Dak Li Jgħodd Podcast
Dak Li Jgħodd Podcast
Dak li jgħodd podcast huwa l-ewwel podcast lokali li ser ikun fuq it-trobbija tat-tfal. Jekk inti qed taħseb biex tibda familja, jekk qed trabbi it-tfal hawnhekk ser issib episodji li ser jiddiskutu diffikultajiet li niltaqgħu magħhom meta inkunu qed inrabbu. Stejjer sbieħ ta’ ispirazzjoni li fihom ser insibu wens ukoll. Ser inkunu qed ngħinu lil xulxin billi naqsmu ħsibijiet u idejat biex inkunu l-aħjar ġenituri għat-tfal tagħna.
Author
Dak Li Jgħodd Podcast
Category
Podcast website
Latest episode
Jul 2, 2024
Where to listen?
Podcasts in the app Replaio Radio Coming soonPodcasts are coming to the app soon. Install now and be the first to see a whole new take on podcasts
Episodes
Dak Li Jgħodd | Episode 12 Ft. Profs. Christian Scerri 02.01.2024 29:20
Ghalfejn l-intolleranza ghall-‘Gluten’? - Prof Christian Scerri Prof Christian Scerri ifehemna sew xi jfisser li tkun intolleranti ghal-Gluten u xi jfisser tkun Celiac? jidhol fid-dettall sew ta’ x’johloq din-l intolleranza u ser nifhmu iktar jekk ghandniex innaqsu il-gluten? Isellilna ukoll x’inhi l-ikbar problema presenti li qed tohloq il-mard kollu.
Dak Li Jgħodd | Episode 11 Ft. Tiziana Farrell 19.12.2023 33:06
Tiziana Farrell - Għalfejn ma’ tista’ qatt tqabbel it-trobbija tagħna mat-trobbija tat-tfal tagħna. Tiziana Farrell, parent coach tkellimna dwar l-isfidi fit-trobbija tal-llum. Kif tħossha omm meta tkun għadha kif kellha tarbija, wara li jispiccaw l-awguri u il-ħajja terga tibda normali. Kif nistgħu inkellmu u nikkomunikaw mat-tfal taghħa minn eta’ zgħira biex nibnu relazzjoni soda.
Dak Li Jgħodd | Episode 10 Ft. Deborah Vassallo 12.12.2023 26:07
Deborah Vassallo, minn Smart online tgħidilna iktar fuq il-perikli li qed jiltaqgħu magħhom it-tfal tagħna online. Dħalna fid-dettall ta’ ‘cyberbullying’ u ’sextortion’ u ir-riperkussjonijiet huma ferm ikbar milli qed naħsbu. Għarfien fid-dettall fuq hekk u fejn wieħed għandu isib l-għajnuna.
Dak Li Jgħodd | Episode 9 Ft. Ruth Sciberras 05.12.2023 31:00
F’dan il-podcast Ruth Sciberras tispjegalna ir-raġuni prinċipali għalfejn ikun hemm vjolenza domestika. Konversazzjoni iebsa fejn tkellimna fid-dettall fuq il-vjolenza domestika bejn koppja, iżda anke fuq it-tfal u saħansitra il-genituri. Dan il-podcast għandu iservi ta’ tama u kuraġġ għal min għaddej minn dan iż-żmien
Dak Li Jgħodd | Episode 8 Ft. Oliver Scicluna 28.11.2023 29:14
Kont naqa u kienet tinkoraġġini inqum waħdi - Oliver Scicluna Oliver Scicluna imexxi Aġenzija Sapport u jgħidilna kif minn meta kien zgħir, il-ġenituri tiegħu qatt ma tawh xi trattament speċjali minkejja li kellu disabilita’. Dawn l-affarijiet nisslu fih valuri biex jibqa jgħin u hekk jagħmel anke f’xogħlu illum il-ġurnata.
Dak Li Jgħodd | Episode 7 Ft. Kayne u Daniela 21.11.2023 27:36
Għalfejn l-iscreen time qed jikkmanda lilna u lit-tfal tagħna? It-tfal tagħna twieldu f’era differenti minn tagħna. Twieldu bit-teknologija li hija estensjoni ta’ ħajjitna. Jekk ninsew il-mobile warajna illum inħossuna mitlufin. It-tfal tagħna ifittxu kontinwament li jilagħbu jew isegwu filmati minn eta zgħira. Kif ser nibdew nikkontrollaw il-ħin fuq l-iscreen li qed jisirqilna mill-ħin li ngħixu...
Dak Li Jgħodd | Episode 6 Ft. Donna Cardona 14.11.2023 30:27
L-isfidi li trabbi familja u tibqa tikber fil-karriera. Synopsis - Donna Cardona hija omm ta’ erbgħat ibniet. Kellha karriera totalment differenti u meta saret omm ħasset li xtaqet tikkrea pjattaforma għal-ġenituri. Pjattaforma fejn wieħed jista isib għajnuna lokalment minn professjonisti fil-qasam tat-trobbija. Tkellimna fuq l-isfidi li tiltaqgħa magħhom waqt li trabbi u biex tibni business u...
Dak Li Jgħodd | Episode 5 Ft. Johanna Rizzo 31.10.2023 28:44
X’inhi ir-realta’ meta tiġi biex tieħu ħsieb tfal ta’ ħaddiehor? X’inhi l-iktar ħaġa li persuna li qed titħajjar tagħmel fostering taħsibha darbtejn? Għaliex minn jagħmel fostering jibqa jagħmlu? Johanna Rizzo - Social Worker minn FSWS tpinġilna stampa ċara tal-proċess kollu u x’jiġri la darba xi ħadd jiddeċiedi li jagħmel fostering.
Dak Li Jgħodd | Episode 4 Ft. Dr. Alexandra Camilleri Warne 24.10.2023 30:01
Dr Alexandra Camilleri Warne - Meta huwa l-aħjar żmien biex taqta il-ħarqa tat-tarbija tiegħek? Synopsis - Il-‘potty training’ huwa żmien li jaf ikun faċli imma jista ikun ftit ta’ sfida ukoll. Meta hu l-aħjar żmien li taqta il-ħarqa tat-tarbija tiegħek? Il-bniet differenti mis-subien? Liema huma is-sinjali li it-tarbija lesta? Ma Dr. Camilleri Warne nitkellmu kif l-aħjar nimxu biex il-proċess iku...
Dak Li Jgħodd | Episode 3 Ft. Jeannine Cini 17.10.2023 32:01
Dak Li Jgħodd | Episode 3 Ft. Jeannine Cini by Dak Li Jgħodd Podcast
Dak Li Jgħodd | Episode 2 Ft. Anna Catania 10.10.2023 33:55
Ir-relazzjoni tinbidel meta ikun hemm wild ġdid fil-familja? Ma’ Anna Catania nitkellmu dwar kif għandna naħdmu għal-relazzjoni wara li ikun hemm wild ġdid fil-familja. Id-dinamika tinbidel, iżda hemm affarijiet li nistgħu Nagħmlu biex naħdmu fuq ir-relazzjoni. It-tfal jieħdu ħafna mill-ħin u mill-ħsibijiet, għalhekk x’nistghu nagħmlu biex ninvestu fir-relazzjoni emozzjonali u anke dik sesswali...
Dak Li Jgħodd | Episode 1 Ft. Christine Schembri Deguara 03.10.2023 34:49
Dr. Christine Schembri Deguara tkellimna dwar l-infertilita’ u ir-raġunijiet għalfejn ma jkunx hemm conċepiment. Fehemitna il-proċess tal-IVF u ix-xenarji differenti f’koppja eterossesswali jew koppja tal-istess sess li jixtiequ ikollhom wildt.
Dak Li Jgħodd | Podcast Dwar It-Trobbija Tat-Tfal 03.10.2023 0:47
Dak Li Jgħodd | Podcast Dwar It-Trobbija Tat-Tfal by Dak Li Jgħodd Podcast
Similar podcasts
Replaio is not a podcast publisher; show names, artwork and audio belong to their authors and are distributed through public RSS feeds.