħha għall-qtil ta’ Navalny, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021; u ħarsa bil-quddiem lejn uħud mis-suġġetti fl-aġenda tas-sessjoni plenarja tal-ġimgħa d-dieħla.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/02/2024 – Malti 22.02.2024 2:20
Illum: il-Membri tal-PE qed jisimgħu xhieda mill-oppożizzjoni Russa wara l-mewt ta’ Alexei Navalny; regoli ġodda biex tittejjeb il-kwalità tal-arja fl-UE u l-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/02/2024 – Malti 21.02.2024 2:04
Illum: ir-reviżjoni tas-sistema doganali tal-UE; briefing għall-midja dwar kif għandhom ikopru l-elezzjonijiet Ewropej; u l-vot biex tiġi deċiża l-belt li se tospita l-Aġenzija l-ġdida tal-UE kontra l-Ħasil tal-Flus.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/02/2024 – Malti 20.02.2024 1:37
Illum: Ir-reazzjoni tal-President tal-Parlament għall-mewt ta’ Alexei Navalny; il-gruppi politiċi tal-Parlament iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss; u l-istat tad-dritt fis-Slovakkja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/02/2024 – Malti 19.02.2024 2:00
Illum: il-Kumitat għall-Baġits mistenni jivvota dwar tliet miżuri li se jistabbilixxu l-Faċilità għall-Ukrajna, ġew miftiehma regoli ġodda biex jipprevjenu t-tniġġis minn vapuri fl-ibħra Ewropej, u l-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim biex jinħolqu Kards tal-UE tad-Diżabbiltà u Kards Ewropej għall-Parkeġġ.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/02/2024 – Malti 16.02.2024 2:31
Illum: regoli ġodda li jappoġġjaw ekonomija ċirkolari, il-projbizzjoni tal-UE fuq il-greenwashing, u trakkijiet u xarabanks aktar ekoloġiċi.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/02/2024 – Malti 15.02.2024 1:53
Illum: regoli aktar stretti biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ġugarelli tat-tfal, il-protezzjoni tas-saħħa tal-pjanti fl-UE u skambju ta’ fehmiet dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni fuq id-delitt ta’ aggressjoni mwettaq mir-Russja kontra l-Ukrajna.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/02/2024 – Malti 14.02.2024 1:30
Illum: din il-ġimgħa, il-kumitati parlamentari qed jiltaqgħu fi Brussell. Il-Kumitati għas-Suq Intern u l-Libertajiet Ċivili vvutaw biex japprovaw l-eżitu tan-negozjati dwar l-ewwel liġi dinjija dwar l-IA; il-laqgħa mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde; u l-prijoritajiet tal-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/02/2024 – Malti 13.02.2024 2:00
Illum: din il-ġimgħa, il-Kumitati qed jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu regoli ġodda dwar l-iżgurar tas-sikurezza tal-intelliġenza artifiċjali u l-ġugarelli fl-Ewropa, kif ukoll it-tessuti u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/02/2024 – Malti 12.02.2024 1:38
Illum: it-tlettax-il dibattitu tal-plenarja “Din hija l-Ewropa” mal-President Rumen Iohannis; regoli ġodda biex jiġi żgurat li t-trasferimenti ta’ flus f'euro jaslu fi żmien għaxar sekondi; u t-tħassib tal-Parlament dwar theddid serju ħafna għall-valuri tal-UE fil-Greċja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/02/2024 – Malti 09.02.2024 2:53
Illum: it-tlettax-il dibattitu tal-plenarja “Din hija l-Ewropa” mal-President Rumen Iohannis; regoli ġodda biex jiġi żgurat li t-trasferimenti ta’ flus f'euro jaslu fi żmien għaxar sekondi; u t-tħassib tal-Parlament dwar theddid serju ħafna għall-valuri tal-UE fil-Greċja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/02/2024 – Malti 08.02.2024 2:42
Illum: is-sitwazzjoni tal-bdiewa u l-prezz tal-prodotti agrikoli jinsabu fiċ-ċentru tad-dibattitu fi Strażburgu. In-negozjaturi tal-Parlament u tal-Kunsill jaqblu dwar soluzzjoni fit-tul għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna. In-negozjaturi jilħqu wkoll ftehim dwar regoli favur il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/02/2024 – Malti 07.02.2024 2:49
Illum: fi Strażburgu, is-sessjoni plenarja għadha għaddejja. Fil-kamra tad-dibattitu, il-MPE evalwaw ir-riżultati tas-summits l-aktar reċenti tal-UE. Fuq l-aġenda kien hemm ukoll il-kriżi klimatika globali kif ukoll it-tentattivi Russi biex jinterferixxu fil-proċessi demokratiċi tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/02/2024 – Malti 06.02.2024 1:43
Illum: fi Strażburgu, fejn għaddejja s-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE għandhom jiddiskutu t-talbiet tal-bdiewa u l-komunitajiet rurali madwar l-Ewropa; riżoluzzjoni dwar it-theddid għall-istat tad-dritt u l-libertà tal-media fil-Greċja u t-tlettax-il dibattitu plenarju “Din hija l-Ewropa” mal-President Rumen Klaus Iohannis.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/02/2024 – Malti 05.02.2024 2:11
Illum: fi Strażburgu għaddejja sessjoni plenarja ġdida. Is-suġġetti fuq l-aġenda jinkludu r-riżultati tal-aħħar summit tal-UE u l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim dwar dritt għat-tiswija aktar b’saħħtu għall-konsumaturi.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/02/2024 – Malti 02.02.2024 1:48
Illum: nhar it-Tnejn tibda sessjoni plenarja ġdida fi Strażburgu; il-Membri tal-PE se jivvutaw dwar pagamenti immedjati f’euro; it-tieni anniversarju tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna; u l-estensjoni tar-regoli li jippermettu d-detezzjoni ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online.
Similar podcasts
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.