Tiegħi Tiegħek Tagħna
Tiegħi Tiegħek Tagħna
Il-Podcast fejn niddibattu, nidħadtu u niddiskutu l-opinjonijiet tiegħi, tiegħek u tagħna flimkien ma' Keith u Craig.
Vizitează neapărat site-ul podcastului și susține-i creatorul: podcasters.spotify.com
Autor
Tiegħi Tiegħek Tagħna
Categorie
Site-ul podcastului
Cel mai nou episod
8 ian. 2026
Unde asculți?
Podcasturi în aplicație Replaio Radio În curândPodcasturile ajung în curând în aplicație. Instaleaz-o acum și fii primul care descoperă o abordare complet nouă a podcasturilor
Episoade
S2 E33: L-Ossesjoni ta' Craig bil-Bob ta' Denise Jeħtieġ Tiġi Studjata - ma' Keith, Craig u Denise 28.09.2023 1:09:43
Fl-aħħar, dan huwa l-episodju li għandna lil Denise mistiedna magħna. Niddiskutu magħha l-ossessjoni ta’ Craig bil-bob tagħha, l-aħħar kanzunetta tagħha u l-pjanijiet tal-karriera u nilagħbu wkoll logħba żgħira. Wara, nagħtu ħarsa lejn il-Queens ta' Drag Race UK Series 5.
S2 E32: Tmiem il-EuroPride Ġab Miegħu r-Ritorn Tagħna - ma’ Keith u Craig 21.09.2023 1:10:00
Għar-ritorn tant mistenni tagħna, niddiskutu dak li konna qed nistennew bil-ħerqa għall-EuroPride, u mbagħad nagħtu rendikont ta’ dak li ġara matul din il-ġimgħa ta’ ċelebrazzjoni.
Episode 31 - Il-Finali tal-Ewwel Staġun, Tiegħek, Tagħna u Tagħhom - ma’ Keith u Craig 27.07.2023 1:25:19
Biċ-ċajt, biċ-ċajt, il-proġett ċkejken tagħna jiġi fi tmiemu għall-ewwel staġun. M’aħna sejrin imkien, biss waqfa qasira għas-Sajf. Qabel ma mmorru fuq din il-waqfa, aħna nwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek, nagħtu l-pariri tagħna u niddiskutu l-All Stars 8 Finale ukoll.
Episode 30 - KanzunettaSajf 2023 - ma Keith u Craig 20.07.2023 1:03:16
Nitkellmu dil-gimgha fuq x’jghamel diska, diska tas-sajf, klassici u godda - kif ukoll ovvjament All Stars 8 u kemm xejn ukoll fuq l-strike ta’ l-atturi f’Hollywood.
Episode 29 - Festa ta’ Mary Rose Mallia - ma’ Keith u Craig 13.07.2023 54:50
Fl-episodju tal-lum nitkellmu personali dwar il-fehmiet tal-Maltin dwar il-komunità LGBTQ+. Naqsmu wkoll l-esperjenza tagħna li kellna f’Madrid u l-MadCool Festival u l-fehmiet tagħna dwar l-akbar tradizzjoni tas-sajf ta’ Malta, il-FESTI. Nitkellmu dwar RuPauls Drag Race All stars 8 episodju ghal “The Letter “L”
Episode 28 - Jekk Ma Tistax Tħobb lilek Innifsek, Kif Ħa Tħobb lil Ħadd ieħor - ma’ Keith u Craig 06.07.2023 1:09:49
Fl-episodju tal-lum nitkellmu dwar x'inhi l-istima personali, dwar l-istima tagħna u l-esperjenzi tagħna stess. Piz, scars, social media - kollox jaffetwana imma irridu nitghallmu nhobbu lilna nfusna. Nitkellmu ukoll fuq il-Carson Kressley Roast ta’ Jimbo’s All Stars.
Episode 27 - L-Ewwel Pride Kienet Rvell - ma’ Keith, Craig u Joe 29.06.2023 1:11:07
Fl-ahhar segmet ta’ Pride Parts niddisktu l-evoluzzjoni tal-Pride - mill-rvellijiet ta’ Stonewall, ghac-celebrazzjonijiet f’gziritna Nitkellmu ma Joe fuq l-storja tal-Pride, kif bdiet, kif evolviet u kif giet gewwa Malta. Nitkellmu ukoll fuq il-finali ta’ Love Island ghax ghandna l-winners , u ghandna l-backstabbers fuq All Stars 8.
Episode 26 - Dik Il-Kelma Bl-L - ma’ Keith, Craig u Amy 22.06.2023 1:12:01
Niċċelebraw ittra oħra mill-komunità LGBTIQ, il-L. Għal "Pride Parts" nitkellmu ma' Amy Micallef Decesare dwar x'igifieri tkun lizbjana f'Malta, l-esperjenza tagħha u dwar "Peach" party min-nisa għan-nisa. Qed nersqu eqreb lejn il-finali ta' Love Islands, iżda għandna triq itwal għal All Stars 8.
Episode 25 - Stigma? Qas Biss Nafha! - ma’ Keith, Craig u Marc 15.06.2023 1:11:14
Ġimgħa oħra, segment ieħor ta' Pride Parts - suġġett mgħotti fl-istigma li jeħtieġ li titneħħa, ta' l-HIV ma Marc minn Checkpoint Malta . Nitgħallmu kif tiġi trażmessa, kif tittestja u kif tiġi ttrattata. Tismana nirrabjaw u nitbaqbqu ħafna wkoll minħabba l-ġudizzju ta’ din il-ġimgħa ta’ Drag Race All Stars – u d-drama fuq Love Island.
Episode 24 - L-Spettru tal-Ġeneru u X’Hemm Fin-Nofs - ma’ Keith, Craig, Aaron u Pia 08.06.2023 1:21:27
It-tieni Pride Parts tagħna, nitkellmu ma 'Aaron u Pia, minn YPB u ARC dwar l-identità mhux binarja. Nitkellmu ukoll fuq d-drama li qamet fl-Love Triangle Island - we’re looking at you Nicola u fuq kif Jimbo tap danced ghal rebha ohra fuq All Stars
Episode 23: Ma Tagħmħu Xejn ma’ l-LGBTIQ Għax Wasal Pride Month - ma’ Keith, Craig u Mel 01.06.2023 1:08:45
Din il-ġimgħa nibdew Pride Month b'segment ġdid, "Pride Parts". L-ewwel mistieden tagħna għal dan huwa Mel, l-aħħar poster boy ta’ Nerve. Niddiskutu r-rappreżentazzjoni trans maskili u hija importanti li t-tfal LGBTIQ u l-esperjenza tiegħu jimmudella għall-poster. Naqsmu wkoll l-opinjonijiet tagħna, u tiegħek, dwar Love Island u nirrevedu l-episodju 4 ta’ All Stars 8.
Episode 22 - Relax Bello, Hawn Hu Part Two - ma’ Keith u Craig 26.05.2023 1:07:56
It-tieni episodju, u t-tieni parti tal-podcast ta’ din il-ġimgħa – ilħaqna fuq Love Island Malta, niddiskutu l-cast, id-drama u affarijiet umoristiċi li ġraw flimkien ma’ diskussjoni fuq All Stars 8, episodju 3.
Episode 21 - Berikna Beyoncé, Berikna Loreen - ma’ Keith u Craig 25.05.2023 1:22:15
Aħna lura! U għandna żewġ episodji – din hija l-ewwel parti fejn niddiskutu l-finali tal-Eurovision, l-esperjenza spiritwali li kienet il-kunċert ta’ Beyonce u jumbo double premier ta’ All Stars 8.
Episode 20 - Jekk Mort Londra Wara Brexit, Ħriġt mill-Ewropa - ma’ Keith u Craig 11.05.2023 51:05
Din il-ġimgħa niddiskutu u nitkellmu dwar dak kollu relatat mal-ivvjaġġar. X'inhu l-mod favorit tagħna ta' kif nivvjaġġaw, id-destinazzjonijiet tal-vaganzi u ovvjament stejjer umoristiċi mill-vaganzi tagħna.
Episode 19 - Tnax-il Punt Jmorru Għal-…Thome Brownie - ma’ Keith u Craig 04.05.2023 1:10:21
Din il-ġimgħa qsamna l-opinjonijiet u t-tbassir tagħna għas-Semi Finali tal-Eurovision...u l-fashion statements kollha fil-MET Gala.
Episode 18 - Disclaimer: Tismax Jekk Int Bil-Ġuħ - ma’ Keith u Craig 27.04.2023 1:04:38
Fl-episodju tal-lum nitkellmu dwar l-ikel, dak li nħobbu, dak li ddejjaqna u dak li għamel ħafna lil Keith. Nitkellmu wkoll dwar l-All Stars 8 il-ġdid.
Episode 17 - Lsien Tlett Rgiel b’Parrokka - ma’ Keith, Craig u Chucky Bartolo 20.04.2023 1:06:04
L-aqwa esportazzjoni Maltija minn mindu bdew il-Kinnie u Cisk ingħaqadet magħna għal sessjoni ta’ zekzik, tixrid ta’ tè, għajjat, daħk u biex tirrevedi l-finali ta’ RuPaul’s Drag Race Season 15 maghna. Tiegħi, tiegħek, tagħna u ta’ Chucky Bartolo!
Episode 16 - Merħba fil-Cult ta’ Barbie - ma’ Keith u Craig 13.04.2023 1:12:03
Fl-episodju tal-lum niddiskutu kollox dwar ġugarelli, ġugarelli tat-tfal u anke dawk tal-adulti. Il-ġenituri ta’ Craig jagħmlu cameo żgħir – u niddiskutu l-episodju ta’ rijunjoni ta’ Drag Race
Episode 15 - “Kemm Inhobbkom! It-Tifel ta’ Oħti HEKK 🏳️🌈” - ma’ Keith u Craig 06.04.2023 1:10:07
Ġrajja ħelwa ġewwa Burger King ħallietna mogħxijien bid-dahk, diskussjoni fuq in-namur u s-semi final ta’ Drag Race.
Episode 14 - Tick Tock…għat-Tik Tok - ma’ Keith u Craig 30.03.2023 58:04
Dil-ġimgħa tkellimna fuq MużikaMużika, media soċjali - għal xiex nużawħ? - u l-makeover ta’ edukaturi fuq Drag Race.
Episode 13 - Awġuri u Xewqat Sbieħ Lil Lady GaGa - ma’ Keith u Craig 23.03.2023 1:10:32
Dil-ġimgħa tħaddidtna naqra l-karriera versatili ta’ Lady GaGa u we let loose fir-Rusical, Wigloose.
Episode 12 - Il-Ħawħa ta’ Eileen u Ħrejjef Oħra - ma’ Keith u Craig 16.03.2023 1:04:58
Dil-Ġimgħa kellna diskussjoni fuq l-Oscars, Conspiracy Theories u l-Comedy Festival ta’ Drag Race…ee…u għidu Happy Birthday lil Craig!
Episode 11 - Tiegħi, Tiegħek, Tan-Nisa - ma’ Keith u Craig 09.03.2023 1:15:53
Għal Jum il-Mara tkellimna fuq l-oppressjoni u drittijiet tan-nisa, in-nisa trans u Diva Worship. Drag Race kellna interview challenge u fuq ir-runway kulħadd liebes ta’ Beyoncé.
Episode 10 - Għaxar Episodji?! Ilallu Ballu - ma’ Keith u Craig 02.03.2023 1:08:45
Tens! Tens! Tens! Għal l-għaxar episodju qsamna naqra stejjer personali u opinjonijiet b’risposta għal li bagħttu fil-Q and A form, u ċċelebrajna 200 episodju ta’ Drag Race bil-Crystal Ball.
Episode 9 - Il-Ħoss Ikoniku Tat-Tkaken Ta’ Greta - ma’ Keith, Craig u Greta Tude 23.02.2023 1:00:58
Is-semfinalista ta’ MESC 2023, Greta Tude, inagħqdet magħna biex niddiskutu l-Lipsync Smackdown, u kif ukoll biex nsiru nafu aktar fuqha.
Replaio nu este editorul podcasturilor; numele emisiunilor, coperțile și materialul audio aparțin autorilor lor și sunt distribuite prin fluxuri RSS publice