Aphroconfuso
Aphroconfuso
Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan...
Be sure to visit the podcast's website and support the creator: aphroconfuso.mt
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
L-Għoxx Mera tar-Ruħ - Glorianne Micallef 28.08.2025 53:47
« Issibha diffiċli biex tqum minn fuq il-bank. Tħoss qalbha tħabbat iżżejjed, wasal il-ħin li twettaq il-pjan li fasslet il-lejl ta’ qabel wara l-bikja, hi u tiekol biċċa wara biċċa mill-kejk sa ma taħnet nofsu. Taf li ma tistax tibqa’ bilqiegħda hemm għal dejjem. Taf li din il-bawxata, avolja daħlet fiha intortament, ħadd ma jista’ jgħinha toħroġ minnha ħlief hi. Isa, Anna Maria, kuraġġ. Allura t...
Bur Mgħeż #5: Id-difna tal-memorji - Omar N’Shea 29.07.2025 1:14:12
« Żoni ambigwi bħal dawk li kienu parti mill-apparat kolonjali f’Malta huma iktar diffiċli tagħmel sens minnhom minħabba li, mat-tluq tal-Ingliżi, kien hemm xi wħud li ma kellhom l-ebda idea ċara dwar is-sjieda tal-art. Ħafna ħassewhom intitolati għal biċċa plott u ma damux ma ħadu li sabu għalihom infushom biex jagħmlu d-dominju żgħir tagħhom. Mis...
Invokazzjonijiet: il-ħames - Beverly Agius 27.06.2025 1:06
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-5-il-ħames/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Invokazzjonijiet: ir-raba’ - Beverly Agius 27.06.2025 1:16
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-4-ir-raba/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Invokazzjonijiet: it-tielet - Beverly Agius 27.06.2025 1:14
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-3-it-tielet/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Invokazzjonijiet: it-tieni - Beverly Agius 27.06.2025 1:16
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-2-it-tieni/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Invokazzjonijiet: l-ewwel - Beverly Agius 27.06.2025 1:23
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-1-l-ewwel/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Noti Editorjali: Ryan Falzon 21.04.2025 53:10
« Jien dejjem għedt, jiena ħa nikteb fuq l-idea ta’ dominanza, fuq l-idea ta’ aggressjoni, fuq l-idea ta’ intrużjoni, invażjoni, permezz ta’ vettura u l-ħoss tagħha u l-kulur tagħha. Biss sibtni nikteb fuq xi ħaġa ħafna iktar doċli, ħafna iktar ratba. Sibt lili nnifsi nikteb fuq il-ħruġ tal-Ħadd waranofsinhar bil-karozza. Kienet għażla għax ħsibt ħafna fuqha, għax ovvjament il-ħruġ bil-karozzi llu...
Il-Kastell - Leslie Vassallo 26.03.2025 2:52
Minn fuq is-swar tal-belt tara għoljiet imwieġ iħaddru — Irħula bojod u arbli ta’ knejjes ibaħħru. Minn fuq il-fortizza tilmaħ armati sofor ta’ lellux, ġarġir; Fit-toroq qodma l-bizzilla minsuġa tal-belt; Fi rkejjen, kull lewn tal-gżira jixxerred fuq tila. ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-il-kastell/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Marċ Maqbuż - Leslie Vassallo 26.03.2025 3:08
Ix-xitwa tmut hekk — Gżira — jew bastiment — jgħibu fiċ-ċpar; Riefnu jiġbed nifs sagħtar — Berwieq għarwien fuq irdum, wiċċ nemex tal-bużbież; iħirsa — jew aħna — max-xifer. ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-marċ-maqbuż/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Wirja - Leslie Vassallo 26.03.2025 2:43
Immorru, ukoll, minn labirint toroq, għal wirja ta’ pitturi, statwi — Qlugħ bojod f’ċpar ilwien jinbarmu; swaba’ mwieġ deħlin fuq xatt mitluq: U nofs dawra qaddisin martri b’qillet ġrajjiethom f’idejhom, f’ħarsithom. Mal-ħitan stqarrija safra trombi, platti, tnabar — ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-wirja/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Dwar sens ta’ ħarifa - Kurt Borg 13.03.2025 35:23
« Nazzarda ngħid li l-esej biddilli ħajti u l-mod kif inħares lejha. Ngħid dan bir-riskju li dal-kliem jinstema’ klixè. Infatti, għalija l-esej bħala tip ta’ kitba jitgeżwer f’dan ir-riskju. Ħafna drabi, jien u nikteb l-esej, kien ikun hemm vuċi ġo fija li tgħidli: “Imma min se jimpurtah minn din il-kitba personali? Dawn il-memorji huma sinifikanti għalik biss.” Dan hu riskju reali ħafna. Li nista...
Aċtu fl-Istonku - Loranne Vella 09.03.2025 10:14
« It-te aħdar itiegħem ħażin, forsi għax mhux tajjeb nixorbu filgħodu. Il-bżar mixwi jeħilli fil-gerżuma. Ma rridx nibla’. Imma hemm tliet uċuh iħarsu lejja jien u nipprova nomgħod, ma rridx naqla’ fil-platt quddiemhom. Irrid norqod. Għajjiena dal-aħħar. Bħal meta nitħeddel bis-sħana waranofsinhar. Imma għadna Frar, mit-tieqa nara l-borra nieżla ħafif ħafif, forsi missni ntbaħt dakinhar. Fis-sodda...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru sitta - Kris Polidano 14.02.2025 1:55
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess&nb...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru tlieta - Kris Polidano 14.02.2025 1:40
narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. » Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming , wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreat...
il-ġentrifikazzjoni tas-skiet - Nathan Anthony Pace 09.02.2025 3:13
« tistenbaħ kakofoniku tħawwad il-borma tixgħel il-kitla tgħalli litru ilma trattab l-arja bil-kafè fwiħtu tittraslokani fil-belt tal-balavostri mdewda u l-frontispizji mnaqqxa biċ-ċikonji... » https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-il-ġentrifikazzjoni-tas-skiet/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
nonfoħ fil-kustilji allużjonijiet ġodda - Nathan Anthony Pace 09.02.2025 7:13
« Tistaqsini jekk nemminx b’Ġesù Kristu imma l-kumplimenti kumplimenti jibqgħu, jiġu mingħand min jiġu. Ngħidilha li Ġesù Kristu żelaq min-nifs li nieħu bħad-dijossidu tal-karbonju u ma nafx għadx jerġa’ jidħol. Tgħidli li Alla nefaħ fil-kustilji t’Adam u ħoloq lill-mara u nħossha tifhimni. Nistaqsiha xi knisja tattendi u tgħidli li hi Mormona. Naqbdu nidħqu bil-ġuvintur bil-qomos bojod u l-qlieze...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru ħamsa - Kris Polidano 07.02.2025 1:42
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess&nb...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru erbgħa - Kris Polidano 31.01.2025 1:32
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess&nb...
Ħbiberija, Ħrejjef, Komunità (taħdita) 29.01.2025 1:26:02
Fl-24 ta’ Jannar 2025 fis-6:00pm, flimkien ma’ Kurt Borg u Noah Fabri , konna l-mistednin tal-Librerija Pubblika ta’ Pembroke. Raylene Abdilla tkellmet dwar il-kitbiet f’Aphroconfuso u Omar N’Shea mexxa d-diskussjoni. Kurt tkellem dwar il-ġabra ta’ esejs tiegħu sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin 2024) u qara silta mi...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru tlieta - Kris Polidano 24.01.2025 1:53
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess&nb...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru tnejn - Kris Polidano 24.01.2025 1:13
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess&nb...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru tnejn - Kris Polidano 17.01.2025 1:24
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess&nb...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru wieħed - Kris Polidano 10.01.2025 1:27
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess&nb...
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru wieħed - Kris Polidano 10.01.2025 1:33
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess&nb...
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.