Aphroconfuso

Aphroconfuso

Arts MT ↓ Odcinki: 78

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan...

Koniecznie odwiedź stronę podcastu i wesprzyj twórcę: aphroconfuso.mt

Autor

Aphroconfuso

Kategoria

Arts

Strona podcastu

aphroconfuso.mt

Ostatni odcinek

17 cze 2026

Gdzie słuchać?

Podcasty w aplikacji Replaio Radio Już wkrótce

Podcasty trafią do aplikacji już wkrótce. Zainstaluj teraz i jako pierwszy zobacz nowe podejście do podcastów

Pobierz z Google Play Zainstaluj za darmo Android 5 mln+ pobrań · ocena 4,8 iOS niedługo

Odcinki

Noti Editorjali: Ryan Falzon 17.06.2026

« Karozza ibrida hija newtrali. L-ibridu bla ħoss, l-ibridu ma tistax tbagħbas fih. Bl-ibridu x’tagħmel? Tista’ twaħħallu sticker mit-Temu mal-ġenb. Jiġifieri ma tantx tista’ eżattament tagħmlu tiegħek bħalma stajt iġġib spanner u tiftaħ il-karburatur tal-magna tal-karozza li għadek kif ġibt u tara x’jiġri. Jiġifieri hemm ħafna inqas intrużjoni fuq il-karozzi l-ġodda. Biss, qegħdin naraw nies illi...

Jisimni Gianna - Loranne Vella 12.06.2026

« Dwar il-korla tan-nannu ma’ wliedu sirt naf ħafna wara, wara li ommi mietet, meta z-ziju beda jiftaħ qalbu miegħi dwar it-tfulija tiegħu kull meta kont nistaqsih biex jiddeskrivili kif kienet ħajjithom meta kienu żgħar biex ikolli iktar ma’ xiex niggranfa ladarba ma stajtx nitkellem iżjed m’ommi. Irrakkuntali dwar id-dixxiplina iebsa li kellu missieru fuqu, dwar is-swat, l-umiljazzjoni, il-kliem...

Noti Editorjali: Jimmy Grima 06.06.2026

Jimmy Grima jitkellem ma’ Joe Gatt, waqt din l-edizzjoni ta’ Noti Editorjali, dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru għall-esej, dwar ir-riċerka għal xogħol performattiv, kif ukoll għal kitba esejistika u għal dik akkademika. Ukoll dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru f’Malta għal dak fin-Netherlands u issa għal darb’oħra lura Malta bħala parti mill-kollettiv Rubberbodies. Jimmy jitkellem ukoll dwar l-imp...

Qarn (taħdita) - Romeo Roxman Gatt 16.05.2026

Fit-23 ta’ April, fiċ-Ċentru għall-Kultura, Edukazzjoni u Informazzjoni f'Ħ’Attard, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb kellna taħdita dwar Qarn ta’ Romeo Roxman Gatt, li din is-sena qed jiġi meqjus għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-letteratura mhux fittizja. Jiddiskutu dan il-ktieb waqt is-serata kien hemm Joe Gatt, Kurt Borg u Omar N'Shea. Niki Young immodera. Hosted on Acast...

Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (tnedija) - Loranne Vella 13.04.2026

Beverly Agius f’taħdita ma’ Loranne Vella waqt it-tnedija tar-rumanz Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress li saret fl-10 ta’ April fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta. https://aphroconfuso.mt/kotba-loranne-vella-travi-taċ-Ċedru-saqaf-taċ-Ċipress/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella 04.04.2026

Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress  se jiġi ppubblikat fl-10 ta’ April 2026. It-tnedija se ssir fis-7pm fil- kwartieri tal-Friends of the Earth Malta , Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. Ordna l-ktieb minn fuq il-website  u ejja iġbru waqt it-tnedija. F’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha u b’tifkirietha. Tmur lura&nb...

Noti Editorjali: Nathan Anthony Pace 28.01.2026

« Naħseb li r-reliġjon hija t-tieni lingwa tiegħi, illum. Il-Malti, imbagħad ir-reliġjon. ’Qas l-Ingliż. Għax nikbru fihom, u tant kont involut fil-Mużew. Kienet esperjenza pożittiva ħafna għalija. L-allużjonijiet bibliċi, pereżempju t-teoloġija, il-morali, id-duttrina, id-dommatika, dawn l-affarijiet nafhom u nitkellem bihom. Ix-xbihat noħodhom mir-reliġjon anki fil-kitba letterarja tiegħi. Noħod...

Noti Editorjali: Miriam Galea 22.01.2026

« Inħoss li għandi approċċ sensorjali ħafna jiġifieri mhux ħa nippjana wisq minn qabel imma nsegwi l-istint. Pjuttost proċess awtomatist. Fit-teatru tbegħidt ftit mill-iscripts li titgħallem u tagħmel quddiem in-nies, u mort iktar lejn teatru li jinbena minn proċess ta’ improvizzazzjoni li mbagħad toħloq performance minnu, u l-istess approċċ għandi għall-kitba u għall-arti. Nipprova nsegwi l-proċe...

Noti Editorjali: Nicole Borg 13.01.2026

« Dak inqisu l-punt tat-tluq tar-riċerka tiegħi, il-problema li hawn bħalissa bl-iżgumbrament tal-bdiewa, jiġifieri din hija xi ħaġa li bdiet primarjament minn żmien il-Covid. Qisha faqqset dak iż-żmien però issa qed naraw li qed tikkalma ftit is-sitwazzjoni. Il-bdiewa litteralment qed jiġu żgumbrati minn arthom biex jinħoloq post għal żvilupp. Din tbeżżagħni ħafna. Nafu sew li l-prezzijiet tal-ar...

Es Sidr (taħdita u siltiet) - Omar N’Shea 14.12.2025

« Meta kont qiegħed infittex il-ġeneru ta’ kitba fil-Malti li seta’ jgħinni ngħid dak li kont qed nipprova ngħid, ovvjament mort l-ewwel lejn il-kotba tal-istorja u lejn il-bijografiji, l-awtobiografiji, u mhux fil-Malti biss, ovvjament ġej minn letteratura ħafna iktar wiesgħa. Però ridt inħares lejn il-Malti speċifikament. Ħassejt illi s-suġġett huwa dejjem fiss fil-memoir, fil-bijografija, fl-is...

Noti Editorjali: Kristina Borg 04.12.2025

« Li beda joħroġ b’mod prominenti fis-sena sabbatika kien il-proċess, li dejjem kont konxja tiegħu u dejjem kont nitkellem ħafna dwaru u għalija dejjem kien importanti. Kultant iktar importanti mir-riżultat finali sa ċertu punt. Jew biex inpoġġiha aħjar, il-proċess minnu nnifsu huwa riżultat finali. Imma naħseb fis-sena sabbatika ġejt konxja tal-proċess u minn hemm bdejt nirrealizza, isma’ l-bijon...

persefoni tmur tixtri l-ħwejjeġ secondhand - Nathan Anthony Pace 02.12.2025

« Aħna nibdlu l-ġeneru ma’ kull żerriegħa tar-rummien li nigdmu u nobżqu ’lbarra. Ġisimna jibdel l-istaġuni: sitt xhur Ade sitt xhur Demetra sitt xhur alla bejniethom. » https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-persefoni-tmur-tixtri-l-ħwejjeġ-secondhand/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Es Sidr (silta) - Omar N’Shea 24.10.2025

Biex tixtri dal-ktieb, ibgħat €20 lil  revolut.me/aphroconfuso  u għidilna meta se tiġbru jew se nwassluhulek. Jekk m’għandekx Revolut, il-link tippermettilek li tħallas bil-card tiegħek. Tista’ wkoll tħallas  bil-Paypal, fuq l-email kotba@aphroconfuso.mt . Għal kull mistoqsija dwar xiri ta’ kotba, ibgħat email fuq  kotba@aphroconfuso.mt . Wara l-mewt ta’ ommu, Omar N’ She...

Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg 18.09.2025

Ftit metri oħra ’l ġewwa u ieħor minn dawn il-kloni jitlobni ċ-ċitt tal-karta u jistaqsi, “Da sola?” Għandek xi problema? jaħseb moħħi. Minflok, nirrispondi, “Sì,” u nipprova nżomm espressjoni newtrali, indifferenti, imma żgur li wiċċi qed jikxifni, dak dejjem jitkellem qabli u iktar minni. Qisu għad fadal l-aħħar ftit metri, u membru ieħor tal-ekwipaġġ jaqra ċ-ċitt tal-karta, ifittex ftit, u...

L-Għoxx Mera tar-Ruħ - Glorianne Micallef 28.08.2025

« Issibha diffiċli biex tqum minn fuq il-bank. Tħoss qalbha tħabbat iżżejjed, wasal il-ħin li twettaq il-pjan li fasslet il-lejl ta’ qabel wara l-bikja, hi u tiekol biċċa wara biċċa mill-kejk sa ma taħnet nofsu. Taf li ma tistax tibqa’ bilqiegħda hemm għal dejjem. Taf li din il-bawxata, avolja daħlet fiha intortament, ħadd ma jista’ jgħinha toħroġ minnha ħlief hi. Isa, Anna Maria, kuraġġ. Allura t...

Bur Mgħeż #5: Id-difna tal-memorji - Omar N’Shea 29.07.2025

« Żoni ambigwi bħal dawk li kienu parti mill-apparat kolonjali f’Malta huma iktar diffiċli tagħmel sens minnhom minħabba li, mat-tluq tal-Ingliżi, kien hemm xi wħud li ma kellhom l-ebda idea ċara dwar is-sjieda tal-art. Ħafna ħassewhom intitolati għal biċċa plott u ma damux ma ħadu li sabu għalihom infushom biex jagħmlu d-dominju żgħir tagħhom. Mis...

Invokazzjonijiet: il-ħames - Beverly Agius 27.06.2025

Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-5-il-ħames/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Invokazzjonijiet: ir-raba’ - Beverly Agius 27.06.2025

Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-4-ir-raba/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Invokazzjonijiet: it-tielet - Beverly Agius 27.06.2025

Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-3-it-tielet/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Invokazzjonijiet: it-tieni - Beverly Agius 27.06.2025

Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-2-it-tieni/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Invokazzjonijiet: l-ewwel - Beverly Agius 27.06.2025

Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-1-l-ewwel/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Noti Editorjali: Ryan Falzon 21.04.2025

« Jien dejjem għedt, jiena ħa nikteb fuq l-idea ta’ dominanza, fuq l-idea ta’ aggressjoni, fuq l-idea ta’ intrużjoni, invażjoni, permezz ta’ vettura u l-ħoss tagħha u l-kulur tagħha. Biss sibtni nikteb fuq xi ħaġa ħafna iktar doċli, ħafna iktar ratba. Sibt lili nnifsi nikteb fuq il-ħruġ tal-Ħadd waranofsinhar bil-karozza. Kienet għażla għax ħsibt ħafna fuqha, għax ovvjament il-ħruġ bil-karozzi llu...

Il-Kastell - Leslie Vassallo 26.03.2025

Minn fuq is-swar tal-belt tara għoljiet imwieġ iħaddru —  Irħula bojod u arbli ta’ knejjes ibaħħru. Minn fuq il-fortizza tilmaħ armati sofor ta’ lellux, ġarġir; Fit-toroq qodma l-bizzilla minsuġa tal-belt; Fi rkejjen, kull lewn tal-gżira jixxerred fuq tila. ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-il-kastell/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Marċ Maqbuż - Leslie Vassallo 26.03.2025

Ix-xitwa tmut hekk —  Gżira — jew bastiment — jgħibu fiċ-ċpar; Riefnu jiġbed nifs sagħtar —  Berwieq għarwien fuq irdum, wiċċ nemex tal-bużbież; iħirsa — jew aħna — max-xifer. ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-marċ-maqbuż/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Wirja - Leslie Vassallo 26.03.2025

Immorru, ukoll, minn labirint toroq, għal wirja ta’ pitturi, statwi —  Qlugħ bojod f’ċpar ilwien jinbarmu; swaba’ mwieġ deħlin fuq xatt mitluq: U nofs dawra qaddisin martri b’qillet ġrajjiethom f’idejhom, f’ħarsithom. Mal-ħitan stqarrija safra trombi, platti, tnabar —  ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-wirja/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Podobne podcasty

Antenni Suspettużi Video Karl Schembri Arts · MT · Odcinki: 32 B 站账号榜单势能拉高 可搭配自动化平台真人粉丝沉淀放大圈层影响力 B 站账号榜单势能拉高 可搭配自动化平台真人粉丝沉淀放大圈层影响力 Arts · MT · Odcinki: 5 抖音完播、收藏与评论互动结合,自动化平台提升短视频流量和用户参与 抖音完播、收藏与评论互动结合,自动化平台提升短视频流量和用户参与 Arts · MT · Odcinki: 5 高效自动化平台解决方案助力多渠道内容运营实现持续曝光增长 高效自动化平台解决方案助力多渠道内容运营实现持续曝光增长 Arts · MT · Odcinki: 5 在线全自动下单,让你的多平台内容像涌动潮水一样扩散开来 在线全自动下单,让你的多平台内容像涌动潮水一样扩散开来 Arts · MT · Odcinki: 5 构建安全稳定增长新体系,通过自动化平台降低风险提升运营效率 构建安全稳定增长新体系,通过自动化平台降低风险提升运营效率 Arts · MT · Odcinki: 5 公众号运营高效提效,自动化平台让真人粉阅读转发留言点赞全拉满 公众号运营高效提效,自动化平台让真人粉阅读转发留言点赞全拉满 Arts · MT · Odcinki: 5 佛山app通用点赞与今日越城阅读优化方案,流量提升助力内容精准传播 佛山app通用点赞与今日越城阅读优化方案,流量提升助力内容精准传播 Arts · MT · Odcinki: 5

Słuchaj podcastu Aphroconfuso w Replaio

Radio i podcasty w jednej aplikacji - za darmo, bez zakładania konta. Zainstaluj już dziś i nie przegap premiery

Pobierz z Google Play

Replaio nie jest wydawcą podcastów; nazwy audycji, okładki i audio należą do ich autorów i są rozpowszechniane przez publiczne kanały RSS