Jon Mallia

Jon Mallia Podcast

Society MT ↓ 231 episodes

L-aktar podcast popolari f'Malta. Diskussjoni ħielsa fejn niltaqa' ma' kull xorta ta’ persuna biex niddiskutu kull xorta ta’ ħsieb. Bla agenda. Bla ċensura. Għal aktar informazzjoni żur www.jonmallia.mt.

Author

Jon Mallia

Category

Society

Podcast website

podcasters.spotify.com

Latest episode

Jul 6, 2026

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

Episodju 117 ma' Lidia Babenko 28.09.2023

Lidia Babenko studjat il-medicina u ferghat differenti tal-psikologija. Maghha naqbadha fuq l-irwol tar-ragel fis-socjetà, fuq Jung, l-arkitipi, ir-religjon, u s-sahha mentali. ************************************************* Informazzjoni li giet diskussa waqt il- podcast: Not using 100% of your brain: https://www.psychologytoday.com/us/blog/your-internet-brain/202102/you-cant-use-100-your-brain...

Episodju 116 ma' Jason Azzopardi 21.09.2023

F’dan l-episodju mimli daqs bajda ma’ Jason Azzopardi tkellimna dwar bosta suggetti. Fosthom, il-kaz ta’ Andrea Prudente, l-izbalji tal-Partit Nazzjonalista fil-25 sena konsekuttiva li ghamel fil-Gvern, u jekk jahsibx li Bernard Grech ghandu jibqa’ l-kap tal-oppozizzjoni. Ma naqasx ukoll milli nitkellmu fuq id-dizgwiti pubblici tieghu ma’ Adrian Delia. Jidhlu fl-istorja ukoll Daphne Caruana Galizi...

Episodju 115 ma' Charles Xuereb 15.09.2023

Charles Xuereb huwa storiku u kittieb b’hafna snin ta’ esperjenza. Matul dan l-episodju naqbduha dwar diversi hwejjeg fostom in-nisel Gharbi tal-Maltin, in-nuqqas ta’ identita nazzjonali u l-opinjonijiet tieghu dwar il-George Cross fuq il-bandiera Maltija. ************************************************* Informazzjoni li giet diskussa waqt il-podcast: Hanzira tal-Erwieh: https://www.ilmiklem.com/...

Episodju 114 ma' Josette Ciappara 07.09.2023

Josette bdiet il-karriera taghha bhala ghalliema, u introduciet id-drama biex tghin lit-tfal jitghallmu ahjar. Maghha naqabadha fuq it-tfulija taghha, il-meditazzjoni, u z-zmien difficli li ghaddiet minnu minhabba sahhitha. ************************************************* Informazzjoni li giet diskussa waqt il- podcast: Wayne Dyer Interview - https://www.youtube.com/watch?v=VzCy5B_1QpM Bastoy Pri...

Episodju 113 ma' Wayne Pace 31.08.2023

Wayne Pace, jew aktar maghruf bhala Gianni Valletta huwa wrestler Malti. Mieghu naqbadha fuq l-esperjenza tieghu bhala wrestler Malti, id-diffikultajiet li sab f’din il-karriera, u meta kien fir-ring ma’ 6 wrestlers ohra. ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats - http...

Episodju 112 ma' Josie Muscat 24.08.2023

Josie Muscat huwa politiku ta’ hafna esperjenza. F’din il-konversazzjoni mimlija daqs bajda qbadniha fuq bosta affarijiet bhall-konservattivizmu, il-haddiema barranin, u l-abort. Ma stajniex ma naqbduhiex ukoll fuq l-istat attwali tal-politika f’Malta. ************************************************* Chapters 07:24 - Josie Muscat's childhood 15:52 - The fight for Malta's Independence 25:5...

Episodju 111 ma' Alfie Fabri 03.08.2023

Alfie Fabri huwa ikona tax-xandir Malti. Mieghu naqbadha fuq l-istorja tad-diski antiki Maltin, kif kien isir Malta Sajf, l-uzu tal-marijuana u l-memorji tal-Belt minn tfulitu.  Thaddidna wkoll fuq il-kontroversji madwar il-festival fosthom dawk li jikkoncernaw id-drogi.  ************************************************* Chapters 04:26 - Il-Bowhouse 06:06 - Alfie's music 8:51 - The organizers...

Episodju 110 ma'Sandra Gauci 27.07.2023

Sandra Gauci hija ghalliema u c-chair person tal-ADPD. Fost is-suggetti li thaddidna fuqhom tkellimna fuq l-abbort, l-ADPD ta’ Sandra ikkumparat ma’ ta’ qabilha, u x’taħseb fuq il-ministri li hemm fil-kabinett. ************************************************* Chapters 04:22 - Sandra's eating habits 05:39 - Cat calling 09:42 - Hitler 11:41 - Representing the people 16:57 - Sandra's languag...

Episodju 109 ma' Emmy Bezzina 20.07.2023

Emmy Bezzina huwa avukat u xandar ferm popolari. Hu jghidli dwar l-ipokrizija tal-knisja, l-ekonomija ta’ Malta, l-ambjent, u kif wiehed jista’ jiggradwa minn pizella ghal bettiegha. Dawn huma biss ftit mis-suggetti li ddiskutejna f’dal-episodju mimli daqs bajda. ************** Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https://www.maypole.com.mt/ Derek Meats...

Episodju 108 ma' Fr Karm Debattista MSSP 13.07.2023

Fr Karm Debattista ġej mill-MSSP. F’din il-konversazzjoni mnebbha minn hafna hsibijiet Religjuzi, tkellimna dwar x’tahseb il-Knisja fuq is-sess qabel iz-zwieg, l-abbort, u l-kastigi t’Alla. ************************************************* Chapters 4:24 - Fr Karm's car accident 22:31 - God's nature 29:24 - Sick children 41:56 - Roberto Soviano 46:45 - Man's motivation to be good 1:07:0...

Episodju 107 ma' Howard Keith 06.07.2023

Howard Keith huwa producer, muzicist, manager u l-president tal-MEA fost hafna affarijiet ohrajn. F’din it-tahdida qbadniha fuq l-intelligenza artificjali u l-muzika, l-istat tal-arti f’pajjizna, u t-telfa ta’ missieru. ************************************************* Chapters 03:53 - Definition of art 06:27 - What makes an artist 14:36 - Dreams and art 24:28 - Howard's father's loss 32:0...

Episodju 106 ma' Abigail Mamo 29.06.2023

Abigail Mamo hija s-CEO tal-kamra ghan-negozji zghar u medji. Maghha naqbadha fuq il-mudell ekonomiku Malti, l-inflazzjoni, il-korruzzjoni, l-investimenti f’Malta, u l-istqarrijiet bombastici ta’ Clyde Caruana. ************************************************* Chapters 02:55 - The role of Malta's Chamber of SMEs 13:00 - Abigail Mamo's story 26:20 - Abigail Mamo's lifestyle as a CEO and...

Episodju 105 ma' Robert Aquilina 22.06.2023

Robert Aquilina huwa nutar u l-President ta’ Repubblika. Mieghu naqbadha fuq il-kontroversja tal-Pilatus Bank u Ali Sadr Hasheminejad, l-irwol tal-leaks fil-demokrazijau kif dawn iwasslu ghall-gustizzja, u r-relazzjoni ta’ Repubblika mal-Partit Nazzjonalista.  ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta'; Maypole - https:/...

Episodju 104 ma' Paul Portelli 15.06.2023

Paul Portelli huwa attur, producer, direttur… bazikament jaghmel dak kollu li hemm bzonn fid-dinja tat-teatru. Ma’ Pawlu nesplora temi bhal ghalfejn wiehed jaghmel it-teatru, x’jaghmel teatru validu u x’jimmotivah biex ikun attur. Naqbduha ukoll dwar id-demokrazija u t-teatru, u r-relazzjoni tieghu mal-falliment fost bosta hwejjeg ohra. It-tahdita tieghi ma’ siehbi Pawlu kienet wahda tassew intere...

Episodju 103 ma' Charles Pule' - It-Tieni Parti 11.06.2023

F’din it-tieni parti tat-tahdida estensiva mal-engineer Charles Pule qbadniha fuq il-kostruzzjoni f’malta, l-estetika, l-avventuri varji tieghu fuq il-bahar u fl-Ingilterra, kif ukoll fuq il-hajja wara l-mewt. Hin minnhom johrog minn taht il-mejda salt ghodod li bihom ittanta jispjegali kuncetti varji tal-matematika. Dan kien Podcast impenjattiv, li naqbadni nahseb dwaru sal-gurnata tal-llum. ****...

Episodju 103 ma' Charles Pule' - L-ewwel Parti 08.06.2023

Il-professur fl-inginerija Charles Pule ragel kbir. Huwa wkoll wiehed mill-aktar imhuh brillanti u vasti li qatt ltqajt maghhom kemm ili nghix. F’din l-ewwel parti tal-poddata nithadtu dwar it-trobbija tieghu, il-valuri, it-teorija li ghandu dwar il-bidu tad-dinja, u kif kull min sfidah miet. Bla dubju din kienet wahda mill-aktar Poddati impenjattivi li qatt mexxejt. Kienet ukoll wahda li sfidatli...

Episodju 102 ma' Tamara Webb 01.06.2023

Tamara Webb hija content creator b’imhabba kbira lejn dak li taghmel u l-familja tagha. Magħha qbadtha fuq id-diffikulta li kellha biex tinqabad tqila, x’jinkludi l-irwol ta’ content creator, u r-relazzjoni tagħha mal-familja.  ************************************************* Chapters 04:07 - Tamara Webb's family and childhood 16:58 - Overthinking 21:02 - Tamara Webb's background and work...

Episodju 101 ma' Godfrey Pirotta 25.05.2023

Din it-taħdida mal-Professur tax-xjenza politika Godfrey Pirotta żgur fiha x’tixtarr. Fost is-suġġetti li niddiskutu huma hsibijietu dwar l-iskejjel tal-knisja, ir-relazzjoni ta’ Mintoff u Lorry Sant, il-problemi tal-kandidati fl-elezzjonijiet, u ghala hu qatt ma hareg ghall-politika, fost ohrajn. ************************************************* Chapters 04:12 - Stock taking and Democracy 09:01-...

Episodju 100 ma' Peter Paul Galea 18.05.2023

U ghal-100 episodju, Peter Paul tat-Tribali. Bniedem buzz li qbadtha mieghu dwar il-biduta’ Tribali, id-drogi, in-nanniet tieghu li kienu jghixu fl-gherien u l-qaghda politika u socjali prezenti tal-pajjiz. Grazzi talli segwejtuna sa dan il-100 tragward! Nirra jkollna hafna aktar mumenti bhal dawn flimkien, u issa ghalikom il-ferm simpatiku w kapaci, Peter Paul. ***********************************...

Episodju 099 ma' Elton Abela 11.05.2023

Elton Abela jofrili stejjer li ftit tismaghhom hawn Malta. Mill-hajja tieghu ta’ kok, ghall-buddizmu tat-tibett, ghal meta ntilef f’nofs il-foresta tal-Amazon dil-poddata hija avventura mill-bidu sal-ahhar. ************************************************* Chapters 04:27 - Healers 01:21:56 - Sex 1:31:21 - Feasts and Culture 2:56:02 - Human Experiences **********************************************...

Episodju 098 ma' Nicole Borg 04.05.2023

Dr Nicole Borg, mill-Mental Health of Medics f’dan l-episodju tkellimni dwar il-hinijiet twal li jestendu għal 32 siegħa konsekuttivi, il-problemi tas-sahha mentali fit-tobba fosthom ir-rata tas-suwicidji, u kemm hi difficli biex jiehdu l-leave. ************************************************* 03:36 - Medical school 07:16 - Long working hours 16:31- Burnout in doctors 40:30 - Doctor's mental...

Episodju 097 ma' Matthew Bezzina 27.04.2023

Matthew Bezzina huwa s-CEO ta’ eCabs. Mieghu, bejn grokk u iehor, nitkellem dwar il-bidla fil-mentalitajiet li gabet maghha l-covid, il-problemi fit-toroq, u t-tajjeb u l-hazin tal-kapitalizmu. ************************************************* Chapters 05:33 - Transport 08:41 - Public Realestate 31:47 - Party Financing 38:11 - Production in WW2 55:40 - The Church 01:11:58 - Capitalism 01:29:10 - W...

Episodju 096 ma' Edward Warrington 20.04.2023

Il-professur Edward Warrington huwa associate professor fid-dipartiment tal-public policy fl-Università ta’ Malta f’wieħed mid-dipartimenti tal-fehema. Huwa bniedem b’gherf kbir li f’dit-tahdida li ffukajna kemm fuq l-istorja tal-istat Malti u l-problemi moderni li l-istat qed jaffaccja. Għala xi imperi sfaxxaw, meta l-Maltin beda jkollhom l-ewwel xogħlijiet fis-servizz pubbliku, in-nuqqas tad-dri...

Episodju 095 ma' Gianni Zammit 13.04.2023

Gianni Zammit huwa prezentatur popolari fuq ir-radju, it-televizjoni u l-palk. Ma Gianni qbadniha fuq il-fissazzjoni li ghandu fuq il-band Kiss, l-ghexieren ta’ kitarri li ghandu mahzuna d-dar, il-migja tieghu lejn ix-xena tal-ispettaklu, it-trobbija tat-tifla, u anke l-feminizmu.  Gianni huwa persuna li jien inqis habib u li mieghu dejjem hadt siegha gost. Dan il-Podcast zgur mhux eccezzjoni. ***...

Episodju 094 ma' Elton Grech - It-Tieni Parti 06.04.2023

Din hija IT-TIENI PARTI tat-tahdita tieghi ma’ Elton Grech, li tabilhaq b’kollox damet il-fuq minn hames sieghat. Fit-tieni nofs tat-tahdita naqbduwha fuq il-bidu tal-ezistenza, l-idea ta’ alla, l-univers u l-hajja ta’ wara l-mewt. Suggetti ta’ fqiegh il-mohh izda divertenti ghal-ahhar. Onestament lil Elton ma’ nixba nisimghu qatt. ************************************************* Informazzjoni li...

Listen to the Jon Mallia Podcast podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.