Tiegħi Tiegħek Tagħna

Tiegħi Tiegħek Tagħna

Comedy MT ↓ 82 episodes

Il-Podcast fejn niddibattu, nidħadtu u niddiskutu l-opinjonijiet tiegħi, tiegħek u tagħna flimkien ma' Keith u Craig.

Author

Tiegħi Tiegħek Tagħna

Category

Comedy

Podcast website

podcasters.spotify.com

Latest episode

Jan 8, 2026

Where to listen?

Podcasts in the app Replaio Radio Coming soon

Podcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts

Get it on Google Play Install for free Android 5M+ downloads · 4.8 rating iOS soon

Episodes

RUviżjoni - S16 E6 - Welcome To The Dollhouse 13.02.2024

Wara żfin flamenco mas-sensazzjoni Spanjola, Charo, l-queens iridu jiddisinjaw il-pupi tagħhom stess, ibbażati fuq id-drag personas tagħhom. L-istilist superstar Law Roach huwa l-mistieden speċjali.

S2 E52: Speċi Ta', Tipo ta' Episodju Live, Bħal MESC, Vuoldiri, Presso O Poco - ma' Keith u Craig 08.02.2024

Din il-ġimgħa, l-episodju jinqasam fi tnejn - qabel il-Finali u wara. L-ewwel nimxu fuq il-video mużikali, narawhom live għall-ewwel darba waqt li nirrekordjaw, u mbagħad niddiskutu l-Finali.

RUviżjoni - S16 E5 - Girl Groups 06.02.2024

Din il-ġimgħa l-Queens ġew sfidati biex jiktbu vers għal kanzunetta ta’ Rupaul, u biex jikkoreografikaw prestazzjoni f “girl groups" - u fuq ir-runway, kollox dwar il-pussy cat wigs

S2 E51: Il-Fanatiċi Jiġġieldu Fuq Liema Fandom Huwa Cult - ma’ Keith u Craig 01.02.2024

Din il-ġimgħa niddiskutu fil-qosor il-previews tal-video mużikali tal-MESC, u d-dinja tal-fandoms - huma kult? liema huma l-aħjar u l-agħar? Ismagħna u skopri.

RUviżjoni - S16 E4 - RDR Live 30.01.2024

Din il-ġimgħa l-Queens daħquna bil-ħiliet tagħhom fir-reċtar live u jkollna aktar drama, runway b'1000 Cher u eliminazzjoni emozzjonali

S2 E50: Ommi Maaaa, X'Mistħija - ma’ Keith u Craig 25.01.2024

Din il-ġimgħa nitkellmu dwar il-mistħija, mumenti li huma imbarazzanti mingħajr raġuni u l-istejjer imbarazzanti tagħna u wkoll tas-semmiegħa u s-segwaċi stmati tagħna.

RUviżjoni - S16 E3 - The Mother of All Balls 23.01.2024

Il-Queens jiltaqgħu ma’ xulxin għall-ewwel u d-drama tibda immedjatament. Jkollna l-ewwel ball, sfida tad-disinn - waħħlu iċ-ċinturini tas-sigurtà għax għandna 42 dehra tal-moda biex nirrevedu. Twila llum.

S2 E49: Breaking News: Ħadd ma Juża iTunes f’Malta - ma’ Keith u Craig 18.01.2024

Din il-ġimgħa niddiskutu kull ħaġa relatata maċ-charts tal-mużika. Min iċċartja, min le, u nniedu kampanja ġdida biex insalvaw l-iTunes tal-Maltin #saveitunesmalta

RUviżjoni - S16 E2 - Queen Choice Awards 16.01.2024

Din il-ġimgħa għandna t-tieni grupp ta’ 7 Queens li daħlu fil-werkroom. Spettaklu ieħor ta' talent, runway oħra b'żvelar u enerġija ta’ Seaons tal-bidu.

S2 E48: Ġenerazzjonijiet Futuri Se Jaħsbu Li Adorajna Lil Shakira Bħala Alla - ma’ Keith u Craig 11.01.2024

Din il-ġimgħa nitkellmu dwar l-ispettaklu meraviljuż ta’ Kwijns, “Rajt Malta Timbaram” u wkoll dwar monumenti, sbieħ, strambi u kbar.

RUviżjoni - S16 E1 - Rate-A-Queen 09.01.2024

Illum qed nirrevedu l-ewwel parti tal-premier b'żewġ partijiet. Niltaqgħu mal-ewwel seba' Queens, niddiskutu d-dehriet tagħhom, il-prestazzjoni tagħhom fl-ispettaklu tat-talent, u l-brim u sorpriżi li għandna s'issa f'dan l-istaġun.

S2 E47: Is-Sena T-Tajba Lid-Dildo Ta’ L-Erasmus - ma’ Keith u Craig 04.01.2024

Nagħtu bidu għas-sena l-ġdida bid-dildo famuż tal-Erasmus, il-Vengaboys f’Għawdex u d-dissezzjoni tas-Season 16 Queens!

S2 E46: Il-Kollaborazzjoni Kolossali Mal-Ħass u l-Bass - ma’ Keith, Craig, Kurt u Sarah 28.12.2023

It-tieni parti tal-kollaborazzjoni omosesswali tas-sena, ma’ Kurt u Sarah mill-Ħass u il-Bass – niddiskutu s-Sena l-Ġdida, memorji ta’ dan il-jum ta’ ċelebrazzjoni u nilagħbu wkoll logħba kemm xejn pikkanti.

S2 E45: Iz-Zalzett Roża Fis-Siġra tal-Milied u Aktar Ġenn Natalizzju - ma’ Keith, Craig u Rossi 21.12.2023

Din il-ġimgħa huwa episodju Speċjali tal-Milied ma’ Valentina Rossi. Nistaqsuha l-mistoqsijiet importanti kollha bħal għaliex iżżejjen fis-Sajf, x'inhi l-kanzunetta favorita tagħha tal-Milied, l-aktar dekorazzjoni stramba u ħafna aktar.

S2 E44 - Iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet Għat-TTT Awards 2023 14.12.2023

Mill-ħafna nominazzjonijiet tagħkom, din il-ġimgħa nagħtu l-awards ta’ l-aqwa mumenti ta’ 2023, b'xi mistednin speċjali ħafna jingħaqdu magħna wkoll.

S2 E43: It-Twelid Ta' Sidna u s-Salvaturi Tagħna, Britney u Xtina - ma’ Keith u Craig 07.12.2023

Nibdew l-istaġun tal-festi billi niċċelebraw it-twelid mill-aqwa tax-xahar – dawk ta’ Britney u Xtina. Niddiskutu ukoll Renassiance ta’ Beyonce fuq il-big screen, u wkoll l-inkurunament tar-reġina ta’ Drag Race UK Season 5.

S2 E42: Bulletin Ta’ Aħbarijiet U Żejżiet Barra Bil-Pasties Fuq Boomers - ma’ Keith u Craig 30.11.2023

It-tieni episodju ta’ din il-ġimgħa nitkellmu dwar aħbarijiet tal-kultura pop minn madwar id-dinja u lokalment. Niddiskutu wkoll l-episodju semifinali ta’ Drag Race UK, a comedy roast.

S2 E41: Tilda Swinton Tiżfen Ħdejna U Billy Porter Ħara Mejta - ma’ Keith u Craig 28.11.2023

Din il-ġimgħa għandna żewġ episodji, l-ewwel parti niddiskutu l-aħħar lott ta’ 9 kanzunetti minn Malta Song u t-12-il finalisti. Nitkellmu wkoll dwar kif awgurajna l-lejl it-tajjeb lil Tilda Swinton, kemm kien fis-sakra Billy Porter u live viewing party ta’ Drag Race UK b’Dedelicious fil-club – li huwa l-episodju li nirrevedu llum ukoll.

S2 E40: Deċennju Ta’ L-Aktar Album Diviżiv Fil-Mużika Pop - ma’ Keith u Craig 16.11.2023

Din il-ġimgħa nidhattu it-tielet album ta’ Lady Gaga biex niċċelebraw l-10 sena anniversarju tiegħu, niddiskutu t-tielet grupp ta’ 9 kanzunetti ta’ MaltaSong u eliminazzjoni oħra xokkanti fuq Drag Race UK.

S2 E39 - MARA! - ma’ Keith, Craig u Klonn 09.11.2023

Din il-ġimgħa, wieħed mill-aqwa artisti tad-drag f’ Malta, Klonn, waqaf għal parlata ta’ malajr dwar il-karriera tad-drag tagħhom, ix-xogħol tagħhom ma’ Saturgay u Queer Like Velvet u l-aħħar kollaborazzjoni tagħhom fil-kreazzjoni ta’ ornamenti għad-dar. Nirrevedu wkoll it-tieni lott ta’ disa’ kanzunetti għall-Malta Song, u l-UK Snatch Game b’eliminazzjoni ta’ qsim il-qalb.

S2 E38: L-Ewwel Ma Tiekol Hija L-Għajn, Mbad Nigdmu Aħna - ma’ Keith u Craig 02.11.2023

MaltaSong hija lura u nirrevedu l-ewwel 9 kanzunetti – u mbagħad nidħlu f’diskussjoni dwar nies attraenti. X'jgħoġobna, lil min inħobbu u niddiskutu tagħkom ukoll. Niddiskutu wkoll il-Panto Rusical fuq Drag Race UK

S2 E37: L-Unika Ħaġa Li Għandek Bżonn Dal-Halloween Hija Harness - ma’ Keith u Craig 26.10.2023

Din il-ġimgħa hija kollha dwar Halloween. Nitkellmu dwar kostumi favoriti, memorji u x'inhu Halloween għalina. Drag Race UK tana masterclass fid-drama u l-ġlied, u ħafna moda tal-vaganzi

S2 E36: Bullying Icks Our Yum - ma’ Keith u Craig 19.10.2023

Għal Spirit Day ddiskutejna l-esperjenzi tagħna stess bil-bullying, forom differenti ta’ bullying u stejjer reċenti, kemm lokali kif ukoll barranin, fejn persuni LGBTIQ kienu fil-mira tal-bullying. Kellna ħafna xi ngħidu wkoll dwar l-episodju tad-Drag Race UK ta’ din il-ġimgħa, li kellu l-Girl Group Challenge u runway mimlija stilel.

S2 E35: Il-Każ ta’ Min Irremetta L-Orange Juice u Avventuri Skolastiċi Oħra - ma’ Keith u Craig 12.10.2023

Ħafna daħk waqt li niddiskutu l-jiem tagħna meta konna l-iskola, hekk kif kulħadd issa reġa’ lura fir-rutina skolastika. Għalliema, suġġetti u stejjer umoristiċi – inkluż waħda minn mistieden speċjali li kienet mistiedna live waqt ir-recording tal-pod. Għandna wkoll vjaġġ lejn il-Pet Shop għad-Drag Race UK ta’ din il-ġimgħa – sfida ta’ disinn b’materjali mhux konvenzjonali li tatna l-ewwel elimina...

S2 E34: Lezzjoni Storika Minn Żewġ Professuri Mhux Gradwati - ma’ Keith u Craig 05.10.2023

Biex niċċelebraw ix-xahar iddedikat għall-Istorja LGBTIQ, ħtarna lilna nfusna għal storiċi LGBTIQ u naqsmu magħkom fatti interessanti dwar il-komunitajiet tal-passat, internazzjonalment u lokalment. Nidħlu wkoll fl-ewwel episodju ta’ Drag Race UK Series 5 – id-daħliet, id-dehriet, it-talent u l-editjar.

Listen to the Tiegħi Tiegħek Tagħna podcast in Replaio

Radio and podcasts in one app - free, with no sign-up. Install today and do not miss the launch

Get it on Google Play

Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.