Aphroconfuso

Aphroconfuso

Arts MT ↓ 89 episodes

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan...

Be sure to visit the podcast's website and support the creator: aphroconfuso.mt

Author

Aphroconfuso

Category

Arts

Podcast website

aphroconfuso.mt

Latest episode

Oct 20, 2026

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android almost 10M downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

Noti Editorjali: Noah Fabri 20.10.2026

« Naħseb l-ikel dejjem ħa jkun importanti f’ħajti u dejjem jibqa’ xi ħaġa essenzjali fil-ħsieb tiegħi jew fil-prattika tiegħi għax iżommli saqajja mal-art. U fl-ikel hemm il-kwistjonijiet kollha politiċi li jinteressawni: tal-ġisem, tal-ġeneru, ta’ kif jiżvolġu dawn in-networks tal-kolonjaliżmu, l-ekonomija, il-kapitaliżmu. Fl-ikel hemm kollox. Jiġifieri naħseb li dejjem, b’xi mod jew ieħor, ħa jk...

Marta Marta (silta) - Sibt il-Mistrieħ - Loranne Vella 17.10.2026

« Ir-raqda, nhar ta’ Sibt, Dolores tibdieha mal-qawmien, għax nhar ta’ Sibt filgħodu Dolores ma tqumx, la tistenbaħ man-noti tal-qniepen għax il-qniepen ma jdoqqux, la tqum mir-raqda, la tqum mis-sodda, la tinżel isfel għall-fatra. Ma tiltaqa’ la ma’ Concetta, la ma’ Beneditta, la ma’ Marija Assunta, la ma’ Carmelina, la ma’ Marwa, la ma’ Nathaline, la ma’ ħadd minn ġewwa, la ma’ ħadd minn barra....

Ommi Saret id-Dawl Fiddien - Miriam Galea 15.10.2026

Ommi saret għasfur magħdur bilkemm titrejjaq, tgħid biss ftit kliem wiċċha ċkejken, għajnejn lubien. ... kompli aqra l-poeżija fuq Aphroconfuso: https://aphroconfuso.mt/miriam-galea-ommi-saret-id-dawl-fiddien/ Ommi saret il-qamar (Ma mere est devenue la lune) tagħmel parti minn Għadajjar Għajnejja: Ebbs and Flows , wirja ta’ Miriam Galea fil-Malta Society of Arts bejn it-22 ta’ Ottubru u t-12 ta’...

Sal-Għasfur Isib Fejn Jgħammar - Nathan Anthony Pace 14.10.2026

« Imxejna tul il-ġnien infittxu post iżolat. Qalli li nofsu Taljan u iktar ħawwadni, donni kont se nġarrab it-temmija ta’ nofs intimità ma’ Sqalli li r-rabta etimoloġika bejn amuri u amicizzia kien studjaha sew u għamilha l-missjoni ta’ ħajtu li jirxuxtaha, dak li meta tlaqt mid-dar għamel lejl jgħannaqni f’soddtu ta’ ħbieb li konna. Imxejna ftit iktar u nżilt eqreb tas-sur. Iltqajt ma’ post li do...

Noti Editorjali: Kurt Borg 12.10.2026

« Naħseb li din hija tema importanti, hija kważi djalettika jew tensjoni bejn l-individwalità li titlob il-kitba u l-kollettività tal-grupp u tal-attiviżmu. Jien naħseb li hemm tensjoni importanti bejniethom, jiġifieri t-tnejn iżommuni ankrat b’modi varji. Jekk jiena nkun inkwetat dwar l-arroganza tal-ewwel persuna speċi nipprova nserraħ il-kuxjenza u ngħid li l-attiviżmu iktar kollettiv, mhuwiex...

Pollakki ta’ Chełmno - Glorianne Micallef 13.09.2026

« Fl-2024 ktibt lil Roberta Metsola, użajt dak li ħsibt li naf fuq kif jaħsbu u jaġixxu l-politikanti, stħajjiltni xi manipulatriċi prima. Kienet għadha kif ġiet rieletta fil-Parlament Ewropew u kkonfermata bħala l-President. Semmejtilha lilek, li għadek tarbija, fuq kif irrid li Metsola tkun ta’ mudell għalik ’il quddiem, bħala mara Maltija li laħqet fi rwol influwenti u influwenzat fis-sewwa. Fu...

“siġra tal-lewż” - Jasmine Bajada 06.09.2026

għażiża poeta, meta nkun qed insuq u ninnota, għall-ewwel darba, is-siġar tal-lewż mogħni bil-fjur roża, inħossni nimtela — se nfur — bix-xewqa li nikteb din ix-xbieha. mhux hekk nixtiequ mill-poeżija? ... kompli aqra “siġra tal-lewż” fuq https://aphroconfuso.mt/jasmine-bajada-siġra-tal-lewż/ “s iġra tal-lewż” ta’ Jasmine Bajada hija meħuda mill-ktieb tagħha Ittri lil Poeta Żagħżugħa , pubblikazzj...

Fejn Ħallejtha r-Rota Meta Ħrabt? - Karl Schembri 24.08.2026

« L-immaġni tar-raġel bir-rota baqgħet f’moħħi għal snin twal mindu pproċessajtha u kienet ippubblikata. Meta faqqgħet il-gwerra fuq l-Ukrajna, reġgħet feġġet lura f’moħħi b’iżjed qawwa. X’sar minnu dal-proxxmu bla isem? Fejn mar bir-rota, dat-teżor żgħir imħolli lilu f’nofs dil-ħerba? U kienet proprju din l-immaġni f’moħħi meta ktibt “Fejn ħallejtha r-rota meta ħrabt?” X’sar minnu dar-raġel, u he...

Siġra bil-Frott - Nathan Anthony Pace 24.07.2026

Din il-poeżija hija reazzjoni għall-pittura Fruit Tree ta’ Harold Ancart f’wirja dwar Milton Avery u l-influwenza tiegħu fuq artisti kontemporanji. https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-siġra-bil-frott/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Distanzi Twal - Jean Paul Borg 21.07.2026

« L-esklussività tad-dinja tal-baħar fissret solitudni aktar intensa, u aktar kemm ikun fond aktar tintensifika. Il-baħar baxx, il-qiegħ tista’ tmissu b’saqajk speċjalment fil-bidu ta’ xi bajja, jistieden lin-nies, jagħmlu aktar aċċessibbli, kważi kważi anki jekk ma tafx tgħum. Għandu element ta’ frivolità, huwa parti minn bajja, jistieden il-logħob bil-ballun, taf ukoll li tista’ ddawwar denbek x...

Bur Mgħeż (tnedija) - Omar N’Shea 14.07.2026

« Nassoċja dawn il-postijiet mal-istejjer tan-nies, mal-attivitajiet tan-nies, u bdejna nisimgħu dawn l-istejjer fuq il-barriera stess. Waqt l-okkupazzjoni tal-militar Ingliż f’din il-barriera kien ukoll qed isir ix-xogħol tas-sess. Allura ħafna mit-tfal tal-lokal kienu jiġu mbeżżgħa biex ma jmorrux ’l hemmhekk u bdew jinbtu ħafna stejjer dwar l-erwieħ illi jinstemgħu jgħajtu billejl.  Kulħad...

Noti Editorjali: Ryan Falzon 17.06.2026

« Karozza ibrida hija newtrali. L-ibridu bla ħoss, l-ibridu ma tistax tbagħbas fih. Bl-ibridu x’tagħmel? Tista’ twaħħallu sticker mit-Temu mal-ġenb. Jiġifieri ma tantx tista’ eżattament tagħmlu tiegħek bħalma stajt iġġib spanner u tiftaħ il-karburatur tal-magna tal-karozza li għadek kif ġibt u tara x’jiġri. Jiġifieri hemm ħafna inqas intrużjoni fuq il-karozzi l-ġodda. Biss, qegħdin naraw nies illi...

Jisimni Gianna - Loranne Vella 12.06.2026

« Dwar il-korla tan-nannu ma’ wliedu sirt naf ħafna wara, wara li ommi mietet, meta z-ziju beda jiftaħ qalbu miegħi dwar it-tfulija tiegħu kull meta kont nistaqsih biex jiddeskrivili kif kienet ħajjithom meta kienu żgħar biex ikolli iktar ma’ xiex niggranfa ladarba ma stajtx nitkellem iżjed m’ommi. Irrakkuntali dwar id-dixxiplina iebsa li kellu missieru fuqu, dwar is-swat, l-umiljazzjoni, il-kliem...

Noti Editorjali: Jimmy Grima 06.06.2026

Jimmy Grima jitkellem ma’ Joe Gatt, waqt din l-edizzjoni ta’ Noti Editorjali, dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru għall-esej, dwar ir-riċerka għal xogħol performattiv, kif ukoll għal kitba esejistika u għal dik akkademika. Ukoll dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru f’Malta għal dak fin-Netherlands u issa għal darb’oħra lura Malta bħala parti mill-kollettiv Rubberbodies. Jimmy jitkellem ukoll dwar l-imp...

Qarn (taħdita) - Romeo Roxman Gatt 16.05.2026

Fit-23 ta’ April, fiċ-Ċentru għall-Kultura, Edukazzjoni u Informazzjoni f'Ħ’Attard, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb kellna taħdita dwar Qarn ta’ Romeo Roxman Gatt, li din is-sena qed jiġi meqjus għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-letteratura mhux fittizja. Jiddiskutu dan il-ktieb waqt is-serata kien hemm Joe Gatt, Kurt Borg u Omar N'Shea. Niki Young immodera. Hosted on Acast...

Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (tnedija) - Loranne Vella 13.04.2026

Beverly Agius f’taħdita ma’ Loranne Vella waqt it-tnedija tar-rumanz Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress li saret fl-10 ta’ April fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta. https://aphroconfuso.mt/kotba-loranne-vella-travi-taċ-Ċedru-saqaf-taċ-Ċipress/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella 04.04.2026

Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress  se jiġi ppubblikat fl-10 ta’ April 2026. It-tnedija se ssir fis-7pm fil- kwartieri tal-Friends of the Earth Malta , Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. Ordna l-ktieb minn fuq il-website  u ejja iġbru waqt it-tnedija. F’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha u b’tifkirietha. Tmur lura&nb...

Noti Editorjali: Nathan Anthony Pace 28.01.2026

« Naħseb li r-reliġjon hija t-tieni lingwa tiegħi, illum. Il-Malti, imbagħad ir-reliġjon. ’Qas l-Ingliż. Għax nikbru fihom, u tant kont involut fil-Mużew. Kienet esperjenza pożittiva ħafna għalija. L-allużjonijiet bibliċi, pereżempju t-teoloġija, il-morali, id-duttrina, id-dommatika, dawn l-affarijiet nafhom u nitkellem bihom. Ix-xbihat noħodhom mir-reliġjon anki fil-kitba letterarja tiegħi. Noħod...

Noti Editorjali: Miriam Galea 22.01.2026

« Inħoss li għandi approċċ sensorjali ħafna jiġifieri mhux ħa nippjana wisq minn qabel imma nsegwi l-istint. Pjuttost proċess awtomatist. Fit-teatru tbegħidt ftit mill-iscripts li titgħallem u tagħmel quddiem in-nies, u mort iktar lejn teatru li jinbena minn proċess ta’ improvizzazzjoni li mbagħad toħloq performance minnu, u l-istess approċċ għandi għall-kitba u għall-arti. Nipprova nsegwi l-proċe...

Noti Editorjali: Nicole Borg 13.01.2026

« Dak inqisu l-punt tat-tluq tar-riċerka tiegħi, il-problema li hawn bħalissa bl-iżgumbrament tal-bdiewa, jiġifieri din hija xi ħaġa li bdiet primarjament minn żmien il-Covid. Qisha faqqset dak iż-żmien però issa qed naraw li qed tikkalma ftit is-sitwazzjoni. Il-bdiewa litteralment qed jiġu żgumbrati minn arthom biex jinħoloq post għal żvilupp. Din tbeżżagħni ħafna. Nafu sew li l-prezzijiet tal-ar...

Es Sidr (taħdita u siltiet) - Omar N’Shea 14.12.2025

« Meta kont qiegħed infittex il-ġeneru ta’ kitba fil-Malti li seta’ jgħinni ngħid dak li kont qed nipprova ngħid, ovvjament mort l-ewwel lejn il-kotba tal-istorja u lejn il-bijografiji, l-awtobiografiji, u mhux fil-Malti biss, ovvjament ġej minn letteratura ħafna iktar wiesgħa. Però ridt inħares lejn il-Malti speċifikament. Ħassejt illi s-suġġett huwa dejjem fiss fil-memoir, fil-bijografija, fl-is...

Noti Editorjali: Kristina Borg 04.12.2025

« Li beda joħroġ b’mod prominenti fis-sena sabbatika kien il-proċess, li dejjem kont konxja tiegħu u dejjem kont nitkellem ħafna dwaru u għalija dejjem kien importanti. Kultant iktar importanti mir-riżultat finali sa ċertu punt. Jew biex inpoġġiha aħjar, il-proċess minnu nnifsu huwa riżultat finali. Imma naħseb fis-sena sabbatika ġejt konxja tal-proċess u minn hemm bdejt nirrealizza, isma’ l-bijon...

persefoni tmur tixtri l-ħwejjeġ secondhand - Nathan Anthony Pace 02.12.2025

« Aħna nibdlu l-ġeneru ma’ kull żerriegħa tar-rummien li nigdmu u nobżqu ’lbarra. Ġisimna jibdel l-istaġuni: sitt xhur Ade sitt xhur Demetra sitt xhur alla bejniethom. » https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-persefoni-tmur-tixtri-l-ħwejjeġ-secondhand/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Es Sidr (silta) - Omar N’Shea 24.10.2025

Biex tixtri dal-ktieb, ibgħat €20 lil  revolut.me/aphroconfuso  u għidilna meta se tiġbru jew se nwassluhulek. Jekk m’għandekx Revolut, il-link tippermettilek li tħallas bil-card tiegħek. Tista’ wkoll tħallas  bil-Paypal, fuq l-email kotba@aphroconfuso.mt . Għal kull mistoqsija dwar xiri ta’ kotba, ibgħat email fuq  kotba@aphroconfuso.mt . Wara l-mewt ta’ ommu, Omar N’ She...

Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg 18.09.2025

Ftit metri oħra ’l ġewwa u ieħor minn dawn il-kloni jitlobni ċ-ċitt tal-karta u jistaqsi, “Da sola?” Għandek xi problema? jaħseb moħħi. Minflok, nirrispondi, “Sì,” u nipprova nżomm espressjoni newtrali, indifferenti, imma żgur li wiċċi qed jikxifni, dak dejjem jitkellem qabli u iktar minni. Qisu għad fadal l-aħħar ftit metri, u membru ieħor tal-ekwipaġġ jaqra ċ-ċitt tal-karta, ifittex ftit, u...

Listen to the Aphroconfuso podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.