Parlament Ewropew
L-Aħbarijiet fil-Qosor
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .
Autor
Parlament Ewropew
Categorie
Site-ul podcastului
Cel mai nou episod
19 mar. 2025
Unde asculți?
Podcasturi în aplicație Replaio Radio În curândPodcasturile ajung în curând în aplicație. Instaleaz-o acum și fii primul care descoperă o abordare complet nouă a podcasturilor
Episoade
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/04/2024 – Malti 16.04.2024 3:09
Il-punti ewlenin: il-Kunsill Ewropew straordinarju; l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju; u l-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/04/2024 – Malti 15.04.2024 3:04
Il-punti ewlenin: il-Parlament irid li d-dritt għall-abort ikun dritt fundamentali tal-UE; ir-Rapport Bank Ċentrali Ewropew għall-2023; u l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2024.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/04/2024 – Malti 12.04.2024 2:38
Il-punti ewlenin: fi Brussell, il-Parlament adotta għaxar testi leġiżlattivi biex jirriforma l-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil; ir-Re Philippe tal-Belġjani indirizza lill-Membri tal-PE; u l-Parlament adotta qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-UE għall-assorbimenti tal-karbonju
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/04/2024 – Malti 11.04.2024 2:01
Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja għadha għaddejja fi Brussell. Il-Membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika u adottaw il-pożizzjoni tagħhom dwar regoli ġodda biex itejbu s-saħħa tal-ħamrija Ewropea u biex iżidu l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-trakkijiet, ix-xarabanks u t-trejlers.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/04/2024 – Malti 10.04.2024 2:06
Il-punti ewlenin: fi Brussell għadha għaddejja s-sessjoni plenarja; il-Membri tal-PE se jivvutaw dwar ir-riforma tas-suq tal-elettriku tal-UE; il-ftehim dwar l-estensjoni ta’ miżuri kummerċjali temporanji għall-Ukrajna; u madwar EUR 5 miljun f’għajnuna tal-UE għal ħaddiema ssensjati fil-Ġermanja u d-Danimarka.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/04/2024 – Malti 09.04.2024 1:39
Il-punti ewlenin: għada tibda s-sessjoni plenarja fi Brussell. Il-Membri tal-PE se jivvotaw dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni, reviżjoni tad-“direttivi dwar il-kolazzjon” u regoli ġodda dwar il-ġbir, it-trattament u l-iskariku ta’ ilma urban mormi.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/04/2024 – Malti 08.04.2024 2:03
Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Iżvilupp se jqis il-progress li sar dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU; il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija se jħares lejn il-kisbiet ewlenin matul din il-leġiżlatura; u l-iffirmar tad-Dikjarazzjoni Ewropea dwar iċ-Ċikliżmu.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/04/2024 – Malti 05.04.2024 2:19
Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss, li se ssir fi Brussell bejn l-10 u l-11 ta’ April; proposta ta’ taħriġ obbligatorju għall-Membri tal-PE biex jiġu evitati l-kunflitti u l-fastidju fil-Parlament Ewropew; u baqa’ 60 jum biss għall-elezzjonijiet Ewropej.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/04/2024 – Malti 04.04.2024 2:02
Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi għaddejjin bil-preparamenti għas-sessjoni plenarja li jmiss, li se ssir fi Brussell fl-10 u l-11 ta’ April, u l-Kumitat għall-Iżvilupp huwa mistenni li jevalwa l-progress li sar dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/04/2024 – Malti 03.04.2024 1:26
Il-punti ewlenin: il-laqgħa bejn il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Margrethe Vestager u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur; il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali qed jipproponi għal emendi għar-regoli interni tal-Parlament biex isaħħu l-mod kif jaħdem; u ż-żjara tal-President tal-PE Roberta Metsola f’Ċipru.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/04/2024 – Malti 02.04.2024 2:21
Il-punti ewlenin: ġie żviluppat pjan biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trainees, il-Kap Prosekutur Ewropew se tattendi l-laqgħat li jmiss tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u l-elezzjonijiet Ewropej jinsabu biss 65 jum ’il bogħod.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/03/2024 – Malti 27.03.2024 2:08
Il-punti ewlenin: fadal 70 jum biss għall-Elezzjonijiet Ewropej; il-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li jindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet; u l-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2024.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/03/2024 – Malti 26.03.2024 2:29
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE ddiskutew is-segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; regoli ġodda dwar il-fallimenti tal-banek u workshop dwar l-UE bħala Unjoni ta’ Ugwaljanza.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/03/2024 – Malti 25.03.2024 2:21
Il-punti ewlenin: Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola indirizzat lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern quddiem il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew; il-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Vittmi tal-Iskjavitù u tal-Kummerċ Transatlantiku tal-Iskjavi; u ċ-ċerimonja li jmiss tal-Premju LUX tal-Udjenza 2024.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/03/2024 – Malti 22.03.2024 2:39
Il-punti ewlenin: l-ewwel approvazzjoni għal regoli ġodda tal-UE dwar l-istatus fl-impjieg tal-ħaddiema tal-pjattaformi; skambju ta’ fehmiet mal-Kummissarju Ewropew Thierry Breton dwar l-Istrateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea; u appoġġ għall-ħaddiema Ġermaniżi u Daniżi li ngħataw is-sensja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/03/2024 – Malti 21.03.2024 2:50
Il-punti ewlenin: estensjoni tal-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ għall-Ukrajna, approvazzjoni inizjali għal liġi ġdida dwar l-impatt tal-kumpaniji fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, u l-appoġġ tal-Membri tal-Parlament Ewropew għal riforma komprensiva tal-politika farmaċewtika tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/03/2024 – Malti 20.03.2024 2:13
Il-punti ewlenin: L-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li jmiss; ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena 2023 dwar l-attivitajiet superviżorji ġie ppreżentat lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; u Membri tal-Parlament Ewropew mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jattendu t-68 Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/03/2024 – Malti 19.03.2024 1:52
Il-punti ewlenin: Il-politika tat-tkabbir tal-UE u żewġ laqgħat mal-Parlament Ukren, jew il-Verkhovna Rada, dwar is-sanzjonijiet kontra r-Russja u dwar votazzjoni fuq il-proposta għal regolament dwar l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u l-miżuri ta’ tranżitu għall-armi tan-nar.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/03/2024 – Malti 18.03.2024 2:28
Il-punti ewlenin: Il-ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jinħoloq Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, il-ħtieġa għal għajnuna umanitarja għal Gaża, u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan u fil-Venezwela.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/03/2024 – Malti 15.03.2024 3:04
Il-punti ewlenin: l-att storiku dwar l-intelliġenza artifiċjali; il-Membri tal-PE jsejħu għal regoli aktar stretti biex jitnaqqsu l-iskart tessili u l-ħela tal-ikel fl-UE; u l-erbatax-il dibattitu mis-sensiela “Din hija l-Ewropa” mal-Prim Ministru Finlandiż, Petteri Orpo.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/03/2024 – Malti 14.03.2024 3:20
Il-punti ewlenin: l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media; id-dibattitu dwar it-tfal Ukreni deportati bil-forza lejn ir-Russja; u ċ-ċerimonja li tfakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/03/2024 – Malti 13.03.2024 3:03
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE spjegaw il-prijoritajiet tagħhom għall-Kunsill Ewropew li jmiss; id-Direttiva l-ġdida dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u Metsola fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tal-attakki terroristiċi f’Madrid.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/03/2024 – Malti 12.03.2024 2:36
Il-punti ewlenin: bħalissa għaddejja s-sessjoni plenarja. Il-Parlament għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media; il-Membri tal-PE se jadottaw il-proposti tagħhom biex titnaqqas il-ħela tat-tessuti u tal-ikel madwar l-UE u jiġi indirizzat it-tħassib dwar it-tfal Ukreni deportati bil-forza lejn ir-Russja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/03/2024 – Malti 11.03.2024 1:54
Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja tinsab għaddejja; il-Parlament b’votazzjoni dwar pjanijiet għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-bini; il-MPE jħejju ruħhom għall-Kunsill Ewropew ta’ Marzu u l-Parlament qed ifakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/03/2024 – Malti 08.03.2024 2:10
Il-punti ewlenin: il-prestazzjoni enerġetika tal-bini fl-UE; l-estensjoni tal-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ biex jingħata appoġġ lill-Ukrajna u l-Moldova; u l-Jum Internazzjonali tan-Nisa.
Podcasturi asemănătoare
Replaio nu este editorul podcasturilor; numele emisiunilor, coperțile și materialul audio aparțin autorilor lor și sunt distribuite prin fluxuri RSS publice