Parlament Ewropew

L-Aħbarijiet fil-Qosor

News MT ↓ Episoade: 250

Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .

Autor

Parlament Ewropew

Categorie

News

Site-ul podcastului

octopus.saooti.com

Cel mai nou episod

19 mar. 2025

Unde asculți?

Podcasturi în aplicație Replaio Radio În curând

Podcasturile ajung în curând în aplicație. Instaleaz-o acum și fii primul care descoperă o abordare complet nouă a podcasturilor

Descarcă din Google Play Instalează gratuit Android aproape 10 mil. descărcări · nota 4,8 iOS în curând

Episoade

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/03/2025 – Malti 19.03.2025

Il-punti ewlenin: illum, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji se jorganizza t-tielet Djalogu Monetarju tiegħu tas-sena mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde. il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali se jiddiskuti l-implikazzjonijiet tal-kontromiżuri kummerċjali tal-UE li ġew deċiżi b’reazzjoni għat-tariffi tal-Istati Uniti fuq il-prodotti tal-UE; barra minn hekk, i...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/03/2025 – Malti 18.03.2025

Il-punti ewlenin: Magnus Brunner, il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni, jitkellem mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; l-Imħallef Tomoko Akane, il-President tal-QKI, tindirizza lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali; delegazzjoni mill-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/03/2025 – Malti 17.03.2025

Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija se jiffoka fuq żviluppi riċenti fil-politika dwar l-enerġija; il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament se jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni dwar regoli ġodda għat-trainees; u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu se jindirizza d-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/03/2025 – Malti 14.03.2025

Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja għalqet ilbieraħ. Fi Strażburgu, il-Parlament tenna li l-UE jeħtiġilha tikkontribwixxi għall-garanziji tas-sigurtà għall-Ukrajna; il-Membri tal-PE enfasizzaw li l-UE jeħtiġilha tappoġġja t-tranżizzjoni politika tas-Sirja; u l-Parlament approva ftehim dwar it-trasferiment ta’ data dwar l-ismijiet tal-passiġġieri bl-ajru mill-UE għall-Kanada.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/03/2025 – Malti 13.03.2025

Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja tinsab għaddejja ġmielha. Fi Strażburgu, il-Membri tal-PE jivvutaw dwar proposta biex tissaħħaħ id-difiża Ewropea; il-Parlament jadotta żewġ riżoluzzjonijiet dwar il-prijoritajiet ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi; u fil-kamra tad-dibattiti, il-Kummissjoni tiżvela l-att il-ġdid dwar il-Mediċini Kritiċi.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/03/2025 – Malti 12.03.2025

Il-punti ewlenin: bħalissa għaddejja sessjoni plenarja ġdida. Fi Strażburgu, il-Membri tal-PE indikaw il-prijoritajiet tagħhom għas-summit li jmiss tal-Kunsill Ewropew; il-Parlament fakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa; u l-President Metsola tkellmet dwar il-35 sena anniversarju mid-dikjarazzjoni tal-kontinwità tal-Istati tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/03/2025 – Malti 11.03.2025

Punti ewlenin: fi Strażburgu, għaddejja sessjoni plenarja ġdida; fiha, il-Parlament se jtenni l-appoġġ sod tiegħu għall-Ukrajna; il-Membri tal-Parlament Ewropej mistennija jitolbu lill-Unjoni Ewropea tuża l-assi Russi ffriżati biex tappoġġja lill-Ukrajna u taċċellera t-twaqqif mill-użu tal-gass Russu; il-Parlament se jindika wkoll l-istrateġija ekonomika, soċjali u tal-impjiegi tal-UE għall-2025.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/03/2025 – Malti 10.03.2025

Il-punti ewlenin: sessjoni plenarja ġdida fi Strażburgu. Għada, il-Membri tal-PE se jiddiskutu s-sigurtà u d-difiża tal-UE wara l-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew; il-Parlament se jiddiskuti l-kriżi umanitarja li sejra għall-agħar f’Gaża; il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta qafas legali ġdid dwar ir-ritorn ta’ persuni li m’għandhom l-ebda dritt legali li jibqgħu fl-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/03/2025 – Malti 07.03.2025

Il-punti ewlenin: il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament fakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa billi appella għal rwol aktar b’saħħtu għan-nisa fil-konsolidazzjoni tal-paċi u fis-sigurtà; nhar it-Tnejn fi Strażburgu, il-Parlament mistenni jivvota dwar pjan ta’ appoġġ ta’ EUR 1.9 biljun għall-Moldova; il-Membri tal-PE se jiddiskutu wkoll il-kompetittività ta...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/03/2025 – Malti 06.03.2025

Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss fi Strażburgu fejn se jiffukaw fuq id-drittijiet tan-nisa u d-difiża Ewropea; il-Parlament se jindirizza wkoll l-eliminazzjoni gradwali tal-gass mir-Russja u jikkonferma l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna; fuq l-aġenda hemm ukoll kif jistgħu jissaħħu l-ktajjen tal-provvista tal-mediċini kritiċi fl-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/03/2025 – Malti 05.03.2025

Il-punti ewlenin: il-Kunsill Ewropew se jiltaqa’ fi Brussell għal summit speċjali dwar l-Ukrajna u d-difiża; bi tħejjija għas-summit, il-President Metsola ltaqgħet mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte u enfasizzat l-impenn tal-UE għas-sigurtà u l-paċi dejjiema fl-Ukrajna; qabel il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi se jorganizza la...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/03/2025 – Malti 04.03.2025

Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jsaħħu l-miżuri protettivi kontra l-abbuż sesswali tat-tfal; il-film Latvjan “Flow” – wieħed mill-films nominati għall-Premju LUX tal-Udjenza – jirbaħ l-Oscar tal-2025 għall-Aqwa Film Animat; il-Parlament Ewropew iniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-mard rari.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/03/2025 – Malti 03.03.2025

Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits se jivvutaw biex jikkonfermaw Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir ta’ EUR 1.9 biljun għall-Moldova; f’Washington DC, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tkellmet dwar l-importanza tar-rabtiet trans-Atlantiċi; Teresa Anjinho tidħol fil-kariga bħala l-Ombudsman Ewropew il-ġdid.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/02/2025 – Malti 28.02.2025

Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE se jesploraw strateġiji biex tingħata spinta lill-akkomodazzjoni sostenibbli madwar l-UE; il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija se jiddiskuti l-politiki futuri tal-UE dwar id-difiża u l-ispazju mal-Kummissarju Kubilius; u nhar it-Tnejn huwa l-Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/02/2025 – Malti 27.02.2025

Il-punti ewlenin: il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa tal-Parlament Ewropew se jivvota għal miżuri aktar qawwija biex jiġi miġġieled l-abbuż sesswali tat-tfal; Il-Membri tal-PE se jiddiskutu n-nuqqas ta’ mediċini u l-istrateġija tal-kura tas-saħħa; il-kap tal-awtorità tal-UE kontra l-kriżijiet bankarji se jiffaċċja l-mistoqsijiet tal-Membri tal-PE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/02/2025 – Malti 26.02.2025

Il-punti ewlenin: fit-tielet anniversarju tal-invażjoni mir-Russja, il-mexxejja tal-UE affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom lejn l-Ukrajna b’assistenza finanzjarja, umanitarja u militari kontinwa; il-ġimgħa d-dieħla, il-mexxejja tal-UE se jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu s-sanzjonijiet u t-tisħiħ tad-difiża tal-Ewropa b’reazzjoni għall-aggressjoni mir-Russja; u Membri tal-PE jżuru l-Irlanda bi...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/02/2025 – Malti 25.02.2025

Il-punti ewlenin: Membri tal-PE mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur qegħdin f’Washington DC biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-politiki diġitali u tal-konsumatur; delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji qiegħda Londra biex tiddiskuti s-servizzi finanzjarji, is-sanzjonijiet fuq ir-Russja, u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; Membri...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/02/2025 – Malti 24.02.2025

Il-punti ewlenin: fit-tielet anniversarju tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, il-Parlament Ewropew jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-Ukrajna; delegazzjoni mis-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali se jżur il-Finlandja u l-Estonja għal taħditiet dwar il-politika tat-tassazzjoni u l-kompetittività; u l-Kumitat għas-Saħħa Pubblika qed iniedi konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-mard rari u s-saħ...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/02/2025 – Malti 21.02.2025

Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE u l-Istati Membri tal-UE qablu dwar pjan ta’ appoġġ ewlieni biex jaċċelleraw ir-riformi tal-Moldova, isaħħu r-reżiljenza tagħha, u jmexxuha ’l quddiem fit-triq tagħha lejn l-integrazzjoni fl-UE; il-Membri tal-PE mill-Kumitat għall-Iżvilupp se jżuru t-Tanzanija biex jevalwaw l-inizjattivi tal-Global Gateway; niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/02/2025 – Malti 20.02.2025

Il-punti ewlenin: matul il-Ġimgħa Parlamentari Ewropea, l-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi appella għal azzjoni urġenti biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa; l-UE tilħaq ftehim biex sal-2030 tnaqqas l-iskart tal-ikel u tat-tessuti; u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jibda l-mandat il-ġdid tiegħu b’taħditiet ta’ politika globali.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/02/2025 – Malti 19.02.2025

Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE u l-Membri Parlamentari nġabru biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, baġitarji u soċjali tal-Ewropa; il-Membri tal-PE jiddiskutu t-tensjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fid-dawl ta’ tariffi ġodda tal-Istati Uniti fuq l-azzar mill-Ewropa u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni taċ-ċipep tal-intelliġenza artifiċjali; u l-Ministru Pollakk għas-Saħħa se...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/02/2025 – Malti 18.02.2025

Il-punti ewlenin: din il-ġimgħa, il-Polonja se tkompli tippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tagħha lill-Kumitati tal-Parlament Ewropew; il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji se jkollu l-ewwel taħdita ekonomika mal-President tal-Grupp tal-Euro; skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, iż-żgħażagħ Ewropej huma mħassbin l-aktar bil-għoli tal-ħajja l-ħajja u l-klima, u jiddependu fu...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/02/2025 – Malti 17.02.2025

Il-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew Metsola żaret Iżrael, Gaża, u x-Xatt tal-Punent biex terġa’ ttenni l-impenn tal-Ewropa għall-paċi reġjonali; il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Michael O’Flaherty se jiddiskuti kwistjonijiet ewlenin, inklużi l-Ukrajna u l-migrazzjoni, mal-Membri tal-PE; il-Viċi President tal-BEI Robert De Groot se jiddiskuti l-irwo...

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/02/2025 – Malti 14.02.2025

Il-punti ewlenin: il-Parlament approva riforma tal-VAT biex tiġi garantita tassazzjoni ġusta u tiġi miġġielda l-frodi; il-Membri tal-PE u l-Kummissjoni irrieżaminaw il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur fost tħassib dwar l-agrikoltura; u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit se jivvaluta l-baġit imġedded fit-tul tal-UE.

L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/02/2025 – Malti 13.02.2025

Il-punti ewlenin: il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 u l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-kompetittività; il-President tal-Verkhovna Rada, jew il-Parlament Ukren, jindirizza lill-Membri tal-PE fi Strażburgu; il-Parlament iħeġġeġ lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jindirizza r-riskji ġeopolitiċi għall-istabbiltà tal-prezzijiet.

Ascultă podcastul L-Aħbarijiet fil-Qosor în Replaio

Radio și podcasturi într-o singură aplicație - gratuit și fără înregistrare. Instaleaz-o azi și nu rata lansarea

Descarcă din Google Play

Replaio nu este editorul podcasturilor; numele emisiunilor, coperțile și materialul audio aparțin autorilor lor și sunt distribuite prin fluxuri RSS publice