Kurt u Sarah
Il-Ħass Mal-Bass
Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.
Author
Kurt u Sarah
Category
Podcast website
Latest episode
Dec 13, 2025
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
IL-ĦASS MAL-BASSELS 2: Min Hu L-Essħown, Opinjonijiet Impopolari, Trolley Problems 13.12.2025 1:05:06
Kurt u Sarah jerġgħu jimmassimizzaw l-islayyaġni konġunta tagħhom f'kamra qalb Brussell sabiex flimkien jiddiskutu assolutament xejn. Allura jerħulha għal fuq Reddit sabiex jagħtu parir dwar okkorrenzi ta' ħaddieħor li ħadd ma talab parir imġiddem dwarhom. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc)
IL-ĦASS MAL-BASSELS: Ir-Ritorn Trijonfali dirett minn Brussell 01.12.2025 1:05:39
Il-Ħass Mal-Bass jerġa’ lura għal episodju speċjali miġjub lilkom minn qalb Brass Eels u l-crack huwa aqwa minn qatt qabel. Kurt u Sarah jaqsmu brudatini li ilhom ibaqbqu għal xi żmien, filwaqt li jirriflettu fuq l-aktar aġġornament riċenti u pertinenti f’ħajjithom. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc)
S2E18: Dating Apps, Ħbiberiji Diġitali, u Ħiliet Soċjali 10.09.2024 1:13:22
Fl-episodju tal-lum nieħdu spunt minn brudatina li rċevejna mill-udjenza u nittrasformawha f’sessjoni taħraq tal-Qaħbarijiet. Kemm hu tal-bruda li tuża dating apps u tiltaqa’ mal-maħbubinu tiegħek online? L-ispazju diġitali qiegħed inaqqar mill-kapaċità tagħna ninteraġixxu wiċċ imb wiċċ? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: &...
S2E17: X'Jiġifieri Tkun Taf Tuża Lingwa "Sew"? 03.09.2024 1:13:27
'Il fuq minn 40 episodju wara, illum fuq il-ĦMB nerġgħu niddedikaw it-tema ewlenija għas-suġġett inawgurali tal-poddata, jiġifieri l-lingwa Maltija u l-imġiba kultant bażwija tagħna fil-konfront tagħha. U nerġgħu nittantaw xortina b'segment tal-ftuħ miġbud live! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime"...
S2E16: Video Games għal Video Gays – u ĦMB Live? 27.08.2024 1:05:14
Lana del Rey veru kellha raġun meta ħarġet Video Games, u fl-episodju tal-lum huwa eżatt hekk li niddiskutu – minn logħob li kbirna bih fi tfulitna, għal-logħob li għadu jġegħilna nfaqqgħu ċ-ċenteżmi fil-but fuq Steam. UUUU, brudatina speċjali rrekordjata live quddiem udjenza spettakolari ta' 8 vittmi! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta'...
S2E15: L-Oġġettifikazzjoni... u Kliem Ieħor Diffiċli 19.08.2024 1:09:02
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jitkellmu dwar kif huma stess jitkellmu dwar ħaddieħor, meta d-diskussjoni tieħu dawra kemxejn pikkanti. Kif inkunu rispettużi meta ngħidu li xi ħadd mazza jew tal-gdim, u xi jħoll u jorbot jekk diskors huwiex rispettuż jew le? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta'...
S2E14: Il-Konfessjonijiet Imbarazzanti Tagħna Lkoll 13.08.2024 53:29
F'dan l-episodju, Kurt u Sarah jaqraw u jiddiskutu l-konfessjonijiet anonimi li bgħattulna u jisfidaw il-limit ta' x'inhu wisq TMI u x'mhuwiex. Jikkwistjonaw ukoll il-volum esaġerat tal-mużika fil-gyms, u għalfejn tant ristoranti jinsistu li jservulek butir mal-ħobż li qisu blokka silġ. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ft...
S2E13: Xi Jqabbadkom Bruda? (Brudatina Special) 06.08.2024 53:46
L-episodju tal-lum huwa miġjub minnkom l-udjenza, fejn insiru nafu aħjar xi jqabbadkom bruda u lmenti oħrajn li qed iberrnu f'raskom. Naqraw il-brudatini li bgħattulna, filwaqt li nħawru l-konverżazzjoni bi ftit brudatini tagħna stess. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenz...
S2E12: brat summer 30.07.2024 1:04:44
Meta aħna ngħidu BUMPIN, into tgħidu THAT! Minn ilwien t'aħdar jgħajjat għall-aktar żifna popolari ta' bħalissa fuq TikTok, it-365 party girls jeżaminaw il-fenomenu ta' brat summer li ħakem l-isferi tal-media soċjali minn taħt grazzi għal omm il-gays kollha fid-dinja, Charli XCX. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq...
S2E11: Il-Bokka bl-Avukati u t-Tobba 23.07.2024 1:08:04
Fl-episodju tal-lum (suppost) niddiskutu r-rumantiċizzazzjoni nazzjonali tal-kariġi ta' avukat u tabib, diskussjoni li xi ftit jew wisq tiżvolġi fi lmenti li jolqtu l-kura tas-saħħa u servizzi legali. Nistaqsu wkoll għaliex il-prezzijiet online huma tant differenti minn dawk li ssib fil-ħanut proprju, u l-infestazzjoni massakrabbli tan-nemel. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)...
S2E10: Vizzji, Logħob tal-Azzard, u "iGaming" 16.07.2024 1:09:18
Fl-għaxarepisodjuversarju tat-tieni staġun, Kurt u Sarah jitfgħu d-damma għal saqajha u jittantaw l-opinjonijiet ta' xulxin fejn tidħol il-kultura tal-logħob tal-azzard li nfirxet madwar Malta. Jissoktaw ukoll il-brudatini mill-udjenza u anki brudatina mingħand Sarah issa li bdiet tieħu nota fiżika ta' kull avveniment f'ħajjitha li jiskomodalha l-istonku. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sa...
S2E9: Nies Fitti Jiddiskutu Fitness u Kif Inħarsu lejn Ġisimna 09.07.2024 1:06:05
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah iħarrġu l-kordi vokali tagħhom f'diskorsata li tolqot kollox marbut mal-eżerċizzju, mill-attività fiżika nnifisha għall-perċezzjoni li għandna lejn ġisimna bħala vettura miexja ta' laħam. Mhux hekk biss, iżda jinġiebu għall-ewwel darba brudatini esklussivi mingħandkom stess, l-udjenza brudeska tagħna! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo...
S2E8: Ħmerijiet Medjokri Ssejħilhomx Opri 02.07.2024 59:11
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jinfexxu f'diskorsata taħraq u kemxejn pikkanti fit-togħma dwar kemm aħna bħala pajjiż lesti naċċettaw il-medjokrità, in-nuqqas ta' rieda li nixprunaw il-kwalità, u l-ġlieda magħna nfusna biex inrendu xi ħaġa ta' sugu. Did-darba b'ŻEWĠ brudatini esklussivi mingħand Kurt! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc)...
S2E7: Il-Kultura Maltija X'Jagħmilha... Maltija? 25.06.2024 1:06:02
Fl-episodju tal-lum Kurt u Sarah jiftħu diskussjoni dwar l-isfumaturi li jsawru l-kultura tal-Maltin... li inevitabbilment tiżvolġi f'riflessjonijiet dwar il-lingwa. Jiġu diskussi wkoll series li jgħibu minn fuq Netflix bla avviż jew twissija ta' xejn, u prezzijiet kwistjonabbli tad-deterġenti. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ft...
S2E6: L-Aċċessibbiltà Fiżika u Lingwistika 18.06.2024 1:00:59
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jiddiskutu d-diversi sfumaturi marbutin mal-aċċessibbiltà u kif dan il-kunċett jissarraf (jew ma jissarrafx) Malta, u żewġ brudatini u nofs imnebbħa mill-ħajja riċenti ta' dawn iż-żewġ protagonisti omosesswali. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeo...
S2E5: Vot għall-Ħass Huwa Vot għall-Bass 04.06.2024 59:25
Nhar is-Sibt Malta toħroġ bi ħġarha tixħet il-vot, u allura xi żmien aħjar biex naqbdu parlata fuq l-elezzjonijiet li ġejjin? Kurt u Sarah jirriflettu fuq xi tfisser din l-elezzjoni għal Malta, il-kandidati prospettivi, u l-importanza li nhar is-Sibt ma noqogħdux id-dar insaqqu l-ħass. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: &quo...
S2E4: Il-Kakofonija tal-Kunjomijiet... u das-Salad Kif Ġieni €18? 28.05.2024 59:04
Din il-ġimgħa għoġobna nkomplu nħarbtu t-tessut taż-żmien bl-episodju l-ieħor li SUPPOST kien intiż għall-ewwel staġun, iżda l-istaġun qatt ma fetaħ. Riflessjoni dwar in-natura u l-wirt tal-kunjomijiet, sparpaljati b'interventi dwar salads bi prezz eżorbitanti mill-ajruporti u t-temp orrendi ta' dan l-aħħar xahar. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.af...
S2E3: Il-Eurovision HUWA Konkors Politiku? 21.05.2024 1:04:22
Il-Eurovision ta' dis-sena kien... interessanti, u l-ġrajjiet kwistjonabbli li saru matulu taw spunt lil Kurt u Sarah biex jidħlu fin-natura ta' xi jsawwar dan il-konkors. Tista' tippromwovi l-paċi u xorta waħda tagħlaq għajnejk mill-implikazzjonijiet politiċi? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime&q...
S2E2: Ix-Xjuħija, L-Anzjani, u l-Media Soċjali 14.05.2024 1:09:33
Din il-ġimgħa nwasslulkom wieħed mill-episodji mitlufin li suppost ifforma parti mill-ewwel staġun ta' ĦMB – jew it-tieni staġun li suppost sar tliet xhur ilu. Kurt u Sarah jaqbdu konverżazzjoni eżistenzjali dwar ix-xjuħija u l-qrubija tal-mewt, filwaqt li jirriflettu fuq tipi ta' ikel li jqabbadhom ħruq ta' stonku. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @fe...
S2E1: Ejja Nagħmlu Kiki! 06.05.2024 1:12:02
Wara erba' xhur stennija u wegħdiet mhux miżmuma, Il-Ħass Mal-Bass jerġa' lura b'textix iferfer! Biex ivaraw l-istaġun il-ġdid, Kurt u Sarah jingħaqdu flimkien għal naqra catch-up u mustarda dwar x'minnhom mill-bidu tas-sena 'l hawn. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin M...
S1E25: Il-Crossover Tiegħi, Tiegħek u Tagħna (ma’ Keith u Craig) 26.12.2023 55:13
Intemmu l-ewwel staġun ta' Il-Ħass Mal-Bass bil-kbir bl-aktar crossover antiċipat u mistenni bil-ħerqa tas-sena! Ningħaqdu ma' Keith u Craig minn Tiegħi, Tiegħek, Tagħna f'din l-ewwel parti tal-kollaborazzjoni tagħna biex niddiskutu ftit dwar ir-riżoluzzjonijiet tas-sena l-ġdida u, fuq kollox, nimmassimizzaw l-omosesswalità konġunta bejnietna. Morru agħtu appoġġ, imħabba u titwila lil...
S1E24: Kulma Rrid Għall-Milied Huwa Ftit Stabbiltà Mentali 19.12.2023 1:13:03
Fl-episodju festiv tal-lum, Kurt u Sararah jitgeżwru bix-xalel u l-iskufji u jferrgħu ċumnata sħuna sħuna biex jiddiskutu dak kollu marbut ma' żmien il-Milied. Jissemmew ukoll il-valuri Nsara vis-à-vis min jgħix bla saqaf fuq rasu, it-tifqigħa bla rażan tal-boutique hotels. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Break...
S1E23: L-Ispinta tal-Lemin Estrem madwar l-Ewropa 12.12.2023 1:20:04
Fl-episodju tal-lum nirriflettu fuq suġġett mhux wisq festiv jew festeġġanti, jiġifieri l-mewġa tal-lemin estrem li ilha taħkem ix-xenarju politiku Ewropew dawn l-aħħar snin, fid-dawl ukoll ta' avvenimenti riċenti. B'interventi aktar leġġeri dwar min joqgħod iżid @official fil-handle tal-media soċjali u l-ħinijet tax-shipping minn ħwienet bħal ASOS. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @s...
S1E22: Spotify Wrapped? Le, Il-Ħass Mal-Bass Imgeżwer 05.12.2023 1:02:02
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jħarsu lura lejn il-vjaġġ awditorju tagħhom ta' din is-sena, minqux għal dejjem fl-istorja grazzi għal Spotify Wrapped. Eh, u l-Vengaboys ġejjin s'Għawdex!! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unpor...
S1E21: It-Trawma tat-Teżijiet u t-Te fuq it-Toos 28.11.2023 58:10
Fl-iqsar episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass s'issa (għall-erwieħ), Kurt u Sarah jirriflettu fuq it-terrur akut ikkaġunat mit-teżijiet li qed jiktbu bħalissa, ipinġu diskussjoni ħelwa ħelwa fuq it-tattoos u l-implikazzjonijiet ta' meta titpinġa, u jilmentaw fil-qosor dwar il-Mercury Tower u l-qirda tas-siġar il-Mosta. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix....
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.