Reboot by C.A.O

Reboot by C.A.O

Health EN ↓ 59 episodes

Kuljum hija opportunità ġdida biex inħossuna dejjem aħjar fiżikamentu u mentalment. Ser nitkellmu ma' esperti u nisimgħu stejjer li ser jagħtuna għodda li nistgħu nużaw biex ngħixu ħajjitna bl-aħjar mod possibbli. Segwi il-paġni u iċ-channels tagħna fuq Spotify, Youtube, Apple Podcasts, Facebook u Instagram.

Be sure to visit the podcast's website and support the creator: soundcloud.com

Author

Reboot by C.A.O

Category

Health

Podcast website

soundcloud.com

Latest episode

Jun 23, 2025

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android almost 10M downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

Reboot | Episode 33 ft. Henry Zammit 28.08.2023

Henry Zammit -  kiber fil-business.  Kiber f’familja għaqlija li dejjem ħadmet ħafna.  Hu tgħallem ħafna minn hemm iżda dejjem kien jixtieq jaqbad triq oħra.   Kienet iebsa għalih biex jitlaq u jibda kollox mill-bidu, iżda f’dan il-podcast jirrakkontalna l-istorja tiegħu u għaliex illum jiddedika ħajtu biex jikber hu u jgħin lil-ħaddiehor jikber ukoll.  Jgħidilna kif m’għandekx taqta qalbek u taħd...

Reboot | Episode 32 ft. Christina Grima 21.08.2023

Christina Grima hija waħda mill-ewwel atleti li ta’ eta’ zagħzuha lagħabet professjonalment barra minn xtutna. Tirrakkontalna kemm kien żmien diffiċli għaliha imma qatt ma tkellmet għaliex kienet iffukata biex tasal. Tkellimna fuq l-esperjenzi sbieħ fil-karriera tagħha tal-basketball u issa li hi coach u atleta tal-‘functional fitness’.   Tirrakkontalna xi tħoss meta jikkompetu l-atleti tagħha u k...

Reboot | Episode 31 ft. Melania Spiteri 14.08.2023

Melania Spiteri tkellimna fuq il-konnessjoni bejn l-ikel u is-saħħa mentali.  L-ikel biss ma jfejjaqx iżda għandu influenza qawwija fuq ir-riskji fil-każ ta’ mard kemm mentali kif ukoll fiżiċi.   Niddiskutu ukoll kif kundizzjonijiet kroniċi għandhom konnessjoni ma’ affarijiet li nikkonsmaw u naffaċjaw f’ħajjitna bħal alcohol, ikel, stress u nuqqas to moviment - kollha affarijiet li jistgħu jitrang...

Reboot | Episode 30 ft. Edward Curmi 07.08.2023

Ma Dr. Edward Curmi nitkellmu fuq kif naħsbu. Fuq kif aħna nistgħu nibdlu il-ħsibijiet tagħna.   M’hijiex xi ħaġa li tiġi awtomatikament, imma dejjem irridu naħdmu biex nikkontrollaw il-ħsibijiet tagħna u nitgħallmu nirreaġixxu aħjar għal dak li jiġrilna f’ħajjitna.

Reboot | Episode 29 ft. Pavla Borg 31.07.2023

Pavla Borg tkellimna din id-darba fuq ‘breath work’. ‘Breathwork’ qed jintuża għal-diversi raġunijiet, jgħin fiżikament u mentalment. Inti qed tibdel il-ġisem biex tfejjaq mingħajr ma tieħu ebda sustanza. Il-benefiċċji li għandu in-nifs jekk jintuża b’mod tajjeb huwa inkredibbli. Pavla hija il-persuna li ha tfiehem iktar fuq ‘breathwork’, terapija li ma tiswiek xejn imma tista tibdillek hajtek.

Reboot | Episode 28 ft. Stephen Sammut Nurminen 24.07.2023

Stephen huwa ‘ultra runner’  li dejjem jisfida lilu innifsu billi joħloq sfidi ikbar u iktar diffiċli.   Ikellimna dwar kif jipprepara mentalment u fiżikament għal dawn l-isfidi estremi, il-ġliediet mentali li jkollu waqt dawn l-avventuri u għalkemm ibagħti, għalfejn iħossu twieled għalhekk u iħossu ferhan u komplut meta jipprepara biex dejjem jikseb iktar.

Reboot | Episode 27 ft. Jon Mallia 17.07.2023

Ma’ Jon Mallia esplorajna ħafna suġġetti iżda tlaqna mill-kunċett ta’ kif jibbilanċja podcast li qed jagħmel success, kif isib ħin biex jistrieħ, kif ikampa ma’ ħsibijiet u mumenti stressanti.  X’tgħallem u kif għeleb mumenti ta’ ansjeta u fallimenti. Spjegalna li jixtieq jaħdem inqas u għaliex difficli biex issibu jiddejjaq jaħdem fuq xi haga.  Iddiskutejna l-għodda li juza Jon biex ikompli jikbe...

Reboot | Episode 26 ft. Faye Zammit 10.07.2023

Li ssib ħajja iktar sana mhux diffiċili daqs kemm naħsbu. Il-bidu jista' jidher iebes izda mbagħad passi zgħar iwasslu għal stil ta’ ħajja li ħa tgħinna ngħixu ħajja iktar b’saħħitna. Li tħares 'il bogħod kultant tidher triq li ma tispicca qatt iżda f’dan il-podcast ser nisimgħu ideat li kulħadd jista' juża.

Reboot | Episode 25 ft. Josef Pace 03.07.2023

Josef Pace - persuna li ma jiddejjaq xejn jaqsam l-għerf tiegħu.   Jaħdem biex jgħin lil ħafna nies u f’dan il-podcast jaqsam l-għerf u l-esperjenzi tiegħu.  Jirrakkontalna kif minn laqgħat ma nies li għaddejjin minn problemi kbar, isib it-tama.   Jispjegalna kif dejjem niġru wara il-ħin. X’qed tkun il-problema? Miegħu niddiskutu jekk hux qed nitilfu is-sens ta’ x’inhu importanti f’ħajjitna.

Reboot | Episode 24 ft. Jonathan Shaw 26.06.2023

Jonathan Shaw - persuna magħrufa għal irwoli differenti. Ikkrea avvenimenti, mexxa organiżżazjonijiet, kiteb ktieb u persuna mimlija passjoni għal dak kollu li jidħol għalih. Ikellimna fuq kemm hu importanti li tevolvi u tibqa tikber f’dak kollu li tagħmel.  Ikellimna fid-dettall ta kif il-ħsibijiet tagħna jiddeterminaw aħna jirnexxilniex nagħmlu dak li nixtiequ.   Kif inkellmu lilna infusna huwa...

Reboot | Episode 23 ft. Yasmin Degorgio 19.06.2023

Yasmin Degiorgio tmexxi kumpanija tat-teknoloġija u fl-istess ħin tippromuovi permezz ta business ieħor, kif ngħixu aħjar, iktar sereni u x’nistgħu nużaw f’ħajjitna.   Hija persuna ta’ għerf kbir, temmen ħafna fil-meditazzjoni, yoga u it-tagħlim kollu li jwasslek biex tgħix ħajja aktar trankwilla. Temmen ħafna li aħna għandna dejjem inkunu parti minn komunita’ u ħa tfehemna għalfejn.

Reboot | Episode 22 ft. Cher Engerer 12.06.2023

Cher Engerer psikologa tkellimna fuq Trawma.  X’inhi trawma? Trawma għalik tista ma tfissirx trawma għalija. Tgħidilna kemm din il-kelma qed tiġi użata hażin u għalfejn għandna noqogħodu iktar attenti u nempatizzaw ma min għaddej minn-żmien ħazin.  Izda aħna staqsejna ukoll jekk wieħed jistax ifiq minn trawma.

Reboot | Episode 21 ft. Matthew Bartolo 05.06.2023

Matthew Bartolo, counsellor b’diskussjoni oħra fuq Reboot fuq ‘emotional regulation’. Kif ser nitgħallmu nirreaġixxu għal sitwazzjonijiet li jistgħu ikunu iebsin.  Kif jinbidel moħħna jekk inkunu weġġajna f’xi sitwazzjoni u kif mhux ser nibqgħu naħsbu li kulħadd hazin?   Podcast li ser iġegħlna nifhmu għalfejn nirreaġixxu kif nirreaġixxu

Reboot | Episode 20 ft. Carolyn Sultana 29.05.2023

Carolyn Sultana tfehemna sew l-importanza tal- ’pelvic floor’.  Problemi konnessi mal-pelvic floor huma bosta li jistgħu ixekklu il-kunfidenza u il-kumdita ta’ dak li jkun. Problemi konnessi ma’ inkontinenza u problemi sesswali fost oħrajn.  Izda hemm ħafna affarijiet li wieħed jista jagħmel biex jieħu ħsieb saħħtu.

Reboot | Episode 19 ft. Mark Piscopo 22.05.2023

Mark Piscopo - Councilling and Sport Psychologist jidħol fid-dettall ta’ kif nibnu resilienza fl-isport. Għaliex il-moħħ jipprova iwaqqafna u ġieli jibgħatilna messaġġi biex niefqu u kif insibu il-motivazzjoni biex inkunu iktar iddixxiplanati u nibqgħu għaddejjin biex insiru iktar b’saħħitna.

Reboot | Episode 18 ft. Lisa Martin 15.05.2023

Lisa Martin hija functional Medicine Health Coach u ser tispjegalna iktar x’inhi din it-terminoloġija li qed nisimgħu iktar spiss li hija ‘functional medicine’. Meta hemm bżonn il-mediċina din ser tagħmel xogħola sew imma kif nistgħu ngħinu iktar bl-ikel. Is-sintomi li nħossu huma riżultat ta’ xi ħaġa li hemm bżonn tiġi investigata sew, għalhekk bil-‘functional medicine’ qatt ma hemm formola waħda...

Reboot | Episode 17 ft.Neil Agius 08.05.2023

Dan il-podcast hija diskussjoni dettaljata fejn Neil jirrakkontalna kull tellieqa s’issa.   Il-mumenti iebsin, x’ġegħlu jibqa għaddej, meta ma fehemx kemm ried ikun dedikat u għalfejn issa iddecieda li jgħum ghal 100 mil.   Nisimgħu sew ghalfejn Neil jidhol ghal sfidi kbar bħal dawn.

Reboot | Episode 16 ft. Andrew Azzopardi 01.05.2023

Profs Andrew Azzopardi - speaker uniku li kellimna fuq kif minħabba il-ħajja li qed ngħixu qed inbagħtu iktar is-solitudni.   Is-solitudni illum m’hiex xi ħaga marbuta ma’ nies ikbar fl-eta.  Ir-riċerka li ssir qed turi li qed ningħalqu iktar fina infusa u qed nitilfu mill-kuntatt uman.  kif ser nagħmlu biex innaqqsu din l-emozzjoni?

Reboot | Episode 15 ft. Angele Muscat 24.04.2023

Minn aħbar tal-biza, Angele ma aċċettattx li toqgħod għall-aħbar iżda riedet tipprova il-possibilitajiet kollha. Bdiet tistudja il-‘manifestation’, terminu li qed nisimgħu ħafna illum il-gurnata. Mhux talli ipprovat manifestation għaliha iżda illum hija esperta u tgħin lil ħaddiehor jikseb dak li jixtieq.

Reboot | Episode 14 ft. Denise Grixti 17.04.2023

Denise Grixti - hija personal trainer u studjat apposta l-ormoni u kif jistgħu itellfu milli il-ġisem jimxi kif suppost. Fi training, biex insegwu dieti partikolari jekk l-ormoni mhux qed jaħdmu sew mintix ser tara progress, kemm jekk int mara jew raħel.   Denise tkellimna fid-dettall fuq x’għandu isir biex tibqa tara riżultati tajbin anke jekk għaddej minn ċertu tibdil fisjologiku

Reboot | Episode 13 ft. Pavla Borg 10.04.2023

F’dan il-podcast Pavla Borg - Health Coach tispjegalna fuq il-benefiċċji tal-‘cold showers’.  Terminu li qed nisimgħu ħafna illum il-ġurnata. Il-benefiċċji huma hafna. F’dan il-podcast nibdew nifhmu ftit għaliex u kif ftit sekondi taħt l-ilma kiesaħ kuljum ser jibdlulna ħajjitna kemm fiżikament u mentalment.

Reboot | Episode 12 ft. Matthew Paris 03.04.2023

Matthew Paris ikellimna fuq is-saħħa mentali.  Matthew għandu kundizzjoni hu iżda għazel illi jistudja u jgħin lil ħaddiehor professjonalment.   Għalkemm ta’ eta’ zgħira, Matthew ikellimna b’esperjenza kbira fuq kif nitgħallmu nużaw għodda biex negħlbu id-diffikultajiet tagħna, fuq kif nagħmlu l-ewwel pass biex insibu l-għajnuna forst affarijiet ohra.

Reboot | Episode 11 ft. Wayne Pace 27.03.2023

Wayne Pace jghidilna kif beda ihobb u jiprattika ir-Wrestling. Iltaqgha ma nies kbar, isiefer spiss minhabba ix-xows izda bniedem iddixxiplinat u ma jaqtax qalbu. Wayne jirrakkontalna kemm hu difficli biex tahdem f’dan l-isport imma il-passjoni izzomu hemm.

Reboot | Episode 10 ft. Claire Cassar 20.03.2023

Dr. Claire Cassar ser tgħidilna għaliex iddeċidiet li tibdel il-karriera tagħha.   Minn karriera ta’ suċċess bdiet il-business tagħha fil-marketing.  Dr. Cassar tkellimna fuq kif tibqa tikber billi issib x’jagħmlek kuntent fil-ħajja.   Tgħidilna kif tibbilanċja bejn ix-xogħol u ħin biex tirrilassa.  Tkellimna fuq l-importanza li nibbilanċjaw biex nibqgħu sani u kif nitghalmu inkunu iktar produttiv...

Reboot | Episode 9 Ft. Andrew Farrugia 13.03.2023

Andrew Farrugia - ex-sprinter imma illum magħruf għal dak li jaqsam fuq is-social media fuq fitness u l-ikel. Andrew ifehemna fuq id-dixxiplina kontinwa, il-konsistenza u meta għandek tibbilanċja. Jagħtina ideat prattiċi ta’ kif wieħed ikun iffokat biex ikun b’saħħtu permezz tal-ikel u tal-fitness

Listen to the Reboot by C.A.O podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.