Aphroconfuso
Aphroconfuso
Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan...
Bezoek zeker de website van de podcast en steun de maker: aphroconfuso.mt
Auteur
Aphroconfuso
Categorie
Website van de podcast
Nieuwste aflevering
17 jun. 2026
Waar luisteren?
Podcasts in de app Replaio Radio Binnenkort beschikbaarPodcasts komen binnenkort naar de app. Installeer nu en zie als eerste een compleet nieuwe kijk op podcasts
Afleveringen
Noti Editorjali: Ryan Falzon 17.06.2026 1:00:32
« Karozza ibrida hija newtrali. L-ibridu bla ħoss, l-ibridu ma tistax tbagħbas fih. Bl-ibridu x’tagħmel? Tista’ twaħħallu sticker mit-Temu mal-ġenb. Jiġifieri ma tantx tista’ eżattament tagħmlu tiegħek bħalma stajt iġġib spanner u tiftaħ il-karburatur tal-magna tal-karozza li għadek kif ġibt u tara x’jiġri. Jiġifieri hemm ħafna inqas intrużjoni fuq il-karozzi l-ġodda. Biss, qegħdin naraw nies illi...
Jisimni Gianna - Loranne Vella 12.06.2026 1:13:22
« Dwar il-korla tan-nannu ma’ wliedu sirt naf ħafna wara, wara li ommi mietet, meta z-ziju beda jiftaħ qalbu miegħi dwar it-tfulija tiegħu kull meta kont nistaqsih biex jiddeskrivili kif kienet ħajjithom meta kienu żgħar biex ikolli iktar ma’ xiex niggranfa ladarba ma stajtx nitkellem iżjed m’ommi. Irrakkuntali dwar id-dixxiplina iebsa li kellu missieru fuqu, dwar is-swat, l-umiljazzjoni, il-kliem...
Noti Editorjali: Jimmy Grima 06.06.2026 1:02:57
Jimmy Grima jitkellem ma’ Joe Gatt, waqt din l-edizzjoni ta’ Noti Editorjali, dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru għall-esej, dwar ir-riċerka għal xogħol performattiv, kif ukoll għal kitba esejistika u għal dik akkademika. Ukoll dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru f’Malta għal dak fin-Netherlands u issa għal darb’oħra lura Malta bħala parti mill-kollettiv Rubberbodies. Jimmy jitkellem ukoll dwar l-imp...
Qarn (taħdita) - Romeo Roxman Gatt 16.05.2026 1:04:01
Fit-23 ta’ April, fiċ-Ċentru għall-Kultura, Edukazzjoni u Informazzjoni f'Ħ’Attard, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb kellna taħdita dwar Qarn ta’ Romeo Roxman Gatt, li din is-sena qed jiġi meqjus għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-letteratura mhux fittizja. Jiddiskutu dan il-ktieb waqt is-serata kien hemm Joe Gatt, Kurt Borg u Omar N'Shea. Niki Young immodera. Hosted on Acast...
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (tnedija) - Loranne Vella 13.04.2026 1:08:57
Beverly Agius f’taħdita ma’ Loranne Vella waqt it-tnedija tar-rumanz Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress li saret fl-10 ta’ April fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta. https://aphroconfuso.mt/kotba-loranne-vella-travi-taċ-Ċedru-saqaf-taċ-Ċipress/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella 04.04.2026 15:57
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress se jiġi ppubblikat fl-10 ta’ April 2026. It-tnedija se ssir fis-7pm fil- kwartieri tal-Friends of the Earth Malta , Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. Ordna l-ktieb minn fuq il-website u ejja iġbru waqt it-tnedija. F’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha u b’tifkirietha. Tmur lura&nb...
Noti Editorjali: Nathan Anthony Pace 28.01.2026 40:31
« Naħseb li r-reliġjon hija t-tieni lingwa tiegħi, illum. Il-Malti, imbagħad ir-reliġjon. ’Qas l-Ingliż. Għax nikbru fihom, u tant kont involut fil-Mużew. Kienet esperjenza pożittiva ħafna għalija. L-allużjonijiet bibliċi, pereżempju t-teoloġija, il-morali, id-duttrina, id-dommatika, dawn l-affarijiet nafhom u nitkellem bihom. Ix-xbihat noħodhom mir-reliġjon anki fil-kitba letterarja tiegħi. Noħod...
Noti Editorjali: Miriam Galea 22.01.2026 42:45
« Inħoss li għandi approċċ sensorjali ħafna jiġifieri mhux ħa nippjana wisq minn qabel imma nsegwi l-istint. Pjuttost proċess awtomatist. Fit-teatru tbegħidt ftit mill-iscripts li titgħallem u tagħmel quddiem in-nies, u mort iktar lejn teatru li jinbena minn proċess ta’ improvizzazzjoni li mbagħad toħloq performance minnu, u l-istess approċċ għandi għall-kitba u għall-arti. Nipprova nsegwi l-proċe...
Noti Editorjali: Nicole Borg 13.01.2026 34:43
« Dak inqisu l-punt tat-tluq tar-riċerka tiegħi, il-problema li hawn bħalissa bl-iżgumbrament tal-bdiewa, jiġifieri din hija xi ħaġa li bdiet primarjament minn żmien il-Covid. Qisha faqqset dak iż-żmien però issa qed naraw li qed tikkalma ftit is-sitwazzjoni. Il-bdiewa litteralment qed jiġu żgumbrati minn arthom biex jinħoloq post għal żvilupp. Din tbeżżagħni ħafna. Nafu sew li l-prezzijiet tal-ar...
Es Sidr (taħdita u siltiet) - Omar N’Shea 14.12.2025 1:30:49
« Meta kont qiegħed infittex il-ġeneru ta’ kitba fil-Malti li seta’ jgħinni ngħid dak li kont qed nipprova ngħid, ovvjament mort l-ewwel lejn il-kotba tal-istorja u lejn il-bijografiji, l-awtobiografiji, u mhux fil-Malti biss, ovvjament ġej minn letteratura ħafna iktar wiesgħa. Però ridt inħares lejn il-Malti speċifikament. Ħassejt illi s-suġġett huwa dejjem fiss fil-memoir, fil-bijografija, fl-is...
Noti Editorjali: Kristina Borg 04.12.2025 47:05
« Li beda joħroġ b’mod prominenti fis-sena sabbatika kien il-proċess, li dejjem kont konxja tiegħu u dejjem kont nitkellem ħafna dwaru u għalija dejjem kien importanti. Kultant iktar importanti mir-riżultat finali sa ċertu punt. Jew biex inpoġġiha aħjar, il-proċess minnu nnifsu huwa riżultat finali. Imma naħseb fis-sena sabbatika ġejt konxja tal-proċess u minn hemm bdejt nirrealizza, isma’ l-bijon...
persefoni tmur tixtri l-ħwejjeġ secondhand - Nathan Anthony Pace 02.12.2025 2:35
« Aħna nibdlu l-ġeneru ma’ kull żerriegħa tar-rummien li nigdmu u nobżqu ’lbarra. Ġisimna jibdel l-istaġuni: sitt xhur Ade sitt xhur Demetra sitt xhur alla bejniethom. » https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-persefoni-tmur-tixtri-l-ħwejjeġ-secondhand/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Es Sidr (silta) - Omar N’Shea 24.10.2025 24:32
Biex tixtri dal-ktieb, ibgħat €20 lil revolut.me/aphroconfuso u għidilna meta se tiġbru jew se nwassluhulek. Jekk m’għandekx Revolut, il-link tippermettilek li tħallas bil-card tiegħek. Tista’ wkoll tħallas bil-Paypal, fuq l-email kotba@aphroconfuso.mt . Għal kull mistoqsija dwar xiri ta’ kotba, ibgħat email fuq kotba@aphroconfuso.mt . Wara l-mewt ta’ ommu, Omar N’ She...
Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg 18.09.2025 30:08
Ftit metri oħra ’l ġewwa u ieħor minn dawn il-kloni jitlobni ċ-ċitt tal-karta u jistaqsi, “Da sola?” Għandek xi problema? jaħseb moħħi. Minflok, nirrispondi, “Sì,” u nipprova nżomm espressjoni newtrali, indifferenti, imma żgur li wiċċi qed jikxifni, dak dejjem jitkellem qabli u iktar minni. Qisu għad fadal l-aħħar ftit metri, u membru ieħor tal-ekwipaġġ jaqra ċ-ċitt tal-karta, ifittex ftit, u...
L-Għoxx Mera tar-Ruħ - Glorianne Micallef 28.08.2025 53:47
« Issibha diffiċli biex tqum minn fuq il-bank. Tħoss qalbha tħabbat iżżejjed, wasal il-ħin li twettaq il-pjan li fasslet il-lejl ta’ qabel wara l-bikja, hi u tiekol biċċa wara biċċa mill-kejk sa ma taħnet nofsu. Taf li ma tistax tibqa’ bilqiegħda hemm għal dejjem. Taf li din il-bawxata, avolja daħlet fiha intortament, ħadd ma jista’ jgħinha toħroġ minnha ħlief hi. Isa, Anna Maria, kuraġġ. Allura t...
Bur Mgħeż #5: Id-difna tal-memorji - Omar N’Shea 29.07.2025 1:14:12
« Żoni ambigwi bħal dawk li kienu parti mill-apparat kolonjali f’Malta huma iktar diffiċli tagħmel sens minnhom minħabba li, mat-tluq tal-Ingliżi, kien hemm xi wħud li ma kellhom l-ebda idea ċara dwar is-sjieda tal-art. Ħafna ħassewhom intitolati għal biċċa plott u ma damux ma ħadu li sabu għalihom infushom biex jagħmlu d-dominju żgħir tagħhom. Mis...
Invokazzjonijiet: il-ħames - Beverly Agius 27.06.2025 1:06
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-5-il-ħames/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Invokazzjonijiet: ir-raba’ - Beverly Agius 27.06.2025 1:16
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-4-ir-raba/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Invokazzjonijiet: it-tielet - Beverly Agius 27.06.2025 1:14
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-3-it-tielet/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Invokazzjonijiet: it-tieni - Beverly Agius 27.06.2025 1:16
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-2-it-tieni/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Invokazzjonijiet: l-ewwel - Beverly Agius 27.06.2025 1:23
Aphroconfuso, jaqaw sirt taf li qed niktbek? https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-1-l-ewwel/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Noti Editorjali: Ryan Falzon 21.04.2025 53:10
« Jien dejjem għedt, jiena ħa nikteb fuq l-idea ta’ dominanza, fuq l-idea ta’ aggressjoni, fuq l-idea ta’ intrużjoni, invażjoni, permezz ta’ vettura u l-ħoss tagħha u l-kulur tagħha. Biss sibtni nikteb fuq xi ħaġa ħafna iktar doċli, ħafna iktar ratba. Sibt lili nnifsi nikteb fuq il-ħruġ tal-Ħadd waranofsinhar bil-karozza. Kienet għażla għax ħsibt ħafna fuqha, għax ovvjament il-ħruġ bil-karozzi llu...
Il-Kastell - Leslie Vassallo 26.03.2025 2:52
Minn fuq is-swar tal-belt tara għoljiet imwieġ iħaddru — Irħula bojod u arbli ta’ knejjes ibaħħru. Minn fuq il-fortizza tilmaħ armati sofor ta’ lellux, ġarġir; Fit-toroq qodma l-bizzilla minsuġa tal-belt; Fi rkejjen, kull lewn tal-gżira jixxerred fuq tila. ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-il-kastell/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Marċ Maqbuż - Leslie Vassallo 26.03.2025 3:08
Ix-xitwa tmut hekk — Gżira — jew bastiment — jgħibu fiċ-ċpar; Riefnu jiġbed nifs sagħtar — Berwieq għarwien fuq irdum, wiċċ nemex tal-bużbież; iħirsa — jew aħna — max-xifer. ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-marċ-maqbuż/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Wirja - Leslie Vassallo 26.03.2025 2:43
Immorru, ukoll, minn labirint toroq, għal wirja ta’ pitturi, statwi — Qlugħ bojod f’ċpar ilwien jinbarmu; swaba’ mwieġ deħlin fuq xatt mitluq: U nofs dawra qaddisin martri b’qillet ġrajjiethom f’idejhom, f’ħarsithom. Mal-ħitan stqarrija safra trombi, platti, tnabar — ... https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-wirja/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Vergelijkbare podcasts
Replaio is geen uitgever van podcasts; namen van shows, covers en audio zijn eigendom van hun makers en worden verspreid via openbare RSS-feeds