Parlament Ewropew
L-Aħbarijiet fil-Qosor
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .
Autor
Parlament Ewropew
Categorie
Site-ul podcastului
Cel mai nou episod
19 mar. 2025
Unde asculți?
Podcasturi în aplicație Replaio Radio În curândPodcasturile ajung în curând în aplicație. Instaleaz-o acum și fii primul care descoperă o abordare complet nouă a podcasturilor
Episoade
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/01/2025 – Malti 08.01.2025 2:06
Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jżuru l-Indja biex jagħtu spinta lir-rabtiet diġitali u tal-konsumatur; il-politiki fiskali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri taħt skrutinju; u t-titjib tal-infurzar tal-liġijiet tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/01/2025 – Malti 07.01.2025 2:15
Il-punti ewlenin: il-Polonja tieħu f’idejha l-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Membri tal-PE jżuru l-Indja biex jagħtu spinta lir-rabtiet diġitali u tal-konsumatur; il-Parlament jappella għal tmexxija fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/12/2024 – Malti 20.12.2024 2:21
Il-punti ewlenin: il-President Metsola waqt is-summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent: “Wasal iż-żmien li nikbru”; il-Parlament jistabbilixxi kumitati ġodda dwar id-difiża, is-saħħa, id-demokrazija u l-akkomodazzjoni; fl-1 ta’ Jannar, il-Polonja se tieħu f’idejha l-presidenza tal-Kunsill tal-UE mill-Ungerija.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/12/2024 – Malti 19.12.2024 3:06
Il-punti ewlenin: il-President tal-Georgia Salomé Zourabichvili twissi lill-Membri tal-PE dwar riskji kbar għall-UE jekk il-Georgia tispiċċa taħt l-influwenza Russa; il-Parlament japprova finanzjament aktar rapidu għall-irkupru minn diżastri; il-Membri tal-PE jeleġġu lil Teresa Anjinho mill-Portugall bħala l-Ombudsman Ewropew.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/12/2024 – Malti 18.12.2024 4:28
Il-punti ewlenin: ir-Rumanija u l-Bulgarija uffiċjalment se jingħaqdu maż-żona Schengen ta’ moviment liberu fl-1 ta’ Jannar 2025; l-implikazzjonijiet ġeopolitiċi tal-waqgħa tar-reġim ta’ Assad fis-Sirja; il-Parlament Ewropew ippremja l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024 lil María Corina Machado u Edmundo González Urrutia mill-Venezwela.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/12/2024 – Malti 17.12.2024 2:46
Il-punti ewlenin: għada fi Strażburgu, il-Membri tal-PE se jiddeskrivu l-prijoritajiet tagħhom għas-summit li jmiss tal-UE dwar l-Ukrajna, il-Lvant Nofsani u l-migrazzjoni, u se jiddibattu prattiki ta’ negozjar kollettiv u ta’ sottokuntrattar abbużiv; il-Parlament Ewropew huwa lest ukoll li jistabbilixxi kumitati ġodda għad-difiża, is-saħħa, id-demokrazija u l-akkomodazzjoni.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/12/2024 – Malti 16.12.2024 2:20
Il-punti ewlenin: il-Premju Sakharov għandu jingħata lill-mexxejja tad-demokrazija tal-Venezwela; il-Membri tal-PE għandhom jiddiskutu l-impatt tal-waqgħa tar-reġim ta’ Assad fis-Sirja; il-Parlament għandu jeleġġi l-Ombudsman Ewropew li jmiss.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/12/2024 – Malti 13.12.2024 2:21
Il-punti ewlenin: il-Ġimgħa tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tagħlaq b’enfasi fuq l-aspett diġitali; l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2024 jiżvela progress kajman madwar l-UE; il-Membri tal-PE jiddiskutu l-futur tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE lil hinn mill-2027.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/12/2024 – Malti 12.12.2024 1:39
Il-punti ewlenin: jinsabu għaddejjin il-preparamenti għas-sessjoni plenarja tal-ġimgħa d-dieħla; fi Strażburgu, il-Parlament se jagħti l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024 lil María Corina Machado u lil Edmundo González Urrutia; il-Membri tal-PE se jiddibattu l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali u se jivvutaw dwar l-għajnuna tal-UE għall-Istati Memb...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/12/2024 – Malti 11.12.2024 1:40
Il-punti ewlenin: Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali se jindirizzaw iż-żamma tal-impjegati fil-kategoriji l-baxxi tal-iskala tax-xogħol fis-suq tax-xogħol; il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza se tiddiskuti l-ġeneru u s-saħħa mal-Membri tal-Parlament Ewropew; il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali se jorganizza diskussjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-biedja.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/12/2024 – Malti 10.12.2024 1:59
Il-punti ewlenin: Matul il-Ġimgħa Ewropea għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri l-PE jenfasizza s-sikurezza tan-nisa fl-ispazji diġitali; is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem ifakkar Jum id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem b’konferenza ta’ livell għoli; u l-President tal-Parlament Roberta Metsola għandha tiltaqa’ mal-President tar-Repubblika tal-Moldova, Maia Sandu.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/12/2024 – Malti 09.12.2024 2:25
Il-punti ewlenin: il-faċilità għar-riforma tal-Moldova rieżaminata mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; il-Ġimgħa għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri bl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/12/2024 – Malti 06.12.2024 2:00
Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jorganizza seduta ta’ smigħ mar-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin, Kaja Kallas, dwar l-infiq diplomatiku; is-seduta ta’ smigħ finali tar-rieżami tal-baġit għandha ssir mal-Kummissarju Serafin; il-Parlament Ewropew jikkonkludi l-Ġimgħa tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà b’sejħiet għall-inklużjoni.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/12/2024 – Malti 05.12.2024 2:28
Il-punti ewlenin: il-liġi tal-UE dwar id-deforestazzjoni tiddewwem sa tmiem l-2025; il-Membri tal-PE jenfasizzaw l-ostakli globali fid-drittijiet tan-nisa; u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jeżamina s-servizzi finanzjarji għan-nisa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/12/2024 – Malti 04.12.2024 2:04
Il-punti ewlenin: il-mexxejja tal-PE jmorru Varsavja biex iħejju għall-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE; is-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża jiltaqa’ mal-ewwel Kummissarju tal-UE għad-Difiża; u l-preżentazzjoni tar-riżultati ta’ stħarriġ storiku tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/12/2024 – Malti 03.12.2024 1:49
Il-punti ewlenin: il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, se torganizza t-tieni djalogu monetarju tagħha tal-10 leġiżlatura; il-Membri tal-PE jirrevedu d-drittijiet tat-tfal fil-35 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; u l-Kumitat għall-Iżvilupp se jiddiskuti l-insigurtà tal-ikel mal-esperti.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/12/2024 – Malti 02.12.2024 2:21
Il-punti ewlenin: il-Parlament jorganizza l-ewwel Djalogu dwar il-Faċilità għall-Ukrajna fuq programm ta’ appoġġ tal-UE ta’ EUR 50 biljun; ir-rwol tal-politika kummerċjali tal-UE fit-tnaqqis tad-dipendenzi u fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà; u l-Ġimgħa għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 29/11/2024 – Malti 29.11.2024 3:00
Il-punti ewlenin: il-Parlament japprova aktar minn EUR 116-il miljun f’għajnuna għall-irkupru mill-għargħar fil-Ġermanja u fl-Italja u jitlob għal estensjoni tal-fond ta’ solidarjetà; il-Membri tal-PE jitolbu l-obbligu ta’ rendikont għall-irregolaritajiet fl-elezzjonijiet parlamentari kkontestati tal-Georgia; il-Membri tal-PE u l-Kummissjoni jiddiskutu t-tisħiħ tad-drittijiet tat-tfal fil-35 anniv...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/11/2024 – Malti 28.11.2024 2:32
Il-punti ewlenin: il-Parlament japprova l-Kulleġġ tal-Kummissarji; il-Membri tal-PE jivvutaw dwar il-baġit tal-UE għall-2025; il-Membri tal-PE jiddibattu l-atti mwettqa fuq l-infrastruttura kritika tal-Baħar Baltiku.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/11/2024 – Malti 27.11.2024 4:03
Il-punti ewlenin: il-President Metsola tappella għal azzjoni aktar b’saħħitha mill-UE biex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa; il-Parlament jafferma mill-ġdid l-appoġġ sod tiegħu għall-Ukrajna matul l-aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa; il-Membri tal-PE se jiddiskutu t-tisħiħ tad-drittijiet tat-tfal fil-35 anniversarju tal-konvenzjoni tan-NU.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/11/2024 – Malti 26.11.2024 2:28
Il-punti ewlenin: għada l-Parlament se jivvota dwar il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida; il-Membri tal-PE se jivvutaw dwar il-baġit tal-UE għall-2025 u se jiddibattu dwar l-eżiti tal-konferenza dwar il-klima COP29
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/11/2024 – Malti 25.11.2024 2:27
Il-punti ewlenin: illum fi Strażburgu tibda sessjoni plenarja ġdida tal-Parlament Ewropew; il-Parlament u l-Kummissjoni jiddiskutu l-kriżi fil-Lvant Nofsani; il-Membri tal-PE jiddibattu s-sabotaġġ tal-infrastruttura fil-Baħar Baltiku u jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/11/2024 – Malti 22.11.2024 1:47
Il-punti ewlenin: il-ġimgħa d-dieħla tibda sessjoni plenarja ġdida tal-Parlament fi Strażburgu; illum, il-President tal-Parlament Roberta Metsola tinsab Malta.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/11/2024 – Malti 21.11.2024 1:52
Il-punti ewlenin: Il-Membri tal-PE qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss li hija ppjanata għall-ġimgħa d-dieħla fi Strażburgu; il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart li għaddejja bħalissa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/11/2024 – Malti 20.11.2024 3:25
Il-punti ewlenin: Il-Parlament Ewropew immarka 1,000 jum tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; il-Membri tal-PE qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss, li se ssir il-ġimgħa d-dieħla fi Strażburgu.
Podcasturi asemănătoare
Replaio nu este editorul podcasturilor; numele emisiunilor, coperțile și materialul audio aparțin autorilor lor și sunt distribuite prin fluxuri RSS publice