fr

Kurt u Sarah

Il-Ħass Mal-Bass

Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.

N'hésitez pas à visiter le site du podcast et à soutenir son créateur : ilhassmalbass.podbean.com

Auteur

Kurt u Sarah

Catégorie

Education

Site du podcast

ilhassmalbass.podbean.com

Dernier épisode

13 déc. 2025

Où écouter ?

Les podcasts dans l'appli Replaio Radio Bientôt disponible

Les podcasts arrivent très bientôt dans l'appli. Installe-la dès maintenant et découvre en avant-première une toute nouvelle façon de vivre les podcasts

Télécharger sur Google Play Installe-la gratuitement Android près de 10 M de téléchargements · note de 4,8 iOS bientôt

Épisodes

S1E20: Fehmiet dwar il-Mewt u l-Leġġenda tal-Qallut Fossilizzat (ma’ Erika Ellul) 21.11.2023

Fl-20 episodjuversarju ta' Il-Ħass Mal-Bass ningħaqdu mal-mistiedna speċjali ta' din il-ġimgħa, Erika Ellul, biex neskavaw l-eqdem qallut tal-bnedmin fossilizzat u nirriflettu fuq id-diversi perċezzjonijiet tagħna l-Maltin fil-konfront tal-mewt. Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Erika (IG @nessejtni) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktim...

S1E19: Maltin Barra Minn Malta, The CRACKISODE™ (ma’ Yandrick Agius) 14.11.2023

F'dan l-episodju mimli daqs bajda bil-crack ningħaqdu mal-mistieden ekstraspeċjali tagħna Yandrick Agius: semmiegħ akkanit tal-podcast u Baby Doll extraordinaire fil-Moulin Rouge. Nagħmlu naqra catch-up (u mayonnaise) bejnietna u nirriflettu mhux biss fuq l-14-il brudatina li ħejjielna Yandrick, iżda wkoll naqsmu perspettivi u perċezzjonijiet bħala Maltin li għexu fit-tul lil hinn mill-pajjiż....

S1E18: It-Teatru Sabiħ.... It-Trabi Ma Tantx 07.11.2023

Fl-episodju tal-lum nittawlu minn wara l-kwinti u nimirħu fuq taħdita dwar it-teatru u nolqtu xi perspettivi differenti marbutin mad-dinja tal-ispettaklu. B'interventi spettakolari daqstant dwar meta nużaw il-lirika fil-captions ta' Instagram, u għaliex aħna bħala soċjetà mġegħlin naħsbu li t-trabi tat-twelid huma ħlejqiet ħelwin. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Fé...

S1E17: Tefgħa Lura għas-6th Form, Hotline Bling u Puppy Filters 31.10.2023

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jerġgħu lura fiż-żmien biex jirriflettu fuq iż-żmien li qattgħu l-postsekondarja, miżgħud b'esperjenzi ammirabbli daqskemm kienu kwistjonabbli. U la qed insemmu imbarazz kwistjonabbli, isiru wkoll dibattitu dwar il-validità tal-mayonnaise u lment rigward l-arja kundizzjonata ġewwa Spazju Kreattiv.  Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix...

S1E16: Buns Out, Halloweener (But I Gotta Keep an Eye out for Bankiner) 24.10.2023

Fl-episodju tal-waħx (litteralment u figurattivament) tal-lum, Kurt u Sarah jagħtu prietka ta' esperjenzi marbutin ma' lejlet Jum il-Qaddisin kollha. Jiġu diskussi wkoll il-bżonn li navżaw 'l-għassa bil-miġja ta' Ed Sheeran u l-istat massakrabbli tal-bankini fil-pajjiż. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: &quo...

S1E15: Il-Midlife Crisis ta’ Kurt u Sarah Miġbuda fuq Mikrofonu 26.09.2023

F'dan l-isfreġju ta' episodju għandkom il-privileġġ esklussiv li tesperjenzaw il-kriżi estienzjali tal-poddata sseħħ quddiem għajnejkom, fejn Kurt u Sarah jiddiskutu xelta vasta ta' suġġetti mill-ewwel bewsa ta' Kurt maqsuma bejn 10 persuni, għall-McKroket li nbiegħet esklussivament fil-McDonald's tal-Olanda. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @f...

S1E14: Għaddielna Pride... Issa x’Hemm xi Tgħid? 19.09.2023

Fl-episodju tal-lum nagħtu tmiem għal ġimgħa sħiħa ta' briju u kwiriżmu b'ħarsa lura lejn l-esperjenza personali tagħna matul Europride, u nikkwistjonaw il-ħtieġa li r-ristoranti u l-barijiet ta' ċertu pritensjoni borgiża jsejħu lilhom infushom "gastropubs". Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Brea...

S1E13: Gayyaġni™ Pt 2 — Il-Pertinenza ta’ Pride u EuroPride 12.09.2023

Nilqgħukom għat-tieni segment tal-edizzjoni speċjali u aktar omosesswali mis-soltu ta' Il-Ħass Mal-Bass, fejn niftħu diskussjoni dwar il-EuroPride u għaliex il-kunċett ta' Pride għadu pertinenti u bżonjuż illum il-ġurnata, u nagħlqu bil-bruda li qabdet lil Kurt minħabba ċerti membri fl-udjenza waqt il-kunċert ta' André Rieu. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Féli...

S1E12: Gayyaġni™ Pt 1 — L-Esperjenza Queer Tagħna f’Malta 05.09.2023

Episodju ħdax ta' Il-Ħass Mal-Bass huwa l-ewwel parti minn tnejn bi tħejjija għal EuroPride, li din is-sena huwa ospitat minn Malta. Fl-episodju tal-lum nirriflettu fuq l-esperjenza personali tagħna f'Malta bħala membri tal-komunità queer u nidħlu wkoll fil-kuntrasti bejn il-qafas legali u d-drittijiet ċivili versus l-attitudni mifruxa tas-soċjetà. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @sh...

S1E11: Avventura ta’ Brudatini u Intelliġenza Artifiċjali (ma’ Wilbert Tabone) 29.08.2023

Għal episodju ħdax ta' Il-Ħass Mal-Bass nitilqu bassina tinten mal-ieħor sinifikanti ta' Kurt, Wilbert Tabone, fejn intuh lok jiżvoga dwar xelta vasta ta' brudatini filwaqt li jispjegalna ftit dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, il-qasam li jispeċjalizza fih.  Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Wilbert (IG @wiltabone) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għel...

S1E10: MaltaPost, Matematika, u M’Oppenheimer (ma’ Karl Bartolo) 22.08.2023

Il-Ħass Mal-Bass jagħlaq 10 episodji! F'din l-edizzjoni ningħaqdu mal-extra special guest judge Karl Bartolo, fejn nirriflettu fuq il-party li għadda ta' Nerve, in-nervi li jqabbadna l-MaltaPost meta jibqa' magħluq mingħajr avviż, nesploraw id-dinja tal-matematika, u naqsmu ħsibijietna fuq Oppenheimer. Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Karl (IG @understandably_karl) L...

S1E9: Prodotti tax-Xagħar, l-Italjofilja, u Buttuni Falluti 15.08.2023

F'episodju disgħa ta' Il-Ħass Mal-Bass nilmentaw dwar meta tfittex prodott u tinduna li s-supermarket m'għadux iġibu, il-fissazzjoni tagħna bit-Taljan u l-impatt storiku mifrux ta' din il-lingwa, u meta tagħfas il-buttuna fuq tal-linja biex tinżel u x-xufier ma jiqaflekx.  Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: &...

S1E8: Cheeselet vs Ġbejna, X vs Twitter, u Għażliet Kwistjonabbli Oħra 08.08.2023

F'episode tmienja ta' Il-Ħass Mal-Bass nilmentaw dwar il-fissazzjoni li naqilbu kollox bl-Ingliż, il-paprati li qed isiru fuq FKA Twitter, u nies li assolutament m'għandhomx idea x'inhuma jagħmlu. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribu...

S1E7: Tlaqna fl-Ispazju u fuq Elf Tangent Oħra 01.08.2023

F'din l-edizzjoni kaotika ta' Il-Ħass Mal-Bass neżaminaw it-telf fil-kwalità taċ-chicken wings m'għand iċ-Chick-King, nimirħu fl-univers u ninterrogaw l-aljeni, niffrustraw ruħna bil-plakek Maltin u nanalizzaw il-legat ta' Sinéad o'Connor... fost ĦAFNA oħrajn. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Brea...

S1E6: Hi Barbie, l-Apatija Politika, u l-BMWs (ma’ Lisa Baldacchino) 25.07.2023

Fis-sitt iterazzjoni ta' Il-Ħass Mal-Bass nilqgħu l-ewwel mistiedna tagħna Lisa Baldacchino, u flimkien niddiskutu l-ħakma ta' Barbie fuq id-dinja, l-apatija palpabbli fix-xenarju politiku lokali, u demografija ta' sewwieqa li xi ftit jew wisq ma jistħoqqilhomx il-liċenzja. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: &quo...

S1E5: Kaxxiera Inkorlati, il-Kwistjoni Kattolika, u l-Knisja ta’ Beyoncé 18.07.2023

Fil-ħames episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass niftħu fuq l-atteġġjamenti bejn il-kaxxiera u l-klijenti, l-atteġġjament tagħna stess fil-konfront tar-reliġjon Kattolika, u l-qima li nuru lejn ċerti ċelebritajiet tant li jistgħu jitqiesu reliġjonijiet ġodda. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin...

S1E4: Il-Fenomenu tal-Festi u l-Għawm fil-Baħar vs fil-Pools 11.07.2023

Fir-raba' episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass nesploraw it-tradizzjoni Maltija per eċċellenza tal-festi — li jgħaqqduna flimkien jew ikomplu jifirduna — u naqbdu diskorsata taħraq dwar l-esperjenza tal-għawm fil-baħar vis-à-vis fil-pixxini. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċ...

S1E3: Reklami Eċċessivi, it-TV, u Sufiet Sparpaljati 04.07.2023

Fit-tielet episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass nesploraw l-esaġerazzjoni ta' reklami fil-media lokali, il-kontenut li nikkonsmaw fuq l-istazzjoni nazzjonali, u r-rabta mhux mistennija bejn il-brija u l-latrini pubbliċi. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Common...

S1E2: Kif Iltqajna, it-Trasport Pubbliku, u l-Istickers ta’ “Jesus Saves” 27.06.2023

Fit-tieni episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass, Kurt u Sarah jiddiskutu kif id-destin laqqagħhom flimkien, l-istat tas-servizz tat-trasport pubbliku, u l-misteru dejjem jikber wara l-istickers ta' "Jesus Saves" mifruxin madwar Malta. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (L...

S1E1: L-Għeluq ta’ Subway, l-Ilsien Malti, u l-Ismijiet tad-Djar 19.06.2023

Fl-episodju premier ta' Il-Ħass Mal-Bass, Kurt u Sarah jiddiskutu l-għeluq ta' Subway f'Malta, is-sitwazzjoni attwali tal-Malti u l-kultura ta' bilingwiżmu, u  x-xejra affaxxinantissima li nagħtu ismijiet lid-djar tagħna bħallikieku trabi li wellidna. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" t...

Écoute le podcast Il-Ħass Mal-Bass sur Replaio

La radio et les podcasts dans une seule appli - gratuite, sans inscription. Installe-la dès aujourd'hui et ne rate pas le lancement

Télécharger sur Google Play

Replaio n'est pas éditeur de podcasts ; les noms des émissions, les visuels et l'audio appartiennent à leurs auteurs et sont diffusés via des flux RSS publics