Parlament Ewropew
L-Aħbarijiet fil-Qosor
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio , ir-radju online tal- Parlament Ewropew .
Forfatter
Parlament Ewropew
Kategori
Podcastens hjemmeside
Seneste episode
19. mar. 2025
Hvor kan du lytte?
Podcasts i appen Replaio Radio Kommer snartPodcasts kommer snart til appen. Installer nu, og vær den første til at se en helt ny tilgang til podcasts
Episoder
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/10/2024 – Malti 14.10.2024 1:43
Il-punti ewlenin: il-futur tal-agrikoltura tal-UE; il-votazzjoni dwar pakkett ta’ għajnuna finanzjarja b’appoġġ għall-Ukrajna u l-iskeda tas-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/10/2024 – Malti 11.10.2024 3:07
Il-punti ewlenin: iż-żieda fl-intolleranza reliġjuża madwar l-UE kollha; riżoluzzjoni dwar ir-rigress demokratiku attwali fil-Georgia; u riżoluzzjoni dwar l-interferenza tar-Russja fil-Moldova.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/10/2024 – Malti 10.10.2024 4:06
Il-punti ewlenin: Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán ippreżenta l-programm għall-Presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill tal-UE ta’ pajjiżu; il-Membri tal-PE approvaw aktar minn EUR 1 biljun f’għajnuna mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE biex jappoġġjaw ħames pajjiżi tal-UE; il-Parlament iddiskuta l-akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli fl-Ewropa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/10/2024 – Malti 09.10.2024 3:05
Il-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew fakkar l-ewwel anniversarju tal-attakki terroristiċi tal-Ħamas fl-Iżrael; il-prijoritajiet tal-Parlament għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew; u l-kriżi li qed tiffaċċja l-industrija awtomobilistika tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/10/2024 – Malti 08.10.2024 2:02
Il-punti ewlenin: Il-Prim Ministru Viktor Orbán se jippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Parlament se jorganizza dibattitu dwar l-akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli fl-Ewropa u dwar kif tista’ tingħata spinta lis-sigurtà mal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/10/2024 – Malti 07.10.2024 2:31
Il-punti ewlenin: Is-sessjoni plenarja tal-Parlament tibda llum fi Strażburgu. Għada, il-Membri tal-PE se jiffukaw fuq is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. Se jiddeskrivu wkoll il-prijoritajiet tal-Parlament għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru u huma mistennija japprovaw aktar minn EUR 1 biljun f’għajnuna mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għal ħames pajjiżi tal-UE.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/10/2024 – Malti 04.10.2024 2:28
Il-punti ewlenin: is-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati, ir-riżultati tal-Istħarriġ tal-Ewrobarometru u d-Djalogi dwar it-Tranżizzjoni Nadifa.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/10/2024 – Malti 03.10.2024 2:05
Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss; il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ltaqgħet mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/10/2024 – Malti 02.10.2024 1:27
Il-punti ewlenin: il-Parlament se jippubblika l-ewwel stħarriġ tal-Ewrobarometru mill-elezzjonijiet ’l hawn; workshop dwar l-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-ikel; u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni se jisma’ preżentazzjoni dwar il-Mużew Dar l-Istorja Ewropea.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 01/10/2024 – Malti 01.10.2024 2:00
Il-punti ewlenin: it-tħejjijiet għas-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati; saru diskussjonijiet dwar il-pakkett ta’ assistenza finanzjarja għall-Ukrajna; il-Kap Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iltaqa’ mal-membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 30/09/2024 – Malti 30.09.2024 1:39
Il-punti ewlenin: l-ewwel Djalogu Monetarju tal-għaxar leġiżlatura mal-President tal-BĊE Christine Lagarde; l-Aġendi ta’ Riforma tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li qed ifittxu li jissieħbu fl-UE; u x-xahar ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kanċer tas-sider.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/09/2024 – Malti 27.09.2024 2:32
Il-punti ewlenin: jitħabbru l-persuni nominati għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024; pakkett ta’ għajnuna finanzjarja għall-Ukrajna; u s-Sottokumitat għas-Saħħa Pubblika se jiċċelebra l-Jum Dinji tal-Qalb.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/09/2024 – Malti 26.09.2024 2:07
Il-punti ewlenin: l-iskambju ta’ fehmiet bejn il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, u s-Segretarju tal-Istat Ungeriż għall-Affarijiet Ambjentali; il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għal ħames Stati Membri; u Jum il-Multilingwiżmu fil-Parlament Ewropew.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/09/2024 – Malti 25.09.2024 1:40
Il-punti ewlenin: in-nomini għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024; il-Lejla Ewropea tar-Riċerkaturi; u l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/09/2024 – Malti 24.09.2024 1:43
Il-punti ewlenin: il-President Metsola tikkonkludi ż-żjara tagħha fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York; is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jiddiskuti s-sitwazzjoni fil-Bangladesh; u studju ġdid dwar il-politika tal-UE dwar l-oċeani u s-sajd.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 23/09/2024 – Malti 23.09.2024 1:57
Il-punti ewlenin: Il-Membri tal-PE jridu li l-pajjiżi tal-UE jneħħu r-restrizzjonijiet fuq l-użu mill-Ukrajna tas-sistemi tal-armi tal-Punent kontra miri militari fir-Russja; il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għandu jiġi mobilizzat biex jappoġġja ħames pajjiżi tal-UE; u skambju ta’ fehmiet ma’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/09/2024 – Malti 20.09.2024 2:55
Il-punti ewlenin: fi Strażburgu, il-Membri tal-PE ddiskutew it-theddida li n-nixfiet u l-avvenimenti estremi tat-temp joħolqu għall-agrikoltura tal-UE; l-ebda residwu ta’ pestiċidi pprojbiti fl-UE mhuwa permess għal prodotti agrikoli importati; u s-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan li sejra għall-agħar.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/09/2024 – Malti 19.09.2024 4:13
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE ffokaw fuq l-għargħar devastanti li ħakmu lill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; Mario Draghi ddeskriva l-pjan ta’ azzjoni tiegħu għat-titjib tal-kompetittività tal-Ewropa; u l-ħames films magħżula għall-Premju Lux 2025.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/09/2024 – Malti 18.09.2024 3:09
Il-punti ewlenin: Ursula von der Leyen tippreżenta l-Kummissarji nnominati; l-aħħar żviluppi fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; u r-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali tal-Venezwela.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/09/2024 – Malti 17.09.2024 2:00
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán se jippreżenta l-prijoritajiet tal-Ungerija għall-Presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Membri tal-PE se jiddiskutu wkoll l-iskema Ungeriża tal-permessi ta’ residenza, imsejħa l-Karta Nazzjonali, li issa tinkludi lir-Russi u l-Belarussi, u r-rispons tal-UE għat-tif...
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/09/2024 – Malti 16.09.2024 2:05
Il-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew ta’ din il-ġimgħa, il-Membri tal-PE se jiddiskutu l-enerġija hekk kif toqrob ix-xitwa; Mario Draghi se jippreżenta r-rapport tiegħu fl-Emiċiklu; u d-dibattitu dwar l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/09/2024 – Malti 13.09.2024 2:00
Il-punti ewlenin: nhar it-Tnejn tibda sessjoni plenarja ġdida tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu; il-President Metsola ltaqgħet mal-Prim Ministru Finlandiż Petteri Orpo; u l-Jum Internazzjonali tad-Demokrazija.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/09/2024 – Malti 12.09.2024 2:44
Il-punti ewlenin: delegazzjoni mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tal-Parlament Ewropew qed tattendi l-Forum Pubbliku tad-WTO; il-Parlament Ewropew jiċċelebra Jum il-Multilingwiżmu aktar tard dan ix-xahar; il-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbiltà tibda nhar it-Tnejn.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/09/2024 – Malti 11.09.2024 1:55
Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi qed jippreparaw għas-sessjoni plenarja li jmiss tal-Parlament Ewropew; l-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali; u r-rapport ta’ Mario Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea.
L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/09/2024 – Malti 10.09.2024 2:00
Il-punti ewlenin: von der Leyen tippreżenta l-istruttura u l-portfolios tal-Kulleġġ tal-Kummissarji waqt il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament; il-gruppi politiċi jippreparaw għas-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew li jmiss; u delegazzjoni tal-Kumitat Internazzjonali tal-Kummerċ tattendi l-Forum Pubbliku tad-WTO.
Lignende podcasts
Replaio er ikke podcastudgiver; programmernes navne, coverbilleder og lyd tilhører deres ophavsmænd og distribueres via offentlige RSS-feeds.