Kattoliċi LIVE

IS-SALMI fuq KattoliċiLIVE.com

Religion MT ↓ 5 episodes

Spjegazzjoni u Qari ta' Kull Salm fl-Iskrittura Mqaddsa! Salm ġdid kull nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa! Kitba tal-Papàs Martin Zammit, Kappillan tal-Parroċċa Griega Kattolika ta' Sidtna Marija ta' Damasku. Produzzjoni ta' Kattoliċi LIVE għall-Kattoliċi Maltin. Segwina fuq Instagram, Facebook u TikTok

Author

Kattoliċi LIVE

Category

Religion

Podcast website

podcasters.spotify.com

Latest episode

Apr 14, 2026

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

SALM 24 14.04.2026

24 (23). Id-daħla trijonfali ta' l-arka fit-tempju [S:24:1] Salm ta' David. Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, id-dinja u kull ma jgħix fiha. [S:24:2] Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħedha. [S:24:3] Min jista' jitla' fuq l-għolja tal-Mulej, min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? [S:24:4] Min għandu idejh indaf u qalbu safja, min ma jagħtix ruħu għall-frugħa...

SALM 3 14.04.2026

3. Tama fit-tiġrib [S:3:1] Salm ta' David, meta ħarab minn quddiem ibnu Absalom. [S:3:2] Kemm kotru, Mulej, l-għedewwa tiegħi! Ħafna huma dawk li qamu għalija; [S:3:3] ħafna huma dawk li jgħidu fuqi: "M'hemmx salvazzjoni għalih f'Alla!" [S:3:4] Imm'int, Mulej, tarka madwari, inti l-ġieħ tiegħi, int terfagħli rasi. [S:3:5] Jien b'leħen għoli l-Mulej insejjaħ; hu jweġib...

SALM 2 09.04.2026

2. Is-saltna universali tal-Messija [S:2:1] Għaliex jixxewwxu l-ġnus, u l-popli jreddnu għal xejn? [S:2:2] Is-slaten ta' l-art iqumu, u l-kbarat jiftiehmu bejniethom kontra l-Mulej u l-Midluk tiegħu: [S:2:3] "Ħa nkissru l-ktajjen tagħhom, u ntajjru minn fuqna l-irbit tagħhom!" [S:2:4] Dak li hu fis-smewwiet jidħak bihom, il-Mulej biċ-ċajt jeħodhom. [S:2:5] Mbagħad ikellimhom bil-herr...

SALM 1 07.04.2026

1. L-hena veru tal-bniedem [S:1:1] Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, li ma jiqafx fi triq il-ħatjin, li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa; [S:1:2] imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu, lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu. [S:1:3] Hu bħal siġra mħawwla ħdejn nixxigħat ta' l-ilma li tagħmel il-frott fi żmienha, u l-weraq tagħha ma jidbielx; hu jirnexxi f'kull ma...

SALM 30 05.04.2026

30 (31). Radd il-ħajr għall-ħelsien mill-mewt [S:30:1] Salm. Innu għad-Dedikazzjoni tat-Tempju. Ta' David. [S:30:2] Ngħollik, Mulej, għax erfajtni, u ma ferraħtx l-għedewwa tiegħi bija. [S:30:3] Mulej, Alla tiegħi, jien sejjaħtlek; sejjaħtlek, u int fejjaqtni. [S:30:4] Mulej, tellajtli mill-mewt 'il ruħi, ħlistni minn fost dawk li jinżlu fil-ħofra. [S:30:5] Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu,...

Listen to the IS-SALMI fuq KattoliċiLIVE.com podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.