Aphroconfuso
Aphroconfuso
Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan...
Husk å besøke podkastens nettsted og støtte skaperen: aphroconfuso.mt
Hvor kan du lytte?
Podkaster i appen Replaio Radio Kommer snartPodkaster kommer snart til appen. Installer nå, og bli den første som ser en helt ny tilnærming til podkaster
Episoder
lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar - Jasmine Bajada 09.12.2024 1:42
Jasmine Bajada taqra “lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar”. https://aphroconfuso.mt/jasmine-bajada-lil-poeta-li-qalli-li-qed-jikteb-bħal-wieħed-vera-xiħ-dan-l-aħħar/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Il-Komunità tal-Kitba (taħdita) 26.11.2024 51:23
Il-Komunità tal-Kitba kien avveniment li tellajna fid-9 ta’ Novembru 2024 waqt il-Festival tal-Ktieb, f’Ta’ Qali. Ħadu sehem Raylene Abdilla , Jasmine Bajada , Miriam Galea , Davinia Hamilton , Maria Theuma u diversi kittieba oħra tal-ġurnal. « Ħafna drabi meta niktbu nkunu magħluqin f’kamra waħidna, iżda l-kliem li nużaw qatt mhu tagħna biss. Matul l-ewwel sena ta’ Aphroco...
Joey Tilbes, it-Tabù Tinża’ - Omar N’Shea 14.11.2024 47:05
« Bħal ritwal somatiku, kull filgħodu tfaqqa’ pirmla vjola tal-Premarin minn ġol-kartuna u tiblagħha, tmexxi s-swaba’ ta’ jdejk għal fuq sidrek biex tħoss jekk hemmx xi għoqda qed tibbies, nofsok imwerwer u n-nofs l-ieħor ħerqan. Xagħrek qed jissaħħaħ, ileqq, jiffolta u jiggoffa. Qed jitwal malajr. Il-ġilda bdiet tirtab. M’għandekx iktar suf ma’ biżlejk u allura m’għadekx tqaxxru bix-xafra. Il-leħ...
Il-Mara tas-Suldat - Jien_a 18.08.2024 52:15
« Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb kollu. Imbagħad, xħin twaqqfu l-ewwel bliet, bosta maħbubin kissru l-armonija oriġinali u sejħu lilhom infu...
Sottomissjoni - Glorianne Micallef 08.08.2024 26:13
« U bħal b’vendikazzjoni ddeċidiet ma tkomplix tipprova, u għal ftit minuti komplew jixorbu ċ-Cisk fil-kwiet ta’ bejniethom u l-istorbju ta’ madwarhom, fuq it-taraġ tal-Ġugar, waqt li qagħdet taħseb li setgħet għamlet użu aħjar tal-ġurnata off. Torqod. Taħsel il-karozza. Twieġeb dak il-messaġġ ta’ ħabibtha Abby minn xi xahrejn ilu. Kif waslet fl-aħħar boqqa kienet se ssellimlu u tibda miexja lura...
Persjani - Aaron Aquilina 05.07.2024 43:42
« Il-Malti ma tantx iħallini bi kwieti. Noħroġ mill-kamra tal-letturi u nċempel ’l ommi biex ngħidilha li llum ħa niekol għandha; u ara biss taqbiżli kelma bl-Ingliż għax jibda t-tingiż. Mela nsejtu l-Malti? Minn mindu ’l hawn? Kemm sirt qżież! Imma dan kollu bi tbissima tgħidhuli. Tinkini biex tfakkarni fejnhom għeruqi (hawnhekk! Int Malti ta’ Malta!), ma jmurx ninsa li jien fjura, niġbor għeruqi...
Is-Solitudni tal-Fotografu - Antoine Cassar 22.06.2024 3:34
Hawn xbin, trid kafè? Minn ġol-džezva jissawwab il-meraq ġamri li ’l-qalb dalwaqt iġibha ġunġliena mġenġla. Deħlin u ħerġin... https://aphroconfuso.mt/antoine-cassar-is-solitudni-tal-fotografu/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
ġenealoġija ta’ bankina - fatima a.m. 07.06.2024 7:30
« il-bankina qatt ma tispiċċa fejn tistennieha li tispiċċa. ma’ kull kantuniera titbewwaq, tixpakka ċ-ċirkonferenza u b’xi mod issib estensjoni mibnija ta’ malajr. bejn storja ta’ tetris raffa, bejn logħba jenga li qatt ma ntrebħet. is-soluzzjoni moderna ferm dejjem immarkata b’linja ħafifa tal-metall, li tissepara l-istorja tal-art mill-futur tagħha, imma l-għaksa taf tintrewa sa ma toħroġ minn d...
Likantropi - Davinia Hamilton 17.05.2024 20:33
« Xi tfajliet imorru jaraw x’sar, u ma jiġux lura. Tmur oħra, imbagħad oħra. Imbagħad immorru lkoll kemm aħna, rassa sħiħa, kulħadd xhud. Is-sink sewwewh. Il-grouting tal-madum wara s-sink jidher iktar abjad u ġdid minn tal-madwar. Dan l-uniku sinjal tat-traġedja. Nitla’ fuq ponot subgħajja biex nara t-tiswija jien ukoll. Kollox ileqq. Hawn riħa ta’ plastik u affarijiet ġodda. Ix-xebbiet kollha jq...
Noti Editorjali: Noah Fabri 11.05.2024 1:10:03
« Dawn il-proċessi kollha huma xi ħaġa li tinteressani peress li ovvjament huma assoċjati aktar man-nisa, max-xogħol tan-nisa, li ma tistax tikkapitalizzah. Jiġi kkapitalizzat, imma l-bażi tiegħu mhix il-kreazzjoni tal-valur, il-valur tiegħu mhux ekonomiku imma huwa soċjali. Qiegħed biex tirriproduċi s-soċjetà, jew tħaddan ’in-nies, biex tieħu ħsiebhom. Dak huwa l-valur prinċipali ta' dan it-tip t...
Bur Mgħeż #4: Ħallejt it-tebut għal ġisimha biss - Omar N’Shea 28.03.2024 1:33:00
« Poġġa fit-tarf tal-wita jħares ’l isfel, radam ta’ ġebel imrembel mal-għargħar tal-ilma li eluf ta’ snin ilu niżel minn Ħad-Dingli għall-port tal-Marsa, iħares lejn il-marki ta’ tidwir u rrumblar fl-uċuħ tal-ġnub tal-wied u l-għerien, l-għelieqi u l-imnasab, jonfoħ fis-suffara li kien qed ilesti u qalli: hawn kienu jgħixu d-deffiena ta’ Bur Mgħeż. » Ħajr lil Maria Giuliana Fenech għall-għaj...
Il-Kliem fit-Teorija (taħdita) 27.03.2024 50:51
“Il-Kliem fit-Teorija” kienet taħdita li saret fil-21 ta' Marzu 2024 waqt il-festival Kampus Kotba, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. It-taħdita kienet it-tnedija ta’ proġett bl-istess isem fuq il-ġurnal . Termini fil-ħsieb kontemporanju malajr isibu ruħhom fid-diskors kulturali u politiku mingħajr ma jkun sar ingaġġament mar-raġunijiet għalfejn nużaw lilhom flok oħrajn. Meta nik...
Bur Mgħeż #3: Qegħedtha ġo qabar fuq l-Għolja tal-Ħorr - Omar N’Shea 07.03.2024 1:07:29
F’din il-parti, Omar jibda mill-metodi tal-arkeoloġija sakemm jgħaddi għall-mezzi li nużaw bħala bnedmin biex niftakru ’l qrabatna, kemm biex nibqgħu magħhom u kemm biex nerħulhom f’idejn iż-żmien, “il-proċessi soċjali, fiżiċi u ontoloġiċi li bihom il-ħajjin jittrasformaw il-ġisem bla ħajja fil-ġisem mejjet”. Il-metodu xjentifiku li tuża l-arkeoloġija moderna hija l-istratigrafija, tħaffir tat-tri...
Noti Editorjali: Kurt Borg 22.02.2024 1:02:59
« Dan il-proġett tal-esejs għalija huwa proġett ta’ memorja li l-pandemija tefgħetni fih. Jiġifieri l-pandemija, forsi kif esperjenzaha wkoll ħaddieħor, jien esperjenzajtha b’ċertu żlugar. Żlugar mill-ordinarju. Għaliex? Għax kollox ġie żlugat. Il-ħajja tagħna, għal ħafna nies il-post fejn jgħixu, il-mod kif jgħixu, ix-xogħol, kollox ġie maqtugħ mill-ordinarju. Dak il-qtugħ ħafna nies esperjenzawh...
Manifest Kontra ż-Żmien - Kris Polidano 08.02.2024 19:36
Jgħidu li l-ħin jeżisti biex ma jseħħx kollox f’daqqa. Bil-Malti għandna l-idea ta’ ħin u l-idea ta’ żmien bħala fenomeni distinti. Il-ħin qisu dak li jgħaddik minn mument għall-ieħor. Il-ħin tħossu għaddej. Iż-żmien, però, tinduna bih wara; tħares lura u tintebaħ li għaddew is-snin, li ġa ilek f’din id-dinja għoxrin, tletin, tmenin sena. Tħaffer fl-art u tintebaħ li ġa għaddew minn fuq id-dinja e...
Flaming Fag - Matteo Pullicino 18.01.2024 4:19
“Flaming Fag” ta’ Matteo Pullicino toħodna fl-intimità tal-friex, tas-sodda, fl-intimità ta’ bewsa. Fl-attentati — minkejja d-dinja — li ngħaddu xi ħaġa, xi forma ta’ ġmiel, wieħed lill-ieħor, permezz ta’ kliem, ta’ vrus, ta’ poeżija. https://aphroconfuso.mt/matteo-pullicino-flaming-fag/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Insalata - Noah Fabri 06.01.2024 20:20
“L-ikbar deċiżjonijiet politiċi li għandna bżonn nieħdu huma dwar l-ikel”, tgħid Noah Fabri f’“Insalata”. L-ikel illum “jissimbolizza wkoll l-inugwaljanza u l-inġustizzji tal-katini tal-provvista u l-kapitaliżmu globali, il-ħela u l-ġuħ”. Fil-performance li kien jisimha wkoll “Insalata”, u li ttellgħet bejn Awwissu u Ottubru 2023, Noah tkellmet dwar ir-relazzjoni bejn l-ikel u l-ġeneru. Tiftakar k...
Bil-Moħbi fil-Beraħ - Omar N’Shea 20.12.2023 43:09
« Lejn it-tmiem tas-seklu għoxrin, jiġifieri fis-snin tmenin u disgħin f’Malta, irġiel li kienu jfittxu intimità ma’ rġiel oħra għamlu patroċinju ta’ spazji pubbliċi definiti—bħal latrini, ġonna, u bajjiet—primarjament għal għanijiet ta’ intimità fiżika u sesswali iżda wkoll bħala spazji fejn ħafna setgħu jkunu queer mingħajr ma jħabbtu wiċċhom ma’ intolleranza u theddid. It-tendenza li tfittex l-...
Noti Editorjali: Davinia Hamilton 18.12.2023 53:53
Taħdita ma' Davinia Hamilton dwar it-teatru, il-kitba, u r-relazzjoni bejniethom. Fost ħafna affarijiet oħra, nitkellmu wkoll dwar ix-xogħol teatrali Blanket Ban, li ħolqot flimkien ma’ Marta Vella, u l-kitba tal-esej tagħha Żerriegħa fuq Aphroconfuso. Fit-taħdita Davinia ssemmi l-ktieb Time Lived, Without Its Flow ta’ Denise Riley, pubblikazzjoni Picador 2019, u t-talk tal-2004 “ The Emancipated...
-Na -I -Hom - Kris Polidano 15.12.2023 3:08
L-interess primarju ta’ Kris Polidano huwa li tikteb dwar li tgħix f’pajjiż fejn kollox dejjem jinbidel u fl-istess ħin ma jinbidel xejn. Permezz t'hekk tħares lura lejn kif iż-żmien jgħaddi, jitgerbeb, iqarraq bina u, sa ċertu punt, jisseduċina bin-nostalġija. https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-na-i-hom/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Qamar Aħmar - Simon Bartolo 14.12.2023 25:17
« Nitwieldu u nikbru. Inwelldu u nkomplu nikbru sa ma fl-aħħar nispiċċaw. M’hemmx mod ieħor.” Hekk tgħid Virginia lil oħtha Vera fin-novella “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo. “Kollox jitmermer. Kollha se nispiċċaw.” Dan il-fataliżmu jibda ċiklu li jiżvolġi f’ritorn—u bħal dejjem, it-tfittxija għall-istorja tagħna hija neċessarjament tfittxija għal dak li fadal minn ta’ qabi...
Noti Editorjali: Omar N’Shea 22.11.2023 1:02:46
Taħdita ma’ Omar dwar kif sar jaf b’Bur Mgħeż, kif għamel ir-riċerka tiegħu dwar is-sit u xi ħsibijiet dwar id-dixxiplina tal-arkeoloġija u l-"metodoloġija" letterarja. Aqra u isma' l-ewwel żewġ partijiet ta' Bur Mgħeż, li nsemmu f'din it-taħdita: 1. Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar 2. Dfintha fil-libsa li mietet fiha Hosted on Acast. See acast....
Bur Mgħeż #2: Dfintha fil-libsa li mietet fiha - Omar N’Shea 22.11.2023 1:00:39
It-tieni parti mis-sensiela dwar Bur Mgħeż. Hawnhekk insibu lil Omar jeżamina d-dokumenti miġburin fid-dossier MUS 1196-20 fl-arkivji tas-Santu Spirtu r-Rabat. “Fihom naraw lil Bur Mgħeż maqbud bejn il-Knisja, li kellha l-art fil-portafoll tal-Isqof, l-imprenditur Michele Zammit li għandu kienu mikrijin l-għelieqi u l-barrieri fejn id-dagħbien ta’ Bur Mgħeż ...
Bur Mgħeż #1: Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar - Omar N’Shea 15.11.2023 58:53
« Bur Mgħeż għeb fil-baħħ. Sparixxa. Kieku ma kinux dawk l-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Anki l-isem sparixxa, u sparixxiet ukoll il-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu lura mill-mewt? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawn l-esejs li ġej...
mona lisa | karnival ieħor - Matthew Schembri 09.11.2023 5:43
“Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd...” L-għanja nafuha u mill-ewwel nifhmu li ż-żmien mistenni minn kulħadd suppost huwa l-karnival, dawk il-jiem fejn l-ilwien jgħammxu l-għajnejn u l-irtokk u t-travestija huma għal kulħadd. Festa li maż-żmien immansat u llum nassoċjawha l-aktar mat-tfal. Iżda għal uħud tista’ tfisser ħafna aktar minn sempliċi logħba bil-maskri u l-kostumi. https://aphroconfuso...
Replaio er ikke podkastutgiver; programnavn, omslag og lyd tilhører opphavspersonene og distribueres via offentlige RSS-feeder.