Aphroconfuso

Aphroconfuso

Arts MT ↓ 78 episodes

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan...

Author

Aphroconfuso

Category

Arts

Podcast website

aphroconfuso.mt

Latest episode

Jun 17, 2026

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

Il-Kliem fit-Teorija (taħdita) 27.03.2024

“Il-Kliem fit-Teorija” kienet taħdita li saret fil-21 ta' Marzu 2024 waqt il-festival Kampus Kotba, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. It-taħdita kienet it-tnedija ta’  proġett bl-istess isem fuq il-ġurnal . Termini fil-ħsieb kontemporanju malajr isibu ruħhom fid-diskors kulturali u politiku mingħajr ma jkun sar ingaġġament mar-raġunijiet għalfejn nużaw lilhom flok oħrajn. Meta nik...

Bur Mgħeż #3: Qegħedtha ġo qabar fuq l-Għolja tal-Ħorr - Omar N’Shea 07.03.2024

F’din il-parti, Omar jibda mill-metodi tal-arkeoloġija sakemm jgħaddi għall-mezzi li nużaw bħala bnedmin biex niftakru ’l qrabatna, kemm biex nibqgħu magħhom u kemm biex nerħulhom f’idejn iż-żmien, “il-proċessi soċjali, fiżiċi u ontoloġiċi li bihom il-ħajjin jittrasformaw il-ġisem bla ħajja fil-ġisem mejjet”. Il-metodu xjentifiku li tuża l-arkeoloġija moderna hija l-istratigrafija, tħaffir tat-tri...

Noti Editorjali: Kurt Borg 22.02.2024

« Dan il-proġett tal-esejs għalija huwa proġett ta’ memorja li l-pandemija tefgħetni fih. Jiġifieri l-pandemija, forsi kif esperjenzaha wkoll ħaddieħor, jien esperjenzajtha b’ċertu żlugar. Żlugar mill-ordinarju. Għaliex? Għax kollox ġie żlugat. Il-ħajja tagħna, għal ħafna nies il-post fejn jgħixu, il-mod kif jgħixu, ix-xogħol, kollox ġie maqtugħ mill-ordinarju. Dak il-qtugħ ħafna nies esperjenzawh...

Manifest Kontra ż-Żmien - Kris Polidano 08.02.2024

Jgħidu li l-ħin jeżisti biex ma jseħħx kollox f’daqqa. Bil-Malti għandna l-idea ta’ ħin u l-idea ta’ żmien bħala fenomeni distinti. Il-ħin qisu dak li jgħaddik minn mument għall-ieħor. Il-ħin tħossu għaddej. Iż-żmien, però, tinduna bih wara; tħares lura u tintebaħ li għaddew is-snin, li ġa ilek f’din id-dinja għoxrin, tletin, tmenin sena. Tħaffer fl-art u tintebaħ li ġa għaddew minn fuq id-dinja e...

Flaming Fag - Matteo Pullicino 18.01.2024

“Flaming Fag” ta’ Matteo Pullicino toħodna fl-intimità tal-friex, tas-sodda, fl-intimità ta’ bewsa. Fl-attentati — minkejja d-dinja — li ngħaddu xi ħaġa, xi forma ta’ ġmiel, wieħed lill-ieħor, permezz ta’ kliem, ta’ vrus, ta’ poeżija. https://aphroconfuso.mt/matteo-pullicino-flaming-fag/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Insalata - Noah Fabri 06.01.2024

“L-ikbar deċiżjonijiet politiċi li għandna bżonn nieħdu huma dwar l-ikel”, tgħid Noah Fabri f’“Insalata”. L-ikel illum “jissimbolizza wkoll l-inugwaljanza u l-inġustizzji tal-katini tal-provvista u l-kapitaliżmu globali, il-ħela u l-ġuħ”. Fil-performance li kien jisimha wkoll “Insalata”, u li ttellgħet bejn Awwissu u Ottubru 2023, Noah tkellmet dwar ir-relazzjoni bejn l-ikel u l-ġeneru. Tiftakar k...

Bil-Moħbi fil-Beraħ - Omar N’Shea 20.12.2023

« Lejn it-tmiem tas-seklu għoxrin, jiġifieri fis-snin tmenin u disgħin f’Malta, irġiel li kienu jfittxu intimità ma’ rġiel oħra għamlu patroċinju ta’ spazji pubbliċi definiti—bħal latrini, ġonna, u bajjiet—primarjament għal għanijiet ta’ intimità fiżika u sesswali iżda wkoll bħala spazji fejn ħafna setgħu jkunu queer mingħajr ma jħabbtu wiċċhom ma’ intolleranza u theddid. It-tendenza li tfittex l-...

Noti Editorjali: Davinia Hamilton 18.12.2023

Taħdita ma' Davinia Hamilton dwar it-teatru, il-kitba, u r-relazzjoni bejniethom. Fost ħafna affarijiet oħra, nitkellmu wkoll dwar ix-xogħol teatrali Blanket Ban, li ħolqot flimkien ma’ Marta Vella, u l-kitba tal-esej tagħha Żerriegħa fuq Aphroconfuso. Fit-taħdita Davinia ssemmi l-ktieb Time Lived, Without Its Flow ta’ Denise Riley, pubblikazzjoni Picador 2019, u t-talk tal-2004 “ The Emancipated...

-Na -I -Hom - Kris Polidano 15.12.2023

L-interess primarju ta’ Kris Polidano huwa li tikteb dwar li tgħix f’pajjiż fejn kollox dejjem jinbidel u fl-istess ħin ma jinbidel xejn. Permezz t'hekk tħares lura lejn kif iż-żmien jgħaddi, jitgerbeb, iqarraq bina u, sa ċertu punt, jisseduċina bin-nostalġija. https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-na-i-hom/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Qamar Aħmar - Simon Bartolo 14.12.2023

« Nitwieldu u nikbru. Inwelldu u nkomplu nikbru sa ma fl-aħħar nispiċċaw. M’hemmx mod ieħor.” Hekk tgħid Virginia lil oħtha Vera fin-novella “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo. “Kollox jitmermer. Kollha se nispiċċaw.” Dan il-fataliżmu jibda ċiklu li jiżvolġi f’ritorn—u bħal dejjem, it-tfittxija għall-istorja tagħna hija neċessarjament tfittxija għal dak li fadal minn ta’ qabi...

Noti Editorjali: Omar N’Shea 22.11.2023

Taħdita ma’ Omar dwar kif sar jaf b’Bur Mgħeż, kif għamel ir-riċerka tiegħu dwar is-sit u xi ħsibijiet dwar id-dixxiplina tal-arkeoloġija u l-"metodoloġija" letterarja. Aqra u isma' l-ewwel żewġ partijiet ta' Bur Mgħeż, li nsemmu f'din it-taħdita: 1. Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar 2. Dfintha fil-libsa li mietet fiha Hosted on Acast. See acast....

Bur Mgħeż #2: Dfintha fil-libsa li mietet fiha - Omar N’Shea 22.11.2023

It-tieni parti mis-sensiela dwar Bur Mgħeż. Hawnhekk insibu lil Omar jeżamina d-dokumenti miġburin fid-dossier MUS 1196-20 fl-arkivji tas-Santu Spirtu r-Rabat. “Fihom naraw lil Bur Mgħeż maqbud bejn il-Knisja, li kellha l-art fil-portafoll tal-Isqof, l-imprenditur Michele Zammit li għandu kienu mikrijin l-għelieqi u l-barrieri fejn id-dagħbien ta’ Bur Mgħeż ...

Bur Mgħeż #1: Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar - Omar N’Shea 15.11.2023

« Bur Mgħeż għeb fil-baħħ. Sparixxa. Kieku ma kinux dawk l-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Anki l-isem sparixxa, u sparixxiet ukoll il-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu lura mill-mewt? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawn l-esejs li ġej...

mona lisa | karnival ieħor - Matthew Schembri 09.11.2023

“Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd...” L-għanja nafuha u mill-ewwel nifhmu li ż-żmien mistenni minn kulħadd suppost huwa l-karnival, dawk il-jiem fejn l-ilwien jgħammxu l-għajnejn u l-irtokk u t-travestija huma għal kulħadd. Festa li maż-żmien immansat u llum nassoċjawha l-aktar mat-tfal. Iżda għal uħud tista’ tfisser ħafna aktar minn sempliċi logħba bil-maskri u l-kostumi. https://aphroconfuso...

Kif Tgħidha f'Qalbek (taħdita) 31.10.2023

“Kif Tgħidha f’Qalbek” kienet taħdita waqt il-Festival tal-Ktieb fil-21 ta' Ottubru 2023. Fuq stedina ta' Mallia & D’Amato Booksellers, l-edituri ta' Aphroconfuso jitħaddtu ma’ Kurt Borg , Davinia Hamilton u Omar N'Shea . “Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni, il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min j...

Żerriegħa - Davinia Hamilton 17.10.2023

« Fil-ħarifa tal-2020, fil-bidu tat-tieni lockdown, żrajt żerriegħa għall-ewwel darba f’ħajti, u r-raħs ta’ idea rabba l-għeruq. Dak iż-żmien konna f’nofs il-pandemija: in-numri—l-infezzjonijiet, il-pazjenti l-ICU, u l-imwiet—kienu telgħin, u konna qegħdin niffaċċjaw xitwa twila u kiefra. Malta kienet tinħass ’il bogħod ’il bogħod—’il bogħod wisq minn dan l-appartament żgħir f’Londra. Iż-żmien kie...

Il-Kuxjenza fit-Truf - Joe Gatt 27.09.2023

Nota dwar it-traduzzjoni ta' “It-Tipjip”, kapitlu minn La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo. « Ir-relazzjoni ta’ Svevo u l-persunaġġi tiegħu mat-Taljan ma kinitx wisq ’il bogħod minn dik li kienet ta’ Maltin tal-istess żmien, u tal-istess klassi borgeża. Malta, bħal Trieste, kienet iktar minn darba ġiet fil-mira tal-irredentisti Taljani: żewġ ‘gżejjer’ miżmumin bil-ħakma tal-ikbar żewġ imperi ta’...

It-Tipjip - Italo Svevo (tr Joe Gatt) 27.09.2023

La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo ħareġ fl-1 ta' Mejju 1923, ftit jiem wara li Sigmund Freud ħareġ Das Ich und das Es. Svevo kien diġà midħla sew tal-psikoanaliżi u fir-rumanz tiegħu juża l-ideat ta’ din it-terapija ġdida fl-istess ħin li jipparodizzaha. Il-protagonist tar-rumanz, Zeno Cosini, hu konvint li huwa marid u li jekk jaqta’ s-sigaretti darba għal dejjem ikun jista' fl-aħħar jibd...

Reċti tal-Kbar, Parties tat-Tfal - Ryan Falzon 17.09.2023

« Mhux faċli tikteb fuq Malta. M’għadux faċli tikteb fuq Malta, jekk qatt kien. Faċli tpinġi ’l Malta tribujiet, il-blu professjonisti, il-ħomor bl-ispanner f’idhom u l-boilersuit żejtnija, Maltin kontra Għawdxin, tan-North u tas-South, tal-Belt, tal-Kottonera, iż-Żwieten, ta’ wara l-mina... Viżjoni ppożizzjonata bir-riħ impoppa, il-qlugħ bl-emblema miftuħin pagun, il-boxxla ssettjata direzzjoni f...

Lejl u Nhar - Miriam Galea 09.09.2023

Il-persunaġġi f’ “Lejl u Nhar” ta’ Miriam Galea  jitbattlu mid-dija qalila tax-xemx Maltija u jaħarbu ’l fuq lejn belt Ewropea fejn il-ġurnata mudlama kważi bħal-lejl, fejn “it-temp ikrah illum” u s-“sema donnu tbenġila”. U minkejja l-ħarba, kollha donnhom jistaqsu l-istess mistoqsija: “Fejn qed tistaħba x-xemx tisreġ, fejn mar id-dawl?” Il-lejl jgħattik minn ħaddieħor imma jikxfek miegħek in...

Noti Editorjali: Warren Bartolo 31.08.2023

Niltaqgħu ma’ Warren Bartolo, it-traduttur tal- Frammenti ta’ Saffo (EDE Books, 2023) għal taħdita dwar l-imħabba tiegħu għal Saffo u l-lirika tagħha, u dwar il-proċess tat-traduzzjoni mill-Grieg Antik għall-Malti u t-taqbida mal-lingwi l-oħrajn li jinfilsaw bejniethom. F'din il-poddata nsemmu wkoll traduzzjoni oħra ta’ Warren, Kif Tisraq il-Kotba ta’ David Horovitz (Sendb00ks Edition Taube, 2020)...

Il-Lanza, il-Labra, il-Qoffa, l-Azzarin - Loranne Vella 24.08.2023

« Ġieli jagħti l-każ li, jien u naħseb fuq ktieb li qed naqra, nibda nara f’kotba jew xogħlijiet oħrajn l-istess ħsieb, jew mod ta’ ħsieb mhux wisq ’il bogħod minnu, tant li nibda nissuspetta li fil-fatt qed jgħidu l-istess ħaġa, li l-kwistjoni qed jarawha mill-istess perspettiva. U allura, x’kumbinazzjoni li qed naqra żewġ jew...

Qarn (silta) - Romeo Roxman Gatt 10.08.2023

« Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita tas-sajf bħal kull sena oħra iżda din id-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċer fl-istonku, ikrah ferm, tal-biża’ waħx. Imnalla kellu l-għasafar biex jedh...

Medusa - Rowena Grech 19.07.2023

« Żgur li ismi familjari. Żgur li smajt bosta stejjer fuqi. Iżda żgur qatt ma smajt dak li ġara bejni u bejn Persew. Nitolbok, iskot ftit u isma’ l-istorja tiegħi qabel nissarraf f’elf framment ta’ miti oħra… Mela darba, ħmistax-il sena ilu, meta kont għadni tifla, kont ngħix mal-ġenituri tiegħi, Foriku u Keto, fuq gżira serena mdawra b’baħar blu jwerżaq. Id-dar kiene...

Ġilda - Kurt Borg 09.07.2023

« Hemm karru bil-ġwienaħ misjuq minn kuċċier miġbud minn żewġt iżwiemel. Żiemel minnhom abjad, b’għonqu wieqaf dritt, grazzjuż. L-ieħor iswed, magħmul ikrah u goff. Bil-frosta f’idu, il-kuċċier qed jittajjar lejn is-sħab u lil hinn minnu. Iż-żwiemel, speċjalment l-iswed, kultant jissaraw mal-kuċċier, jisfidawh, jisfrattaw, għoddhom j...

Similar podcasts

Antenni Suspettużi Video Karl Schembri Arts · MT · 32 episodes B 站账号榜单势能拉高 可搭配自动化平台真人粉丝沉淀放大圈层影响力 B 站账号榜单势能拉高 可搭配自动化平台真人粉丝沉淀放大圈层影响力 Arts · MT · 5 episodes 抖音完播、收藏与评论互动结合,自动化平台提升短视频流量和用户参与 抖音完播、收藏与评论互动结合,自动化平台提升短视频流量和用户参与 Arts · MT · 5 episodes 高效自动化平台解决方案助力多渠道内容运营实现持续曝光增长 高效自动化平台解决方案助力多渠道内容运营实现持续曝光增长 Arts · MT · 5 episodes 在线全自动下单,让你的多平台内容像涌动潮水一样扩散开来 在线全自动下单,让你的多平台内容像涌动潮水一样扩散开来 Arts · MT · 5 episodes 构建安全稳定增长新体系,通过自动化平台降低风险提升运营效率 构建安全稳定增长新体系,通过自动化平台降低风险提升运营效率 Arts · MT · 5 episodes 公众号运营高效提效,自动化平台让真人粉阅读转发留言点赞全拉满 公众号运营高效提效,自动化平台让真人粉阅读转发留言点赞全拉满 Arts · MT · 5 episodes 佛山app通用点赞与今日越城阅读优化方案,流量提升助力内容精准传播 佛山app通用点赞与今日越城阅读优化方案,流量提升助力内容精准传播 Arts · MT · 5 episodes

Listen to the Aphroconfuso podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.