Jon Mallia
Jon Mallia Podcast
L-aktar podcast popolari f'Malta. Diskussjoni ħielsa fejn niltaqa' ma' kull xorta ta’ persuna biex niddiskutu kull xorta ta’ ħsieb. Bla agenda. Bla ċensura. Għal aktar informazzjoni żur www.jonmallia.mt.
Author
Jon Mallia
Category
Podcast website
Latest episode
Jul 6, 2026
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
Ep 026 ma' Nigel Camilleri 26.11.2021 2:37:13
Ma' Nigel Camilleri, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Psikjatrija niddiskuti il-qagħda tas-saħħa mentali f'Malta, kif din ġiet affettwata mill-Covid-19 u l-kundizzjoni tal-isptar Monte Carmel. Nifhem aktar kif kienet saret id-dijanjosi tal-ADHD tiegħi, nitkellmu fuq meta wieħed għandu jirrikori għall-psikjatrija u dwar kemm huma għoljin ir-rati tas-suwiċidju hawn Malta. Rapporti mahrug...
Ep 025 ma' Matthew Caruana Galizia 20.11.2021 2:26:58
Matthew ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni fil-fatt kontu intom li tlabtuhulna. Ma' Matthew nitħaddet dwar kif skoprew bil-Panama Papers, b'Egrant, u naturalment ma stajnix ma nsemmux lil Konrad Mizzi u lil sieħbu Muscat. Nifhem aktar it-tbatija li kien u għadu jġarrab Matthew bit-telfa ta' ommu, kif ħassu meta akkużawh li kompliċi fil-qtil u x'kien l-ikbar legat ta' Daphne Caruana Galizi...
Ep 024 ma' Patrick Gaffiero 12.11.2021 2:20:05
Patrick Gaffiero huwa l-għola qassis tal-knisja ta' Luċifru fid-dinja. Hu jgħid li hu okkultist li kapaċi jagħmel il-maġija. Ma' Patrick nitħaddet dwar it-twemmin tar-ruħ u jekk din tistax tinfeda, il-moralità Luċiferjana li hija differenti għal dik satanika u d-definizzjoni tal-ħażen. Nistaqsih ukoll hemmx nies imlaħħqin fis-soċjetà Maltija li huma parti mill-knisja Luċiferjana tiegħu. **********...
Ep 023 ma' Matthew Bartolo 04.11.2021 2:36:32
Matthew Bartolo huwa konsulent dwar is-sess u r-relazzjonijiet. Huwa l-fundatur ta' Willingness Malta li joffri servizzi professjonali relatati mal-familja, is-sess u s-saħħa. Ma' Matthew nitkellem fost l-oħrajn dwar Onlyfans, il-pressjoni biex isir is-sess fl-ewwel date, jekk il-pornografija hux għall-irġiel biss u l-perċezzjonijiet kollha marbuta mad-daqs tal-parti tar-raġel. Lil hinn minn...
Ep 022 ma' Robert Musumeci 28.10.2021 2:39:10
Semmejnih kemm-il darba waqt il-poddati u ħafna minnkom tlabtu li jiġi. Fl-aħħar laqa' l-istedina tagħna Robert Musumeci u qalilna li ma tilifx episodju wieħed! Ma' Robert Musumeci tkellimna dwar il-moralità, il-korruzzjoni fi ħdan il-PL, Daphne Caruana Galizia, fuqu bħala lettur l-Univerita ta' Malta u fuq kif kien iħossu meta kont insemmih waqt il-poddata. Ma qbilniex fuq ħafna affarijiet...
Ep 021 ma' Mark Laurence Zammit 21.10.2021 3:26:48
Mark Laurence Zammit fih buzz ta’ vera. Tlett siegħat taħdita li ħrigt minnha b’aktar enerġija milli dħalt. Mark tifel t’Alla (in more ways than one). Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/marklaurence.zammit ************************************************* SIR MEMBRU MAGĦNA Patreon https://www.patreon.com/jonmallia YouTube https://www.youtub...
Mistoqsija u Tweġiba 001 ma' Kenneth Bone 15.10.2021 26:43
Imħeġġa mill-membri tagħna fuq Patreon u YouTube, intrigajna nwieġbu xi mistoqsijiet li bgħattulna intom. Dan huwa il-bidu ta' l-ewwel episodju tas-sensiela Mistoqsija u Tweġiba. L-episodju sħiħ aċċessibbli esklussivament mill-membri fuq Patreon ( https://www.patreon.com/jonmallia ) jew fuq YouTube ( https://www.youtube.com/channel/UCY5SpBjSLw7KRiqtvjUJFPQ/join ). Il-mistieden issibuh fuq https://...
L-Esperjenza tal-Mistiedna fuq il-Poddata 30.08.2021 20:05
Intemm l-ewwel stagun tal-Podcast u ħadna lejla biex niltaqgħu ma' uħud mil-mistiedna biex nistaqsuhom x’esperjenza kellhom magħna. Minħabba li din mhux fl-għamla tas-soltu, jgħin jekk tara il-video fuq https://youtu.be/hapeD47F40g . ************************************************* B'ħajr lil: Stretta Craft Beer eCabs Derek Meats Vella Falzon Home Seasus ***********************************...
Ħsibijiet 002 - Il-Falliment tas-Soċjaliżmu f'Malta 13.08.2021 31:43
F’din ir-registrazzjoni nixtarr il-falliment spettakolari tas-soċjaliżmu fi xtutna. Il-kitba għal din ix-xandira hija distillazzjoni ta’ tlett ijiem ta’ ħsieb u taħdidiet ma' ħbieb fuq it-tnawwir tax-xellug f'Malta. Nittama li ssibu nofs siegħa ċans biex tagħtuh widen u taqsmu miegħi l-ħsieb tagħkom.
Ħsibijiet 001 - Għeluq l-Ewwel Staġun - GRAZZI! 05.08.2021 9:34
Grazzi bla tarf lilkom kollha li għamiltulna tant qalb biex wasalna s'hawn. Grazzi speċjali lil dawk li ngħaqdu magħna fuq Patreon ( https://www.patreon.com/jonmallia ) u tawna daqqa t'id ġmielha. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għajnuna ta': eCabs Derek Meats Garmin Form Valletta Glass [15% DISCOUNT CODE: jonmallia] Seasus ******...
Ep 020 ma' Neil Agius 29.07.2021 2:01:48
Waħda mil-ftit affarijiet li dan il-ġens kapaċi jaqbel dwarha hi li Neil Agius huwa leġġenda ta’ żmienna. Din hija ħarsa fil-qosor lejn il-poddata tiegħi miegħu, miġbuda ftit jiem wara li kiser ir-rekord dinji għall-itwal għawma f’baħar miftuh. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/neilagius.official jew https://www.neilagius.com *************************************************...
Ep 019 ma' Manuel Delia #2 22.07.2021 2:11:33
Manuel Delia huwa ġurnalist u kittieb li kien u għadu parteċipi fix-xena politika ta’ pajjizna. Jien u Manuel tħaddidna fuq il-passat tiegħu fi ħdan il-PN, il-kultura ta’ korruzzjoni li nawwret pajjiz, fuq John Dalli, Daphne Caruana Galizia, Jeffrey Pullicino Orlando, fuq l-anomaliji li huma l-One u n-Net u bosta aktar. Din hija it-tieni parti tal-poddata ma' Manuel Delia. Il-mistieden issibuh fuq...
Ep 018 ma' Manuel Delia #1 15.07.2021 2:21:30
Manuel Delia huwa ġurnalist u kittieb li kien u għadu parteċipi fix-xena politika ta’ pajjizna. Jien u Manuel tħaddidna fuq il-passat tiegħu fi ħdan il-PN, il-kultura ta’ korruzzjoni li nawwret pajjiz, fuq John Dalli, Daphne Caruana Galizia, Jeffrey Pullicino Orlando, fuq l-anomaliji li huma l-One u n-Net u bosta aktar. Din hija l-ewwel parti tal-poddata ma' Manuel Delia. Il-mistieden issibu...
Ep 017 ma' Andrea Dibben 08.07.2021 2:30:28
Dr. Andrea Dibben hija lettriċi fl-Universita' ta’ Malta li tispeċjalizza fil-politika soċjali. Iżda forsi l-aktar mgħarufa għall-attiviżmu tagħha fil-qasam tal-Pro Choice u d-drittijiet riproduttivi tan-nisa. Ma' Andrea tkellimna fuq is-suġġett kumpless u delikat tal-abort, l-esperjenza tagħha taħdem ma’ tfajliet zgħazagħ li nqabdu tqal, kif ukoll ovvjament il-politika soċjali kif tidħol f’dan ko...
Ep 016 ma' Eman Borg 01.07.2021 2:56:52
Eman huwa attivist fil-qasam LGBTI+ kif ukoll il-fundatur tal-għaqda non governattiva LGBTI+ Gozo. Ma' Eman tħaddidna fuq l-esperjenza tiegħu bħala bniedem gay li kien fi triqtu lejn is-saċerdozju, il-ħajja ta’ tifel b’missier bijologiku abbużiv u l-laqa tiegħu mar-Regina Elizabetta tal-Ingilterra. Dħalna f’suġġetti varji fosthom id-demokrazzija, l-identita' u s-sawm meqjus. Fuq kollox Eman huwa r...
Ep 015 ma' Raniero Borg 24.06.2021 2:07:10
Raniero Borg huwa bugħaddas, attivist u ambjentalist. Il-paġna tal-Facebook tiegħu Raniero’s Adventures hija filfatt fiha ‘l fuq minn 400 video ta’ kull xorta ta’ attiviżmu li Raniero jipparteċipa fih. Ma' Raniero tkellimna dwar l-isfreġju ambjentali u x’jista jsir biex nieqfulu, l-ambjentalisti tal-ġenerazzjoni li jmiss u mnejn ġejja din il-ġibda straordinarja li għandu lejn il-baħar. Grazzi Rani...
Ep 014 ma' Peppi Azzopardi 17.06.2021 3:02:50
Peppi huwa attivist, ġurnalist u l-moħħ wara l-aktar programm segwit fl-istorja televiżiva ta’ pajjiżna. Tul il-podcast tħaddidna dwar iż-żogħżija tiegħu li għaddiha b'ruħu w ġismu fl-attiviżmu, l-immigrazzjoni, il-governanza u l-abort fost ħwejjeg varji oħrajn. Tul dawn it-tlett siegħat fhimt li s-sisien morali u filosofici li jsawwru lil Peppi huma maħsuba b’ħafna aktar irqim milli ħsibt....
Ep 013 ma' Marie Briguglio 10.06.2021 2:41:50
L-ewwel darba li ltqajt ma' Marie kelli xi 9 snin waqt party pjuttost ‘out-of-hand’ fis-salott tal-ma. Il-ma u l-pa għal din ix-xorta ta’ festini li kienu kultant anke jfuru mill-bieb ta’ barra u jibqgħu jitferraw fl-isqaq kienu famużi. Fastforward 28 sena u Marie issa tiġi z-zija t’ibni tar-rispett. Dan ta’ l-ahhar l-aktar bniedem li qatt ħassejtni seren fil-preżenza tiegħu. Parti minni aktar min...
Ep 012 ma' John Spartan 03.06.2021 3:14:24
John ‘Spartan’ Cogswell huwa ex-membru tan-Navy Amerikana kif ukoll ex-Champion tal-ġinnastika fl-istat ta’ New York. Fi xtutna John jipprovdi tħarrig fiżiku inspirat mit-trawwim tiegħu fil-militar li jsawwar lil dawk parteċipi mhux biss b’ħiliet atletiċi ġodda, iżda wkoll b’atitudni robusta li tgħin lil dak li jkun jinnegozja sfidi oħrajn, fil-ħajja ta’ kuljum. Il-mistieden issibuh fuq https://ww...
Ep 011 ma' Matthew Brincat 27.05.2021 2:57:41
Matthew Brincat huwa kittieb u fotografu. Ħafna minn żoghżitu qattagħha jfaqqa l-imsack u l-coke sa ma stembah f’ċella Kordin fejn għazel li jieħu r-reidni f’idejgħ u jinħeles mill-jasar tal-vizzji. Bejn programm tal-NA, esperjenzi fl-Ecuador b’sustanzi psikadeliċi w ritwali xamaniċi, illum Matthew bniedem imwieled mill-ġdid. Fost temi oħrajn ma' Matthew tkellimt fuq l-ayuhuasca, il-mewt, iż-żwieġ...
Ingħaqdu Magħna fuq Patreon 27.05.2021 0:24
Bla flus la tgħannaq u lanqas ikollok Podcast Dan kollu li qegħdin nagħmlu jitlob ħafna ħin, impenn u nvestiment. Imma ĦAFNA! U bħal bosta minnkom, jien familja għandi wkoll. Jekk skontok dak li qiegħed nipprovdi lix-xena djaloġika u artistika tal-pajjiż jixraqlu l-appoġġ, inħeġġek tingħaqad ma dawk l-uħud li jitfgħu xi ħaġa żgħira fis-sassla kull xahar, biex ir-rota tibqa ddur. Mingħajrkom pratti...
Ep 010 ma' Matthew Grech 20.05.2021 3:46:05
Matthew Grech jisħaq li huwa ex-gay. Huwa wkoll nisrani konvint sat-tali punt li jemmen li l-ħwejjeg kollha miktuba fil-Bibbja huma rendikont veru ta’ ġrajjiet li seħħew rejalment. Ir-raġel għandu ħafna ħsibijiet kontroversjali, li ħafna drabi jwasslu għal kritika feroċi online. Minkejja li ma naqbilx ma' Matthew fuq ħafna affarijiet, xorta waħda kelli l-ħajra ngħarbel ħsibijietu aktar mil-v...
Ep 009 ma' Julian Calleja 13.05.2021 2:15:06
Julian Calleja huwa attur mgharuf l-aktar għas-sehem tiegħu f’serje popolari bhal Deċeduti, Evanġelisti u Min Imissu. Julian huwa wkoll direttur u jieħu ħsieb il-muntaġġ ta proġetti televiżivi varji. Ħafna minn tfulitu Julian qattagħha f’istituti u djar tal-fostering. U kien fl-aħħar dar li gie milqugħ fiha li Julian u Jon ltaqghu 23 sena ilu, u saru aħwa. Il-mistieden issibuh fuq https://www.face...
Ep 008 ma' Warren Brimmer 06.05.2021 2:11:53
Warren Brimmer beda l-karriera tiegħu bħala cameraman ġurnalistiku. Illum huwa il-producer tal-programm popolari www. Liquorish.tv . Fuq kollox Warren avventurier kbir b'ħafna stejjer tal-għaġeb li xi whud minnhom jaqsamhom magħna tul dan il-podcast. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/warren.brimmer ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun poss...
Ep 007 ma' Mark Camilleri 29.04.2021 1:23:11
Mark Camilleri huwa il-mexxej kemmxejn kontroversjali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Huwa bniedem ta' ħsibijiet soċjalisti mingħajr wisq ħajta f'ilsienu. Pero' ftit jafu li huwa wkoll ippubblikat fil-qasam tl-istorja ekonomika ta' Malta. Il-mistieden issibuh fuq https://www.facebook.com/mark.camilleri.5 Il-ħsibijiet espressi mill-mistiedna tal-Podcast huma esklussivament tagħhom, b'dan il...
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.