Kurt u Sarah
Il-Ħass Mal-Bass
Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.
Author
Kurt u Sarah
Category
Podcast website
Latest episode
Dec 13, 2025
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
S1E20: Fehmiet dwar il-Mewt u l-Leġġenda tal-Qallut Fossilizzat (ma’ Erika Ellul) 21.11.2023 1:37:10
Fl-20 episodjuversarju ta' Il-Ħass Mal-Bass ningħaqdu mal-mistiedna speċjali ta' din il-ġimgħa, Erika Ellul, biex neskavaw l-eqdem qallut tal-bnedmin fossilizzat u nirriflettu fuq id-diversi perċezzjonijiet tagħna l-Maltin fil-konfront tal-mewt. Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Erika (IG @nessejtni) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktim...
S1E19: Maltin Barra Minn Malta, The CRACKISODE™ (ma’ Yandrick Agius) 14.11.2023 1:40:35
F'dan l-episodju mimli daqs bajda bil-crack ningħaqdu mal-mistieden ekstraspeċjali tagħna Yandrick Agius: semmiegħ akkanit tal-podcast u Baby Doll extraordinaire fil-Moulin Rouge. Nagħmlu naqra catch-up (u mayonnaise) bejnietna u nirriflettu mhux biss fuq l-14-il brudatina li ħejjielna Yandrick, iżda wkoll naqsmu perspettivi u perċezzjonijiet bħala Maltin li għexu fit-tul lil hinn mill-pajjiż....
S1E18: It-Teatru Sabiħ.... It-Trabi Ma Tantx 07.11.2023 1:33:00
Fl-episodju tal-lum nittawlu minn wara l-kwinti u nimirħu fuq taħdita dwar it-teatru u nolqtu xi perspettivi differenti marbutin mad-dinja tal-ispettaklu. B'interventi spettakolari daqstant dwar meta nużaw il-lirika fil-captions ta' Instagram, u għaliex aħna bħala soċjetà mġegħlin naħsbu li t-trabi tat-twelid huma ħlejqiet ħelwin. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Fé...
S1E17: Tefgħa Lura għas-6th Form, Hotline Bling u Puppy Filters 31.10.2023 1:09:35
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jerġgħu lura fiż-żmien biex jirriflettu fuq iż-żmien li qattgħu l-postsekondarja, miżgħud b'esperjenzi ammirabbli daqskemm kienu kwistjonabbli. U la qed insemmu imbarazz kwistjonabbli, isiru wkoll dibattitu dwar il-validità tal-mayonnaise u lment rigward l-arja kundizzjonata ġewwa Spazju Kreattiv. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix...
S1E16: Buns Out, Halloweener (But I Gotta Keep an Eye out for Bankiner) 24.10.2023 1:11:36
Fl-episodju tal-waħx (litteralment u figurattivament) tal-lum, Kurt u Sarah jagħtu prietka ta' esperjenzi marbutin ma' lejlet Jum il-Qaddisin kollha. Jiġu diskussi wkoll il-bżonn li navżaw 'l-għassa bil-miġja ta' Ed Sheeran u l-istat massakrabbli tal-bankini fil-pajjiż. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: &quo...
S1E15: Il-Midlife Crisis ta’ Kurt u Sarah Miġbuda fuq Mikrofonu 26.09.2023 1:03:55
F'dan l-isfreġju ta' episodju għandkom il-privileġġ esklussiv li tesperjenzaw il-kriżi estienzjali tal-poddata sseħħ quddiem għajnejkom, fejn Kurt u Sarah jiddiskutu xelta vasta ta' suġġetti mill-ewwel bewsa ta' Kurt maqsuma bejn 10 persuni, għall-McKroket li nbiegħet esklussivament fil-McDonald's tal-Olanda. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @f...
S1E14: Għaddielna Pride... Issa x’Hemm xi Tgħid? 19.09.2023 1:22:33
Fl-episodju tal-lum nagħtu tmiem għal ġimgħa sħiħa ta' briju u kwiriżmu b'ħarsa lura lejn l-esperjenza personali tagħna matul Europride, u nikkwistjonaw il-ħtieġa li r-ristoranti u l-barijiet ta' ċertu pritensjoni borgiża jsejħu lilhom infushom "gastropubs". Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Brea...
S1E13: Gayyaġni™ Pt 2 — Il-Pertinenza ta’ Pride u EuroPride 12.09.2023 1:08:03
Nilqgħukom għat-tieni segment tal-edizzjoni speċjali u aktar omosesswali mis-soltu ta' Il-Ħass Mal-Bass, fejn niftħu diskussjoni dwar il-EuroPride u għaliex il-kunċett ta' Pride għadu pertinenti u bżonjuż illum il-ġurnata, u nagħlqu bil-bruda li qabdet lil Kurt minħabba ċerti membri fl-udjenza waqt il-kunċert ta' André Rieu. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Féli...
S1E12: Gayyaġni™ Pt 1 — L-Esperjenza Queer Tagħna f’Malta 05.09.2023 1:34:20
Episodju ħdax ta' Il-Ħass Mal-Bass huwa l-ewwel parti minn tnejn bi tħejjija għal EuroPride, li din is-sena huwa ospitat minn Malta. Fl-episodju tal-lum nirriflettu fuq l-esperjenza personali tagħna f'Malta bħala membri tal-komunità queer u nidħlu wkoll fil-kuntrasti bejn il-qafas legali u d-drittijiet ċivili versus l-attitudni mifruxa tas-soċjetà. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @sh...
S1E11: Avventura ta’ Brudatini u Intelliġenza Artifiċjali (ma’ Wilbert Tabone) 29.08.2023 1:14:21
Għal episodju ħdax ta' Il-Ħass Mal-Bass nitilqu bassina tinten mal-ieħor sinifikanti ta' Kurt, Wilbert Tabone, fejn intuh lok jiżvoga dwar xelta vasta ta' brudatini filwaqt li jispjegalna ftit dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, il-qasam li jispeċjalizza fih. Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Wilbert (IG @wiltabone) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għel...
S1E10: MaltaPost, Matematika, u M’Oppenheimer (ma’ Karl Bartolo) 22.08.2023 1:14:05
Il-Ħass Mal-Bass jagħlaq 10 episodji! F'din l-edizzjoni ningħaqdu mal-extra special guest judge Karl Bartolo, fejn nirriflettu fuq il-party li għadda ta' Nerve, in-nervi li jqabbadna l-MaltaPost meta jibqa' magħluq mingħajr avviż, nesploraw id-dinja tal-matematika, u naqsmu ħsibijietna fuq Oppenheimer. Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Karl (IG @understandably_karl) L...
S1E9: Prodotti tax-Xagħar, l-Italjofilja, u Buttuni Falluti 15.08.2023 1:03:35
F'episodju disgħa ta' Il-Ħass Mal-Bass nilmentaw dwar meta tfittex prodott u tinduna li s-supermarket m'għadux iġibu, il-fissazzjoni tagħna bit-Taljan u l-impatt storiku mifrux ta' din il-lingwa, u meta tagħfas il-buttuna fuq tal-linja biex tinżel u x-xufier ma jiqaflekx. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: &...
S1E8: Cheeselet vs Ġbejna, X vs Twitter, u Għażliet Kwistjonabbli Oħra 08.08.2023 1:11:35
F'episode tmienja ta' Il-Ħass Mal-Bass nilmentaw dwar il-fissazzjoni li naqilbu kollox bl-Ingliż, il-paprati li qed isiru fuq FKA Twitter, u nies li assolutament m'għandhomx idea x'inhuma jagħmlu. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribu...
S1E7: Tlaqna fl-Ispazju u fuq Elf Tangent Oħra 01.08.2023 1:09:36
F'din l-edizzjoni kaotika ta' Il-Ħass Mal-Bass neżaminaw it-telf fil-kwalità taċ-chicken wings m'għand iċ-Chick-King, nimirħu fl-univers u ninterrogaw l-aljeni, niffrustraw ruħna bil-plakek Maltin u nanalizzaw il-legat ta' Sinéad o'Connor... fost ĦAFNA oħrajn. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Brea...
S1E6: Hi Barbie, l-Apatija Politika, u l-BMWs (ma’ Lisa Baldacchino) 25.07.2023 1:21:08
Fis-sitt iterazzjoni ta' Il-Ħass Mal-Bass nilqgħu l-ewwel mistiedna tagħna Lisa Baldacchino, u flimkien niddiskutu l-ħakma ta' Barbie fuq id-dinja, l-apatija palpabbli fix-xenarju politiku lokali, u demografija ta' sewwieqa li xi ftit jew wisq ma jistħoqqilhomx il-liċenzja. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: &quo...
S1E5: Kaxxiera Inkorlati, il-Kwistjoni Kattolika, u l-Knisja ta’ Beyoncé 18.07.2023 1:12:35
Fil-ħames episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass niftħu fuq l-atteġġjamenti bejn il-kaxxiera u l-klijenti, l-atteġġjament tagħna stess fil-konfront tar-reliġjon Kattolika, u l-qima li nuru lejn ċerti ċelebritajiet tant li jistgħu jitqiesu reliġjonijiet ġodda. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin...
S1E4: Il-Fenomenu tal-Festi u l-Għawm fil-Baħar vs fil-Pools 11.07.2023 1:02:13
Fir-raba' episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass nesploraw it-tradizzjoni Maltija per eċċellenza tal-festi — li jgħaqqduna flimkien jew ikomplu jifirduna — u naqbdu diskorsata taħraq dwar l-esperjenza tal-għawm fil-baħar vis-à-vis fil-pixxini. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċ...
S1E3: Reklami Eċċessivi, it-TV, u Sufiet Sparpaljati 04.07.2023 1:02:52
Fit-tielet episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass nesploraw l-esaġerazzjoni ta' reklami fil-media lokali, il-kontenut li nikkonsmaw fuq l-istazzjoni nazzjonali, u r-rabta mhux mistennija bejn il-brija u l-latrini pubbliċi. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Common...
S1E2: Kif Iltqajna, it-Trasport Pubbliku, u l-Istickers ta’ “Jesus Saves” 27.06.2023 1:01:03
Fit-tieni episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass, Kurt u Sarah jiddiskutu kif id-destin laqqagħhom flimkien, l-istat tas-servizz tat-trasport pubbliku, u l-misteru dejjem jikber wara l-istickers ta' "Jesus Saves" mifruxin madwar Malta. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (L...
S1E1: L-Għeluq ta’ Subway, l-Ilsien Malti, u l-Ismijiet tad-Djar 19.06.2023 1:01:58
Fl-episodju premier ta' Il-Ħass Mal-Bass, Kurt u Sarah jiddiskutu l-għeluq ta' Subway f'Malta, is-sitwazzjoni attwali tal-Malti u l-kultura ta' bilingwiżmu, u x-xejra affaxxinantissima li nagħtu ismijiet lid-djar tagħna bħallikieku trabi li wellidna. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" t...
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.