Aphroconfuso

Aphroconfuso

Arts MT ↓ 89 Folgen

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan...

Besuch unbedingt die Website des Podcasts und unterstütze die Macher: aphroconfuso.mt

Autor

Aphroconfuso

Kategorie

Arts

Podcast-Website

aphroconfuso.mt

Neueste Folge

20. Okt 2026

Wo hören?

Podcasts in der App Replaio Radio Bald verfügbar

Podcasts kommen bald in die App. Installiere sie jetzt und erlebe als Erster einen ganz neuen Blick auf Podcasts

Bei Google Play herunterladen Kostenlos installieren Android fast 10 Mio. Downloads · Bewertung 4,8 iOS bald

Folgen

Kif Tgħidha f'Qalbek (taħdita) 31.10.2023

“Kif Tgħidha f’Qalbek” kienet taħdita waqt il-Festival tal-Ktieb fil-21 ta' Ottubru 2023. Fuq stedina ta' Mallia & D’Amato Booksellers, l-edituri ta' Aphroconfuso jitħaddtu ma’ Kurt Borg , Davinia Hamilton u Omar N'Shea . “Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni, il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min j...

Żerriegħa - Davinia Hamilton 17.10.2023

« Fil-ħarifa tal-2020, fil-bidu tat-tieni lockdown, żrajt żerriegħa għall-ewwel darba f’ħajti, u r-raħs ta’ idea rabba l-għeruq. Dak iż-żmien konna f’nofs il-pandemija: in-numri—l-infezzjonijiet, il-pazjenti l-ICU, u l-imwiet—kienu telgħin, u konna qegħdin niffaċċjaw xitwa twila u kiefra. Malta kienet tinħass ’il bogħod ’il bogħod—’il bogħod wisq minn dan l-appartament żgħir f’Londra. Iż-żmien kie...

Il-Kuxjenza fit-Truf - Joe Gatt 27.09.2023

Nota dwar it-traduzzjoni ta' “It-Tipjip”, kapitlu minn La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo. « Ir-relazzjoni ta’ Svevo u l-persunaġġi tiegħu mat-Taljan ma kinitx wisq ’il bogħod minn dik li kienet ta’ Maltin tal-istess żmien, u tal-istess klassi borgeża. Malta, bħal Trieste, kienet iktar minn darba ġiet fil-mira tal-irredentisti Taljani: żewġ ‘gżejjer’ miżmumin bil-ħakma tal-ikbar żewġ imperi ta’...

It-Tipjip - Italo Svevo (tr Joe Gatt) 27.09.2023

La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo ħareġ fl-1 ta' Mejju 1923, ftit jiem wara li Sigmund Freud ħareġ Das Ich und das Es. Svevo kien diġà midħla sew tal-psikoanaliżi u fir-rumanz tiegħu juża l-ideat ta’ din it-terapija ġdida fl-istess ħin li jipparodizzaha. Il-protagonist tar-rumanz, Zeno Cosini, hu konvint li huwa marid u li jekk jaqta’ s-sigaretti darba għal dejjem ikun jista' fl-aħħar jibd...

Reċti tal-Kbar, Parties tat-Tfal - Ryan Falzon 17.09.2023

« Mhux faċli tikteb fuq Malta. M’għadux faċli tikteb fuq Malta, jekk qatt kien. Faċli tpinġi ’l Malta tribujiet, il-blu professjonisti, il-ħomor bl-ispanner f’idhom u l-boilersuit żejtnija, Maltin kontra Għawdxin, tan-North u tas-South, tal-Belt, tal-Kottonera, iż-Żwieten, ta’ wara l-mina... Viżjoni ppożizzjonata bir-riħ impoppa, il-qlugħ bl-emblema miftuħin pagun, il-boxxla ssettjata direzzjoni f...

Lejl u Nhar - Miriam Galea 09.09.2023

Il-persunaġġi f’ “Lejl u Nhar” ta’ Miriam Galea  jitbattlu mid-dija qalila tax-xemx Maltija u jaħarbu ’l fuq lejn belt Ewropea fejn il-ġurnata mudlama kważi bħal-lejl, fejn “it-temp ikrah illum” u s-“sema donnu tbenġila”. U minkejja l-ħarba, kollha donnhom jistaqsu l-istess mistoqsija: “Fejn qed tistaħba x-xemx tisreġ, fejn mar id-dawl?” Il-lejl jgħattik minn ħaddieħor imma jikxfek miegħek in...

Noti Editorjali: Warren Bartolo 31.08.2023

Niltaqgħu ma’ Warren Bartolo, it-traduttur tal- Frammenti ta’ Saffo (EDE Books, 2023) għal taħdita dwar l-imħabba tiegħu għal Saffo u l-lirika tagħha, u dwar il-proċess tat-traduzzjoni mill-Grieg Antik għall-Malti u t-taqbida mal-lingwi l-oħrajn li jinfilsaw bejniethom. F'din il-poddata nsemmu wkoll traduzzjoni oħra ta’ Warren, Kif Tisraq il-Kotba ta’ David Horovitz (Sendb00ks Edition Taube, 2020)...

Il-Lanza, il-Labra, il-Qoffa, l-Azzarin - Loranne Vella 24.08.2023

« Ġieli jagħti l-każ li, jien u naħseb fuq ktieb li qed naqra, nibda nara f’kotba jew xogħlijiet oħrajn l-istess ħsieb, jew mod ta’ ħsieb mhux wisq ’il bogħod minnu, tant li nibda nissuspetta li fil-fatt qed jgħidu l-istess ħaġa, li l-kwistjoni qed jarawha mill-istess perspettiva. U allura, x’kumbinazzjoni li qed naqra żewġ jew...

Qarn (silta) - Romeo Roxman Gatt 10.08.2023

« Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita tas-sajf bħal kull sena oħra iżda din id-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċer fl-istonku, ikrah ferm, tal-biża’ waħx. Imnalla kellu l-għasafar biex jedh...

Medusa - Rowena Grech 19.07.2023

« Żgur li ismi familjari. Żgur li smajt bosta stejjer fuqi. Iżda żgur qatt ma smajt dak li ġara bejni u bejn Persew. Nitolbok, iskot ftit u isma’ l-istorja tiegħi qabel nissarraf f’elf framment ta’ miti oħra… Mela darba, ħmistax-il sena ilu, meta kont għadni tifla, kont ngħix mal-ġenituri tiegħi, Foriku u Keto, fuq gżira serena mdawra b’baħar blu jwerżaq. Id-dar kiene...

Ġilda - Kurt Borg 09.07.2023

« Hemm karru bil-ġwienaħ misjuq minn kuċċier miġbud minn żewġt iżwiemel. Żiemel minnhom abjad, b’għonqu wieqaf dritt, grazzjuż. L-ieħor iswed, magħmul ikrah u goff. Bil-frosta f’idu, il-kuċċier qed jittajjar lejn is-sħab u lil hinn minnu. Iż-żwiemel, speċjalment l-iswed, kultant jissaraw mal-kuċċier, jisfidawh, jisfrattaw, għoddhom j...

Ħsieb il-Ħamiema - Noah Fabri 25.06.2023

« Nathalie u Maimouna kienu ltaqgħu Ouagadougou meta kienu għadhom tfajliet. Missier Nathalie kien jaħdem mal-gvern, u hi trabbiet f’maisonette mdaqqas, l-armarju mimli porċellana, missierha jġib il-ħelu wara x-xogħol u ħutha jagħmlu x-xogħol tal-iskola waqt li hi taparsi tgħin lil ommha fil-kċina kulur l-għeneb. L-imħabba ta’ b...

Ġismi Battikata - Charlene Galea 20.06.2023

« Nixtieq niżfnilkom żifna minn ġo qalbi, bla mużika, u żifna b’diska favurita, u araw kif dan ġismi jirrelata differenti, kif jiċċaqlaq differenti. Agħlqu għajnejkom. Missu parti ta’ ġisimkom, tkun liema tkun. Ħossu l-ġilda. Ħossu t-temperatura ta’ dal-ġisem. Ċaqalqu bil-mod dil-parti. Ċaqalqu aktar bl-għaġla dil-parti. Agħtuha ċans terġa’ tissetilja. Ħudu...

(kemm inżommu post) 28.04.2023

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Höre den Podcast Aphroconfuso in Replaio

Radio und Podcasts in einer App - kostenlos und ohne Anmeldung. Installiere sie noch heute und verpasse den Start nicht

Bei Google Play herunterladen

Replaio ist kein Herausgeber von Podcasts; die Namen der Sendungen, Cover und Audioinhalte gehören ihren Autoren und werden über öffentliche RSS-Feeds verbreitet